Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 | illum 9 fl-art fuq il-ġenb tiegħu fuq il-lemin u saqajh it-tnejn fil- karozza. Xhud li sema' t-tiri u ħares biex jara x'ġara, irrakkonta li kien ra lill-vittma jipprova joħroġ mill-karozza, iżda t-tiri baqgħu jiġu sparati tant li erba' balal laqtu l-bieba tal-karozza fuq in-naħa tal-passiġġier u oħrajn il-windscreen u l-pilastru tal-bieba. Balal oħrajn laqtu residenzi privati fosthom balla minnhom li laqtet faċċata ta' dar u spiċċat devjata għal bieb ieħor tal-ħġieġ ta' residenza fuq in-naħa l-oħra tat-triq fi Triq it-Trinċetta. Għalkemm Cutajar intlaqat minn erba' tiri, dak fatali kien f 'rasu kif irriżulta mill-awtopsja. B'xorti tajba dak il-ħin ma kinux għaddejjin nies u t-tfal kienu diġà ttieħdu l-iskola għax kieku t-traġedja kienet tkun ferm akbar. Jinstabu madwar 13-il skartoċċ Kienu diversi residenti kemm fi Triq il-Mitħna kif ukoll fi Triq it-Trinċetta li semgħu l-ħoss tat-tiri. Kien hemm min ħaseb li kienu kaċċaturi li s-soltu jkunu fl-inħawi ta' Ta' Qali, filwaqt li kien hemm min induna mill-ewwel li l-ħoss ta' tir wara l-ieħor, pawża qasira u tiri oħrajn wara xulxin, ma setgħux kienu ġejjin minn senter tal- kaċċa. Il-Pulizija tkellmu ma' dawn ir-residenti li semgħu t-tiri kif ukoll elevaw madwar 13-il skartoċċ kemm mit-triq kif ukoll mill-għalqa minn fejn ġew sparati t-tiri. Il-qattiel staħba sew wara l-pali tal-bajtar tant li pala minnhom intlaqtet ukoll. Jidher li l-qattiel daħal fl- għalqa privata min-naħa ta' wara biex ma jagħtix fil-għajn u kien jaf sew il-passi ta' Cutajar. Probabbli kien jaf ukoll li peress li l-ġurnata kienet l-Erbgħa, Cutajar seta' jieqaf fil-fergħa tal-Maltco biex jixtri l-biljetti tas-Super 5. Wara li wettaq l-omiċidju, il-qattiel ħarab minn fuq il-post b'karozza Toyota Vitz fejn aktar tard instabet maħruqa fl-inħawi taħt l-Imdina. Il-karozza u l-pjanċi kienu ilhom misruqin Il-qtil ta' Cutajar ma kienx qtil li seħħ fis-saħna tal-mument, iżda kien qtil premedidat u kien ilu ppjanat mill-inqas ħames xhur. Dan jirriżulta mill- investigazzjonijiet li saru fuq il-karozza Toyota Vitz li ntużat mill-qattiel. F'konferenza tal- aħbarijiet li kienet indirizzata mill-uffiċjali Pierre Calleja u Silvio Valletta, kien ikkonfermat li t-Toyota Vitz insterqet f 'Lulju, ħames xhur qabel il-qtil, minn San Pawl il-Baħar filwaqt li l-pjanċi nsterqu fl-istess żmien mill-Mosta. Għalkemm it-Toyota kienet irreġistrata fuq xi ħadd minn Għawdex, fil-fatt is-sidien huma residenti San Pawl il-Baħar. Min-naħa l-oħra l-pjanċi li nsterqu mill-Mosta kienu ta' karozza Mazda. Il-Pulizija waslu biex sabu l-karozza abbandunata meta xi ħadd kien informa lill-Pulizija li fl-inħawi tal-Imdina kien hemm karozza maħkuma min- nirien. Minkejja l-intervent tal- membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin, xorta waħda t-Toyota Vitz laħqet ġarbet ħsarat estensivi u kien diffiċli għall-Uffiċjali tax- Xena tar-Reat biex jelevaw xi traċċi li setgħu jaslu għall-qattiel jew qattiela. Inqatel bi tpattija? L-investigaturi kienu u għadhom jafu li l-qtil ta' Cutajar mhux faċli biex isolvuh. Qatt ma eskludew li seta' tqabbdu xi barranin, bħalma ġara f 'omiċidji oħrajn. Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalli li l-investigaturi għadhom jinvestigaw diversi teżi dwar il- qtil tal-Lion. Fost dawn issemiet teżi li Cutajar inqatel bi tpattija dwar attentat ta' qtil fil-Fgura ta' Paul Degabriele "is-Suldat" fit-2 ta' Ottubru, 2012, meta persuni mhux magħrufin kienu poġġew pakkett mimli splussiv li twaħħal ma' qiegħ il-vettura tiegħu Toyota pickup meta din kienet ipparkjata quddiem ir-residenza tiegħu fi Triq l-14 ta' Diċembru, 1945, fil-Fgura. Il-bomba kienet ġiet skonnetjata mill-membri tal-Explosive Ordinance Disposal tal-Forzi Armati. Fil-fatt