Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062
Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 | illum 13 "Kien wara dan il-perjodu meta nbnew bosta torrijiet li jgħassu l-kosta u meta l-Mediterran għadda minn perjodu aktar ta' paċi li bdew jiffurmaw l-ewwel irħula f 'Għawdex." Staqsejtu dwar il-Katidral fiċ-Cittadella u qalli li fil- fatt fl-istess post qabel kien hemm knisja magħrufa mill-qedem bħala 'ecclesia maior' u 'matrice' li tfisser l-omm tal-knejjes kollha u li għalhekk kienet intgħażlet biex tkun il-Katidral ta' Għawdex. Dwar li hu Katidral mingħajr koppla qalli li hemm diversi stejjer għaliex ma nbnietx koppla, "iżda jibqa' fatt li grazzi għall-fatt li m'hemmx koppla, Għawdex kiseb pittura importanti magħmula minn Antonio Emanuele da Messina li hija studju stupend fil-perspettiva u turi koppla li minkejja li hija ċatta tagħti impressjoni ta' koppla ta' veru. Din hija waħda mill-aktar xogħlijiet importanti tal- arti f 'Għawdex anke jekk hi kopja ta' pittura simili ta' Andrea Pozzo fil-knisja ta' San Ignazio f 'Ruma. Imbagħad għaddiet minn żmien wara t-terremot tal- 1693 li ħalla ħerba sħiħa u ċ-Cittadella bdiet tiġi abbandunata gradwalment filwaqt li n-nies bdew jieħdu l-ġebel minnha biex bih jibnu djar ġodda fil-madwar, biċċiet minnha anke ġew konvertiti f 'għelieqi u dan kollu għatta l-pedamenti u kantini tad-djar li kienu jeżistu fiċ-Cittadella fil- passat. Iżda din hi l-istorja tal- passat u billi John Cremona hu mexxej tal-proġett taċ- Cittadella ko-finanzjat mill- UEli se jiswa madwar €14-il miljun u se jitlesta aktar tard din is-sena (Implementation of the Cittadella Master Plan recommendations (ERDF 246), tlabtu jfehemni x'qed jiġri eżatt. "Meta tilfet l-użu militari tagħha, iċ-Cittadella saret post turistiku u l-aktar post li jżuruha turisti f 'Għawdex flimkien mad-Dwejra, minħabba li tista' żżurha mingħajr ma tħallas. Maż- żmien kien hemm diversi interventi ta' restawr iżda qatt ma indirizzaw iċ- Cittadella b'mod ħolistiku u meta ġiet l-opportunità tal- fondi Ewropej ħadnieha." Fl-2010 tfassal masterplan ibbażat fuq diversi laqgħat li saru mal-istakeholders kollha fejn ġew identifikati numru ta' prijoritajiet biex iċ-Cittadella tiġi konservata u tingħata l-ħajja U hawn John Cremona beda jelenkali eżatt x'qed isir u x'se naraw quddiemna ftit tax-xhur oħra: Żewġ strutturi enormi li • kienu jservu bħala ġibjuni kbar tal-ilma quddiem id-daħla taċ-Cittadella se jsiru aċċessibbli għal pubbliku għax qed jiġu konvertiti f 'ċentru awdjo viżiv tal-viżitaturi. L-entratura oriġinali se • tiġi rijabitata u integrata fil-proġett biex b'hekk jingħata sens aktar awtentiku tad-daħla oriġinali fiċ-Cittadella. Fil-fatt il-mina kbira li kienet infetħet fl-1956 biex tgħaddi l-vara ta' Santa Marija se tingħalaq b'bieb u din tkun tista' tinfetaħ meta jkun hemm bżonn. Qed isir pavimentar • tal-pjazza, ta kull spazju miftuħ u t-toroq kollha fic-Cittadella filwaqt li s-servizzi jgħaddu kollha minn taħt l-art u l-pavimentar se jasal sal-pjazza tat-Tokk. Il- kunsill ċiviku kien tarraġ it-toroq taċ-Cittadella li oriġinarjament qatt ma kellha toroq imtarrġin minħabba l-karrettuni u dawn tneħħew kollha u b'hekk iċ-Cittadella se ssir aktar aċċessibli għal nies b'diżabilità. Il-faċċati kollha tal-binjiet • storiċi qed jiġu restawrati. Il-foss li kien abbandunat • se jsir spazju rikreattiv għan-nies li jżuruha bħal dak tal-Imdina. Se ssir sistema ta' dwal • u floodlighting li jagħti dehra isbah lil din il-belt fortifikata. Ġew riabilitati r-rovini • li jiksu parti sostanzjali miċ-Cittadella permezz ta' konsolidazzjoni ta' ħitan tas-sejjieħ, tneħħija ta' veġetazzjoni invażiva u tindif superfiċjali ta' skart li nġema' matul is-snin. Ix-xogħol kollu sar taħt superviżjoni kontinwa tal-arkeologi. Il-mużew tal-folklor se jiġi konvertit f 'dar tipika kif kienet tgħix fiċ-Cittadella. John Cremona qalli wkoll li ċ-Cittadella hemm ħsieb li tinbidel f 'mużew ħaj. Meta staqsejtu dwar il-possibbiltà li jinfetħu xi stabbilimenti turistiċi bħal xi boutique hotel jew xi ristorant ta' klassi, qalli li l-masterplan jikkunsidra inizjattivi ta' din ix-xorta basta dawn ikunu kompatibbli