Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062
30 illum | Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 Kif għażilt il-waterpolo fost numru ta' sport ieħor? Missieri kien plejer tan-Neptunes u jien trabbejt f 'dan il-klabb allura kienet għażla ovvja li nkun miġbud lejn dan l-isport. Fis-sajf li għadda kellek staġun mill-aqwa ma' Neptunes - fl- opinjoni tiegħi l-aqwa fil-karriera tiegħek fejn ħafna drabi kont fost l-aqwa skorers ta' Neptunes. Taqbel miegħi jew fadal lok fejn ittejjeb il-wirjiet tiegħek? Fil-bidu tas-sena 2014 bejn impenji mat-tim nazzjonali u l-għan li niksru r-rekord ta' rebħ ta' kampjonati infila man-Neptunes indunajt li tista' tkun l-iktar sena importanti fil-karriera tiegħi. Għalhekk għamilt minn kollox biex nilħaq dak it-tragward bit-taħriġ u naħseb li s-sagrifiċju żejjed li għamilt deher fl-ilma għax kelli staġun pożittiv. Naħseb li matul din is-sena nista' nibni fuq dak li għamilt tul is-sena li għaddiet u jekk nibqa' bl-istess ritmu nkun kuntent ħafna. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli qies li jmur jilgħab barra minn Malta? Meta kont żgħir kont mort nilgħab barra minn Malta imma iktar bħala taħriġ milli bħala plejer barrani. Issa hija impossibli għaliex għandi familja u posti huwa hawn magħhom. U ġieli kellek xi offerta minn xi klabb lokali ieħor jew minn dejjem ridt tilgħab ma' Neptunes biss? Ġieli kelli iva imma minn tifel ix-xewqa kienet dejjem li nibqa' man-Neptunes. Huwa l-klabb li tani ħafna sodisfazzjon u kuntent nispiċċa l-karriera tiegħi magħhom. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mat-taħriġ u l-logħob tal-waterpolo? Mhux faċli tlaħħaq mat-taħriġ u x-xogħol speċjalment mal- esiġenzi tal-familja imma bis-saħħa tal-mara nsibu bilanċ għaliex tappoġġjani ħafna f 'dak li nagħmel f 'ħajti. X'tikkummenta fuq ir-riżultati mill-aqwa li kellkom bħala tim nazzjonali fl-aħħar xhur? Kien unur li nilgħab ġo tim tant magħqud bħalma kellna u naħseb dak kien is-sigret tas-suċċess tagħna. Kulħadd nesa ma' liema klabb jilgħab u ngħaqadna għal għan wieħed - dak li nagħmlu unur għal pajjiżna u fil-fatt kien dak li seħħ speċjalment meta rbaħna l-midalja tal-fidda fil-Logħob tal- Commonwealth. Madankollu kien hemm kritika li l-avversarji li lgħabtu kontrihom f 'dawn it-tournaments ma kinux tal-ogħla livell? Kif tirribatti din il-kritika sa ċertu punt kostruttiva? Ma naqbilx miegħek. Bħala daqs ta' pajjiż u ta' riżorsi lanqas nibdew magħhom. Mal-istess pajjiżi snin qabel ma kellniex l-istess riżultati pożittivi. Naħseb li l-preparazzjonijiet bil-għaqal u b'serjetà li għamilna qabel il-kompetizzjonijiet taw il-frott tagħhom. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal- kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo u dan kif għenek matul il-karriera tiegħek fil-waterpolo? Karl Izzo kien strumentali fil-karriera tiegħi għaliex kien assistant coach tan-Neptunes u kowċ tal-Minors għal seba' snin. Dawk is-seba' snin kienu żmien fejn kont qed nimmatura bħala plejer u Karl kien bniedem li kien emmen fija u li tani l-fiduċja li għandi issa. U dik mal-President ta' Neptunes Matthew Bonello? Hija relazzjoni tajba ħafna. Matthew Bonello huwa bniedem ġenwin, tal-kelma u għandu mentalità rebbieħa. Dik il- mentalità rnexxielu jwassalha lilna bħala plejers u grazzi għall- persistenza li jagħmel kuljum, sirna l-aqwa tim ġol-pajjiż u ksirna kull rekord ta' Malta fil-waterpolo. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-logħba tal-waterpolo? Il-futur immedjat huwa man- Neptunes għaliex fadalli sentejn oħra fuq il-kuntratt. Wara ma nafx. Fadalli ftit mhux ħażin nilgħab u nixtieq inkompli għaliex is- sodisfazzjon li tani l-waterpolo huwa kbir. Dawn il-ftit snin li fadalli nilgħab il-waterpolo, fil- futur ma jerġgħu jiġu qatt allura nixtieq ingawdihom sal-aħħar. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Jekk jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo, għandhom iżommu saqajhom mal-art u jitħarrġu b'serjetà kbira kuljum. SPORTSillum Michele Stellini – bla dubju fost l-aqwa plejers tal-waterpolo li pproduċa l-istess sport f'dawn l-aħħar snin. Idejh ix-xellugija tipprovdi xutt potenti li ma jaħrha lill-ebda tim avversarju! "Naħseb li l-preparazzjonijiet bil-għaqal u b'serjetà li għamilna qabel il-kompetizzjonijiet taw il-frott tagħhom" "Dawk is-seba' snin kienu żmien fejn kont qed nimmatura bħala plejer u Karl Izzo kien bniedem li emmen fija u li tani l-fiduċja li għandi issa" Idejh ix-xellugija tipprovdi CRISTIAN ANTONY MUSCAT Ritratt: Gianfranco Stellini