Degabriele kien interrogat fit-tul fid-Depot tal-Pulizija fejn anke sarulu eżamijiet għall-porvli magħruf bħala Gun Shot Residue, iżda dawn irriżultaw fin-negattiv u Degariele nħeles mill-Pulizija. L-istess Degabriele nqatel fil- 31 ta' Mejju 2013, kważi tmien xhur wara li kien sar attentat fuq ħajtu permezz ta' bomba taħt il- pickup tiegħu. Il-vittma ntlaqat b'mad¬war ħames tiri, tnejn minnhom f 'rasu għall-ħabta tal- 11.05am hekk kif kienu għadu kif daħal fil-vettura tiegħu fi Triq Belt il-Ħażna fil-Marsa. Għalkemm l-investigaturi ħadmu fuq din it-teżi, s'issa għadhom ma waslux biex ikunu jafu b'ċertezza jekk il-mottiv fil- qtil ta' Cutajar kienx bi tpattija. Sparatura u qtil f 'Wied il- Għajn Ta' min ifakkar li fil-15 ta' Marzu 2012, disa' xhur qabel ma nqatel, Cutajar kien involut fi sparatura li fiha nqatlu Kevin Gatt ta' 22 sena minn Ħal Għaxaq u Steve Zammit ta' 32 sena mill-Fgura. Dan l-omiċidju kien seħħ f 'garaxx f 'Wied il- Għajn. Meta l-Pulizija kienet marret fuq il-post, sabet lil Kevin Gatt mejjet u lil Steve Zammit ferut b'mod gravi. Huwa miet fit-12 ta' April fl-Isptar Mater Dei. Fit-18 ta' Marzu, Cutajar kien tressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta' Gatt u bl-attentat ta' qtil ta' Zammit, iżda meta Zammit tilef ħajtu wkoll, l-akkużi fil- konfront ta' Cutajar inbidlu għal akkużi ta' qtil doppju. Cutajar dejjem sostna li ma kienx ħati u li kienu l-vittmi li għamlu għalih u riedu joqtluh, u għamel dak li għamel biex jiddefendi lilu nnifsu. Din l-isparatura seħħet għall-ħabta tas-6.45pm fi Triq Ġużeppi Lanzon, kantuniera ma' Triq il-Vajrita. Waqt din l-isparatura kienu ntużaw numru ta' pistoli. Fil-fatt arma minnhom kienet instabet ta' Gatt. Meta l-Pulizija marru fuq il-post, Cutajar deher li kien ferut u stqarr mal-Pulizija li kienu sparaw għal fuqu minn karozza Hyundai Accent li fiha kien hemm Gatt u Zammit. Din il-karozza kienet insterqet minn Ħaż-Żebbuġ ftit tas-sigħat qabel, filwaqt li kellha l-pjanċi mwaħħlin magħha li kienu differenti u li dawn insterqu mill-Imsida u minn Birkirkara bejn il-11 u l-15 ta' Marzu 2012. Qatt ma kien eskluż li l-isparatura kienet dwar negozju li mar ħażin fejn kien allegat li kien hemm involut traffikar ta' droga. B'kollox kienu sparati disa' tiri minn żewġ armi differenti. Cutajar, li dak iż-żmien kien joqgħod fl-istess blokka bini, kien qal lill-Pulizija li meta niżel bil-karozza tiegħu BMW fit-tielet livell taħt il-livell tat- triq u pparkja, resqet il-karozza Hyundai Accent lejh u dawk li kienu fiha bdew jisparawlu. Huwa kompla jgħid li biex ma jintlaqatx ¬tbaxxa, ħareġ mill- karozza u mar lejn l-aggressuri li kienu għadhom fil-ka¬rozza. Kif resaq lejhom, Cutajar qal li ħataf l-arma mingħand wieħed minnhom u beda jisparalhom. Cutajar kompla jallega li dawn ipp¬rovaw jaħarbu u kif is-sewwieq, li kien Gatt, saq b'lura kien se jkaxkru miegħu. Huwa kien allega wkoll li meta pprova jaħrab il-pistola waqgħet fil-karozza. Minn hawn Gatt reġa' saq bil-quddiem fejn ħabat f 'karozza CRV. Il-Pulizja kienu sabu pistola kalibru 6.35 taħt ras Gatt. Meta l-għada waranofsinhar il-Pulizija reġgħu marru fuq il- post tad-delitt, l-Ispetturi Fabian Fleri u James Grech flimkien mal-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat għamlu tfittxija fir-residenza ta' Cutajar biex tinstab l-arma l-oħra peress li mill-garaxx ġew elevati bullits ta' kalibru 9mm. Fil-fatt il-Pulizija sabu din l-arma moħbija fuq il-bejt fit-tank tal-ilma. Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell Ritratti: Bibljoteka Nazzjonali/John Pisani L-angolu minn fejn spara l-qattiel minn wara s-siġra tal-bajtar Il-katavru ta' Cutajar mitluq barra l-karozza fi Triq il-Mitħna, Mosta fl-2012 13-il tir li seta' qatel nies innoċenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015