maċ-Cittadella. l-ħajja mill-ġdid Tal-pastizzi hawn qiegħed Pierinu, iva dak tal-pastizzi. U iva dak tan-Nazzjonalisti li allaħares issemmilu lil Gonzi għax jibda joħroġ id-demm. Iva dak. Eh, iva dak li dawwar il-gazzetta Independent f 'loudspeaker tal-Oppożizzjoni għandu għalfejn jinkwieta. Tafu għaliex hux, għax hu u Rachel s'issa ma biddlux is-sitwazzjoni finanzjarja mwerwra li hemm fil-gazzetta tas-Sur Joe Said, il-ħelu l-ieħor li hekk kif tela' dan il-gvern neħħieh mill-kariga tiegħu li kellu Heritage Malta. Iva, miskin ieħor. U minn hawn lil Pierinu ngħidulu toqgħodx tinkwieta. Meta jiġu biex ikeċċu n-nies, karattri bħal Joe Said dejjem jaħsbu fil-proxxmu u mhux fil-but. Ole. Il-purtelli Għandkom tkunu tafu li dan Pierinu Purtelli, purtelli għax karattru qisu purtelli ta' vera… għamel kruċjata kontra l-aħwa Farrugia, iżda dan Alla jbierek kellu l-isponsorship permezz ta' karozzi minn John's Garage għal programm Iċ-Ċaqqufa. Programm li dalwaqt jidher Hollywood. Iva ħija, dan Pierinu ma jsibx problema jaċċetta l-benevolenza tal-aħwa Farrugia iżda mbagħad jeħdilhom karozzi, għandi nifhem bi prezz tal-ħbieb jew sempliċiment biċċa reklam fuq il-PBS. Kunu afu li Pierinu magħruf bħala persuna li tista' tafda. Persuna li jifhem li qabel il-verità, hemm il-partit u ovvjament il-flus mhux ta' interess għalih. L-intervista tas-seklu Ifhmuni, Pierinu mhux għalxejn għandu mnieħru kbir u sorm xejn ċatt. Apparti li għandu ħafna x'jagħmel, importanti li niftakru li dalwaqt jiġi nnominat flimkien ma' Rachel għall-premju għall-aħjar intervista tas-sena. Iva hijos, ma' George Farrugia, il-verġni tal- Mosta. Dan għandkom tkunu tafu tramite l-verġni l-ieħor Siegfried Borg Cole, fi żmien Mintoff kien jiekol u jistgħana u għamel intervista. Intervista memorabbli. Tfakkarni f 'intervista ta' Oriana Fallaci, intervista mimlija għerf u ħsieb u riċerkata fil-fond. Ara vera ħadd ma jgħaddi l-Pierinu meta niġu għall-intelliġenza. Insomma kien qisu intervista ma' Adolf Hitler, intervista fejn tistaqsih fuq il- Wurst u s-Sauerkraut u Ich Liebe Dich u mhux kemm qatel Lhud u omosesswali. Lil Pierinu ngħidulu Ole! Fifty shades ta' Stephen Calleja Issa min jaf lil Stephen Calleja mhux biss jiftakar fil-Milan, imma kif ukoll jiftakar fil-borża li ssib wara s-seat ta' ajruplan li tuża meta jkollok l-istonku ħażin waħda sew. Calleja huwa ġurnalista prim tal-Independent jew aħjar persuna li beda l-karriera jikteb fuq l-isports u mbagħad spiċċa jipprova jikteb fuq il-kronaka. Dan il- bravu ġurnalist għajjar lil PBS, l-istess bħal ma jħobb jagħmel Jason Micallef, l-għaref l-ieħor li skont xi bravu ieħor iħobb l-ammarettu. Insomma dan Stephen kiteb storja bit-titlu - Fifty Shades of PBS - u dan kollu għax l-Independent ma ħadux programm. Imsieken, hux, jaħasra x'diskriminazzjoni. Calleja missu kien aktar konsistenti u qal li meta Pierinu tal-Pastizzi kellu programm ġimgħa wara ġimgħa fuq TVAM u programm ta' diskussjoni apparti ma nafx kemm il-programm ieħor, missu kiteb 'Fifty shades of Pierinu.' Imma ħeqq dak kien taħt ix-xemx ta' Gonzi, u tassew ngħidu taħt Gonzi ma ġara xejn ħażin (eżempju: Il-Libja). Ovvjament kieku sar film Fifty Shades of Grey ma' Pierinu ma kienx ikun hemm sess fih, għax kif tara l-Pierinu għarwien b'dak is-sorm sewdieni u kbir ikollok tiġri ġirja għal dik il-borża ta' wara s-seat biex tiżvojta x'ikollok fl-istonku. Ir-radar għat-terroristi Ħa ngħidilkom, tal-Independent, jiġifieri ta' Pierinu l-impjegat u l-brava Rachel partner tal-ħabib tagħna Lou Bondi għandhom Alla għalihom. Mela tafu li meta rreferu għal C company kitbuha SEA minflok C. Ħo, ħo, ħa, ħa, tajba hux?! Ma tistax twaħħal fil-ġurnalisti tafux. Il-ħuta minn rasha tinten… ftakru li r-ras hi ta' Pierinu u Rachel. U biex nikkonkludi, skont l-istess gazzetta ma nistgħux inwaqqfu t-terroristi għax Malta m'għandhiex radar għal kontra t-terroristi. Iva, smajtu sew, 'radar.' Ħo, ħo, ħa, ħa, ħo, ħo. Ara vera saru gazzetta tal-Pierinu tal-Pastizzi! Ħo, ħo, ħa, ħa, Ole! Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Il-pastizzi ta' Pierinu Karattru qisu purtelli ta' vera X'imnieħer dak! Stephen Calleja Ir-radar tat-terroristi?