Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062
14 illum | Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 F il-moviment ta' Joseph Muscat irnexxielu jerġa' jsib dak li kien jemmen fih u dak li ħadem għalih għal diversi snin. Tant hu hekk li l-ewwel sentenza li qalli kienet, "Il-valuri li kont nemmen fihom xaqilbu lejn dan il-moviment." Il-fatt li Ian Castaldi Paris ikkonverta minn Nazzjonalist għal moviment Laburista ma tantx niżel tajjeb ma' ċertu Nazzjonalisti u anke xi Laburisti għorkithom għajnejhom li bil-Labour fil-gvern raha xi opportunità. Iżda meta semmejtlu dan b'mod kalm qalli, "min jaħseb li jien opportunist għandu żball kbir. Li kieku ridt inkun opportunist kont nagħmel dan il-pass lejlet l-elezzjoni għax ma naħsibx li kien hemm xi ħadd li kellu dubju li l-moviment se jirbaħ l-elezzjoni. Li kieku kont opportunist ma kontx nikkritika lil Gonzi meta kien prim ministru. Stajt għażilt li noqgħod kwiet u nibqa miexi 'l quddiem bil-kwiet. Iżda Muscat kien ilu li laqatni u wara sentejn fil-gvern stajt nara kif irnexxielu jġib dan il-moviment." Sadattant Ian qalli li hemm storja li jew ma jafha ħadd inkella ma jsemmiha ħadd, "Missieri kien minn Bormla u Laburist fejn meta kont żgħir kien jeħodni kull meeting ta' Mintoff. Ġara li missieri u ommi sseparaw u jien spiċċajt man-naħa Nazzjonalista, ma' ommi u kien għalhekk li trabbejt b'valuri Nazzjonalisti." Castaldi Paris qalli li minn meta Gonzi ħa r-riedni tal-partit beda jara li l-valuri tal-partit li kien trabba fihom hu, bdew jisparixxu fil-fatt hu beda jaqbel aktar mal- mod kif kien jaħsibha Muscat u beda jikkiritika lil Gonzi. Hawnhekk semmejtlu meta 3 snin u 3 xhur ilu fil-Kunsill tal-Partit Nazzjonalista hu kien għamel eloġju lil Gonzi fuq il-podju u rringrazzjah għal kemm kien qed imexxi Malta tajjeb. "Ma nixtieqx nidħol fih dan l-episodju." Ma stajtx naqbel miegħu għax dan kien episodju li ma setax jaħrab minnu meta ħareġ fuq kważi kull mezz tax-xandir u tlabtu biex jgħidli għaliex qal dak id-diskors fuq Gonzi meta hu ma kienx jemmen fih. "Dakinhar ma jmissnix kont hemm" u kompla jgħidli "kelli ommi taħdem Kastilja dak iż- żmien u ma ridtx li l-familja tiegħi teħel miegħi." Ian kompla jgħidli li kien qed iħoss diżapprovazzjoni kontinwa kontrieh u kien hemm episodji li wassluh biex jirriżenja mill-Kulleġġ tal-Kunsilliera. Hawn irrakkuntali meta kien iddeċieda li jikkontesta għal president tal-partit u f 'kafetterija l-Belt ħdejn il-kwartieri tal-GWU, kien iltaqa' ma' Pawlu Borg Olivier, dak iż-żmien segretarju Ġenerali u qallu biex ma jikkontestax din il- kariga. "Meta saru jafu li jien bqajt għaddej bil-lobbying tiegħi biex nieħu din il-kariga bdejt nirċievi vendikazzjonijiet kbar. Ġew fuqi kunsilliera u qaluli li l-partit irid mara u minn ġewwa qed jaħdmu għal Paula Mifsud Bonnici. Jien bqajt nemmen li kelli ċans għax dejjem mort tajjeb man-nies għalkemm forsi mhux wisq mal- 'grass roots'." Meta tlabtu jgħidli għaliex jaħseb li minn fuq kien hemm tant manuvri kontrieh, pront wieġeb, "Sirt naf li minn fuq nett kienu ġejjin il-manuvri. Jidher li kien hemm għira għalija." Mistoqsi jekk minn fuq nett kienx qed ifisser li minn Gonzi nnifsu, waqaf xi ftit ixengel rasu, bqajt nistenna tweġiba u qalli, "il-partit kien immexxi minn żewġ min-nies, Gonzi u xi ħadd ieħor. Li m'iniex ċert jekk kienx xi ħadd ieħor u Gonzi." Ian Castaldi Paris beda jitkellem fuq Austin Gatt ukoll fejn qalli li ma jemminx li wara d-deċiżjonijiet ta' Gonzi kien hemm Austin Gatt, bħalma ħafna jaħsbu, għax qal li hu kien jitkellem ma' Austin Gatt u dan bħal dejjem ma kienx idur