Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062
Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 | illum 15 tal-Partit Laburista jekk hux hu jew talbuh. Eżita xi ftit iżda meta komplejt nistaqsi qalli, "ċempilli xi ħadd f 'isem Joseph Muscat. Żgur li kienet ġejja mill-Prim Ministru għax dan il-moviment hu jmexxih." Ian Castaldi Paris kien ġellied favur l-ambjent meta kien sindku f 'isem il-Partit Nazzjonalista, "iva kont ħriġt bis-saħħa favur il-belvedere ta' Ħal-Lija biex ma jinqeridx. Għax ma kien hemm l-ebda pjan suret in-nies u jien għalija dejjem ġew ir-residenti." Issa l-gvern ta' Muscat qed jiġi kkritikat dwar l-ambjent u dwar li l-MEPA qed tagħti maħfra lil min dineb. Castaldi Paris pront qal li Muscat qed ikun prattiku għal nuqqasijiet żgħar li qed jindirizza, "Mhux qed iwiegħed maħfra għal xi bini fl-ODŻ jew għal xi biċċa art li ma tkunx fl-iskema u ssibha hemm, bħalma kienu jsiru qabel. F'sentejn li ilu hemm Muscat qed jagħmel ħafna favur l-ambjent u dan meta wieħed iqis li ma tantx wiret affarijiet sbieħ." Tlabtu jgħidli x'jolqtu f 'Joseph Muscat, "Moħħu miftuħ. Lest li jisma' u jattwa. Jaf fejn irid jasal u fejn irid iwassal lil dan il-pajjiż bil-fatti." U meta beda jħoss dan kollu? "Waqt il-kampanja kont nisma' l-mass meetings kollha tiegħu. Kien jogħġobni u kelli biss dubju żgħir jekk dak li kien qed jgħid kienx biss biex jirbaħ il-voti. Illum sentejn wara dan id-dubju mar u ninsab konvint fih. Tant li meta ltqajt ma' Joseph Muscat għidtlu, 'Aħfirli għax m'emmintekx' dakinhar." Is-siti elettroniċi ta' partitarji Nazzjonalisti għajruh traditur meta tkellem fil-Konferenza annwali tal- Labour. Iħossu li ttradixxa lil Parti Nazzjonalista? "Le ma nħossnix traditur tal-PN. Kont inkun traditur li kieku tlaqt il-partit li baqagħlu l-valuri li nemmen fihom jien. Inħossni onest miegħi nnifsi. Dawk il-valuri li nemmen fihom illum qed narahom fil-moviment Laburista" temm in-Nutar Ian Castaldi Paris. Ian Castaldi Paris Nutar ta' 36 sena Miżżewweġ lil Francesca u missier Helena ta' 9 snin u Mikela ta' sentejn Twieled tas-Sliema, trabba l-Madliena u jgħix Ħal-Lija Kien president tal-Kulleġġ tal- Kunsilliera f 'isem il-PN, membru fl-eżekuttiv u fl-amministrattiv tal- Partit Nazzjonalista Ikkontesta wkoll il-kariga ta' President tal-PN mirbuħa minn Paula Mifsud Bonnici "Il-partit kien immexxi minn żewġ min-nies, Gonzi u xi ħadd ieħor. Li m'iniex ċert jekk kienx xi ħadd ieħor u Gonzi" Ritratt: Ray Attard ivvutajt Labour għall-ewwel darba