Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 illum | Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 Il-Punt STUDJU ppubblikat riċentament, janalizza s-sitwazzjoni tat-traffiku fl-2012, li kienet it-tieni sena mir-riforma tat-trasport pubbliku - riforma li minkejja l-aspettattivi li nħolqu minn Gvern preċedenti, is-servizz tant ma kienx dak mixtieq u l-pubbliku qata' qalbu jużah, li l-patronaġġ naqas drastikament u reġa' kien hemm żieda fl-użu tal-karozzi privati. Dan bla dubju, wassal għal żieda wkoll fit-traffiku f 'pajjiżna. Minħabba f 'hekk kif ukoll minħabba problemi finanzjarji kbar, il-kumpanija li kienet tmexxi t-traspost pubbliku, kellha titlaq u s-sena li għaddiet, is-servizz tmexxa mill-Gvern sakemm instab operatur ieħor. Statistika uffiċjali turi li matul dan il-perjodu, kien hemm irkupru fil-bejgħ ta' biljetti kif ukoll żieda fil-patrunaġġ u dan grazzi għall-ħidma ta' dan il- Gvern, li minkejja li ma nefaqx ewro f 'konsulenzi, wettaq ċertu bidliet fir-rotot biex is- servizz reġa' beda jlaħħaq mad- domanda. Filwaqt li l-bidliet fir- rotot kollha jidħlu fis-seħħ gradwalment matul ix-xhur li ġejjin, iċ-ċifri juru li din id-direzzjoni ħalliet riżultati pożittivi. Fil-kuntest ta' dan, wieħed ma jistax ma jsemmix li filwaqt li fl-2011, kien hawn 220,685 sewwieq ġdid, sal-aħħar tal- 2013 dawn telgħu għal 235,109. Dan kien l-istess perjodu meta daħlet fis-seħħ ir-riforma tat- trasport pubbliku. Hawn wieħed jirrealizza li l-problema ma nħolqotx ilbieraħ, però sfortunatament, kien hemm żmien, fl- amministrazzjoni preċedenti, fejn konna niftaħru b'dawn iċ- ċifri, minflok ħadna l-miżuri li kien hemm bżonn. Jiena nifhem il-frustrazzjoni tal-pubbliku u dan il-Gvern, sa mill-bidu nett irrikonoxxa din il-problema. Sa mill-ewwel ġranet fl-amministrazzjoni ċentrali, ħtart kumitat dwar l-immaniġġjar tat-traffiku, li fih uffiċjali minn Transport Malta dwar l-immaniġġjar tat- traffiku u s-sigurtà fit-toroq, kif ukoll membri tal-Korp tal-Pulizija. Il-kumitat jiltaqa' darbtejn fil-ġimgħa u ninvolvu wkoll lill-Kunsilli Lokali u entitajiet bħall-GRTU. Matul dawn il-laqgħat, nevalwaw ir-rispons li nkunu qed nirċievu u nieħdu deċiżjonijiet short-term, biex nindirizzaw l-ilmenti tal- pubbliku. Niftakar sew meta f 'Marzu 2013, sibna li l-proġett ta' Triq Diċembru 13 kien ilu wieqaf għal għadd ta' xhur b'sitwazzjoni ta' traffiku li kien kuljum jakkumula fil-ħruġ mill-Belt. L-aċċess li nfetaħ mit-triq tal-Marsa Shipbuilding għadhom jgħaddu minnu mijiet ta' karozzi kuljum, tant li t-traffiku fil-Marsa llum naqas ħafna. Ħadna diversi miżuri oħrajn fuq short-term li ħadmu b'suċċess wara perjodu ta' prova u oħrajn li ma ħallewx ir-riżultat mixtieq, tneħħew wara konsultazzjonijiet mal- esperti u mal-pubbliku. Imbagħad hemm il-miżuri l-oħrajn fuq medium-term, bħall-proġett MODUS, li ra l-introduzzjoni ta' karreġġjati tal-linja ġodda biex tingħata prijorità lill-karozzi tal-linja u b'hekk, ma jinħeliex ħin prezzjuż fit-traffiku. Riċentament introduċejna miżura fejn il-karreġġjati tal- linja issa jistgħu jintużaw minn ċiklisti, sewwieqa ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku jew gass, kif ukoll sewwieqa bi tliet passiġġieri, biex nippromwovu l-kunċett ta' car-pooling Il-Gvern, permezz ta' Transport Malta, alloka €300,000 għal skema li tinkoraġixxi sewwieqa biex jixtru vetturi tal-elettriku, kif ukoll tajna inċentiv lil min jaqleb il-vettura bl-autogas u lil min jixtri karozza ġdida u jiskrappja l-antika. Dan biex pajjiżna jindirizza wkoll il-miri ambjentali biex intejbu l-kwalità tal-arja ta' madwarna. Fuq livell infrastrutturali, infakkar li Gvern ġdid sab proġetti weqfin fejn kieku ma ħadniex passi mill-ewwel, konna f 'riskju kbir li nitilfu l-fondi Ewropej. Sibna li l-proġett ta' Triq il- Kosta, minkejja li kien hemm l-istudji lesti, ix-xogħol kien għadu ma bediex. Biex inkomplu fuq il-proġetti li huma mmirati li jindirizzaw it-traffiku, niġu għall-proġett tal-Kappara, li kien ilu fuq il- karti sa mis-sena 1995. Konxji li l-infrastruttura li bniet fil-pajjiż matul is-snin mhijiex adegwata biex tilqa' għall-bżonnijiet tal-lum u konxji li żewġ proġetti ta' dak il-kalibru ftit 'il bogħod minn xulxin ma jistax ikunu għaddejjin flimkien, l-aħjar deċiżjoni kienet li meta l-proġett