kantunieri u kemm-il darba kien jagħtih pariri. "Iżda bdejt nara l-partit jiżola ruħu min-nies. Kont membru fl- amministrattiv u bdejt ninduna li taħt Gonzi ma kienx hemm 'team work' dak li konna niddiskutu fl- amministrattiv kien diġà jkun deċiż minn qabel nidħlu niddiskutuh." Safrattant int ħriġt bħala kandidat mal-PN, "iva aċċettajt li nikkontesta, iżda kont naf li ma kellix ċans tant li ma ħdimtx biex nirbaħ il-voti u fl-ebda mass meeting ma kont preżenti. Tant hu hekk li bbukkjajt biex immur mal-familja vaganza Ruma u tlaqt eżatt wara li vvutajt għax kont ċert li r-rebħa kienet se tkun waħda Laburista. "Ivvutajt kontra qalbi lill-PN għax m'emmintx li kelli nagħmel hekk, iżda billi kont kandidat u membru tal-PN ma stajtx ma nivvutax PN. Ivvutajt lili nnifsi u waqaft hemm. Ivvutajt lili nnifsi mhux biex nitla' għax ma ħdimtx biex nitla', iżda għax ridt nivvota PN u hekk għamilt dmiri." Wara l-elezzjoni Gonzi tneħħa u floku daħal Simon Busuttil, allura għaliex ma tax ċans lil kap il-ġdid, "Ma nbidel xejn. Mija fil-mija baqgħet l-istess klikka. Kollha għadhom hemm. Beżgħana li jibdlu l-partit. Jien meta laħaq Simon bgħattlu messaġġ u għidtlu li jekk ried jibdel riedet tispiċċa l-klikka." Wara li rriżenjajt mill-partit sabuni tliet persuni li huma ta' ġewwa sew fil-partit u qaluli li aħna nafu x'kienu jagħmlulek għax konna preżenti. Anke meta kont nifforma parti mill-partit fil-gvern kont naqdi Laburisti għax nemmen li kien ikun ħaqqhom u ta' dan kont naqlagħha. Ma nafx għaliex iżda minn dejjem kont inħoss li l-Laburisti huma nies b'qalb kbira." Ian Castaldi Paris qalli li l-elezzjoni li kien imiss jiġifieri tal- MEP's, "ivvutajt għall-ewwel darba Labour." Wara sentejn fil-gvern in-Nutar Ian Castaldi Paris iddeċieda li jmur jitkellem fil-Konferenza ġenerali tal-moviment Laburista. Xtaqt inkun naf kif ħassu dak il- ħin meta quddiemu kellu dawk li ftit qabel kienu avversarji politiċi u min qallu biex imur. "Dħalt mill-bieb u erġajt ħriġt. Ħassejtni eċitat ħafna. Erġajt dħalt u bdejt nara lil kulħadd għajnejh fuqi, għax barra l-Prim Ministru xi tnejn min-nies biss kienu jafu li se nitkellem u dawn kienu kurjużi x'jiena nagħmel hemm. Iżda wara li tkellimt aktar ħassejtni konvint li għamilt l-aħjar għażla għax il-Laburisti vera laqgħuni. Tant li emozzjonajt ruħi għax bdejt nistaqsi lili nnifsi, 'għaliex laqgħuni hekk lili?'. Issa aktar konvint minn qatt qabel li dan il-moviment hu miftuħ bil-fatti. Dakinhar kien mument speċjali għalija. Reġa' qam fija l-element politiku għax il-PN kienu qatluli dan l-element. Bdejt inħossni qisni f 'tim tal-futbol fejn qabel kont nilbes il-gear meta naf li l-kowċ mhux se jilgħabni u llum naf li l-kowċ jemmen fija." Deher ċar daqs kristall li Ian Castaldi Paris se jkun kandidat tal-PL fl-ewwel elezzjoni li tiġi. "Lest li nagħti kollox għal dan il- moviment, irrid nagħti l-enerġija kollha lil prim ministru u lil moviment kollu u nagħtih appoġġ sħiħ. Jekk jitlobni noħroġ għal kandidat, noħroġ. Iżda lest li nagħmel dak kollu li jitlob minni." Sadattant staqsejtu min talab biex jitkellem fil-konferenza annwali Iltqajt man-Nutar Ian Castaldi Paris li kont ili nafu minn meta kont naħdem mal-MediaLink iżda qatt ma kellimtu. F'Ian stajt nilmaħ persuna mweġġa' politikament fejn skont hu ħass li l-partit li kien jemmen h m'għadux jeżisti. "Fil-Kunsill tal-PN ma jmissnix kont hemm għax kelli ommi taħdem Kastilja dak iż- żmien" "Lest li nagħti kollox għal dan il-moviment, jekk jitlobni noħroġ għal kandidat, noħroġ" John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Fl-elezzjoni tal-MEPs ivvutajt