ta' Triq il-Kosta jitlesta, ikun jista' jibda l-proġett tal-Kappara. Proġett li qed jipproponi l-Gvern huwa dak tal- Addolorata junction, fejn it-traffiku fis-sigħat l-iktar iffullati qed jiswa lill- ekonomija madwar €5 miljun kull sena. Il-proġett, stmat li jiswa iżjed minn €80 miljun, mhux se jkollu dwal tat-traffiku, roundabouts u zebra crossings, biex jiġi żgurat andament mexxej ta' traffiku. Meta Pat Cox żar pajjiżna s-sena li għaddiet, kien iddikjara li TEN-T network jimmira li jkun hemm rotot ta' trasport mingħajr interruzzjonijiet bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u qal li se jgħin lil Malta fl-applikazzjoni tagħha għal fondi Ewropej. Il-politika ta' dan il-Gvern hija wkoll li nappoġġjaw inizjattivi ta' forom alternattivi ta' traffiku, fosthom servizzi bil-baħar u diġà għandna servizz li jaħdem tajjeb u b'mod effiċjenti fil-port tagħna. Fuq pjan aktar fit-tul, issemma' wkoll il-monorail, proġett kbir li jiswa ħafna flus u li pajjiżna ma jistax jattwah mingħajr fondi Ewropej. Fl-aħħar mill-aħħar, irridu naslu biex ikollna servizz ta' trasport pubbliku effiċjenti li jħajjar lin-nies jużawh. 9 minn kull 10 passiġġieri llum jixtru l-biljett minn fuq il-karozza tal-linja. Is-sewwieq huwa responsabbli mis-sigurtà tal-passiġġier, u waqt li qed joħroġ il-biljett, irid jiċċekkjah, iżomm il-flus u jagħti l-bqija, waqt li l-passiġġieri jistennew u l-karozza wieqfa żżomm it- traffiku warajha. Din il-kultura trid tinbidel għax qed tikkontribwixxi għal nuqqas ta' effiċjenza. Għaldaqstant, il-Gvern se jkun qed jiddiżinċentiva lil dawk li se jibqgħu jixtru l-biljett minn fuq tal-linja billi jżomm il- prezz ogħla milli kieku jinxtara minn qabel. B'rieda tajba minn kulħadd - il-Gvern, kull min għandu r-responsabbiltà li joffri servizz, kif ukoll il-poplu, nistgħu naslu biex fl-aħħar mill-aħħar innaqqsu l-vetturi mit-toroq tagħna. Joe Mizzi hu l-Ministru tat- Trasport u l-Infrastruttura JOE MIZZI Qabbadna l-pass lill-proġetti li kienu wieqfa "...li kienet irriżultat f'żieda fl-użu tal-karozzi privati" L-Ewropa li jmiss FLAĦĦAR sigħat ittieħdet deċiżjoni importanti dwar l-futur tal-Greċja fiż- żona Ewro. Wara li kemm l-istati Membri Ewropej partikolarment il-Ġermanja u l-Gvern ġdid Grieg ħadu pożizzjonijiet riġidi fl- ewwel diskussjonijiet li saru, issa jidher li ntlaħaq kompromess temporanju u qed jintbagħat l-ewwel messaġġ pożittiv. Dan meta kien maqbul li l-għajnuna tal-bail out lill-Greċja tiġi estiża b'erba' xhur. B'hekk ġiet evitata l-possibilità li l-Greċja tfalli f 'Marzu. Min-naħa tagħha l-Greċja, għada t-Tnejn se tippreżenta lista ta' riformi li se tkun qed twettaq. Kif nafu l-Greċja ngħatat self ta' miljuni ta' ewro f 'forma ta' bail out minn tliet istituzzjonijiet ewlenin inkluż l-istati membri tal- Unjoni Ewropea. Bail out li kien marbut ma' miżuri t'awsterità. Il-Gvern Grieg il- ġdid, anke b'reazzjoni għall- miżuri iebsa t'awsterità li sofra l-poplu Grieg, tela' fuq l-għajta li jbiddel il-ftehim ta' ħlas lura ta' dan is-self. Il-Ministru tal-Ekonomija Grieg qiegħed jargumenta li l-programm t'awsterità marbut mal-bail out ma ħadimx anzi ħoloq riċessjoni kbira. Filwaqt li din l-kriżi diplomatika għadha għaddejja s-sitwazzjoni fil- Greċja u għall-Griegi għadha mhux qed titjieb. Matul il-kampanja elettorali Griega, id-dħul tal-Gvern mit-taxxi kompla jonqos. Ir-rati tal- imgħax fuq id-dejn Grieg għola ħafna. Ħafna ċittadini bdew jiġbdu flushom mill- banek u s-sitwazzjoni issa jaf tkompli tiggrava. Jiena naqbel b'mod sħiħ mal-pożizzjoni tal-Gvern Malti fuq din il-kwistjoni. Dik li jiddefendi l-interessi ta' kull wieħed u waħda minna li mit-taxxi tagħna sellifna miljuni ta' Ewro lill- poplu Grieg. Il-Gvern Malti talab assigurazzjoni li qabel ma nitkellmu fuq kull forma ta' flessibiltà u nifs, il-Gvern Grieg irid jiddikjara li d-dejn kollu li għandu ma' pajjiżna se jingħata lura. Malta tat €188 miljun, ekwivalenti għal 2.4% tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż. Dan apparti li l-Parlament Malti, għaliex jemmen f 'solidarjetà ta' vera, diġà vvota biex l-imgħaxx jitħaffef u ż-żmien meta l-flus jingħataw lura jittawwal għal żmien li jkun raġonevoli għaż-żewġ naħat. Il-Gvern Malti lest ukoll MIRIAM DALLI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015