Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 | illum 27 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Floriana .......................... 2 Pietà .............................. 0 GĦALKEMM lagħbu għal madwar nofs siegħa b'10 plejers, Floriana għelbu l-isfida ta' Pietà Hotspurs bl- iskor ta' 2-0. Fid-19-il minuta huma ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil- logħba meta l-BOV Plejer tal- Logħba, Steve Pisani, għadda tajjeb lejn Clyde Borg li ra x-xutt tiegħu jiġi salvat tajjeb minn Miguel Montfort. Il-Hotspurs irrispondew 20 minuta wara permezz ta' freekick dirett ta' Claudio Frances li għadda ftit għoli. Pietà komplew jattakkaw u fil-45 minuta xutt mill-bogħod ta' Jurgen Pisani ġie mdawwar f 'corner minn Matthew Calleja Cremona biex l-ewwel taqsima ntemmet f 'parità ta' mingħajr gowls. Fil-51 minuta Floriana fetħu l-iskor meta minn freekick ta' Pisani, għola tajjeb it-Taljan Matteo Piciollo li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin għeleb lil Montfort. Reġa' kien Piciollo li ħoloq il-periklu għall- Greens meta fis-60 minuta wara li rċieva mingħand Vito Plut, ra t-tentattiv tiegħu minn pożizzjoni ideali jgħaddi għoli. Żewġ minuti biss wara Floriana spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Sacha Borg wara li ġie muri żewġ karti sofor fil-logħba mir-referi internazzjonali tal-FIFA, Clayton Pisani. Ħames minuti wara xutt minn barra l-kaxxa ta' Rafael Rodrigues Da Silva għall-Hotspurs, ra lil Matthew Calleja Cremona idawwar tajjeb f 'korner. Għalkemm b'10 plejers, Floriana rduppjaw l-iskor fis-76 minuta meta xutt ta' Vito Plut stampa ma' sieq il-lasta u mbagħad ħabat mad- difensur ta' Pietà Hotspurs, Karl Micallef, qabel intemm ġewwa. Floriana - Calleja Cremona, Moreira Cobo, Marcelina, Pisani, Clyde Borg, Plut (Coronado 83'), Piciollo, Conor Borg (Micallef 86'), Muir, S. Borg, Bonnici (Briffa 35') Pietà - Montfort, K. Micallef, Dos Santos, Grech, Pisani, Gabriel da Silva (Cesare 55'), Rodrigues da Silva, Attard (Agius 77'), Newuche Nnaemeka (Ricardo Costa 55'), Frances, L. Micallef Referi - Clayton Pisani MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Balzan ............................1 Mosta .............................1 FILKONFRONT bejn Balzan u Mosta rajna bilanċ assolut hekk kif dan il- konfront intemm f 'parità ta' 1-1. Balzan ħarġu fuq l-offensiva u wara biss ħames minuti logħob Bojan Kaljevic għadda tajjeb lejn Gianmarco Piccioni li minn pożizzjoni ideali xeħet għoli. Iżda żewġ minuti biss wara kienu Mosta li fetħu l-iskor, meta l-goalkeeper Għawdxi ta' Balzan, Steve Sultana, salva iżda ma żammx ix-xutt ta' Ryan Grech biex mir-rebound Mickael Dawood tefa' ġewwa permezz ta' xutt tajjeb li ntemm fir-rokna tax-xibka. Iżda l-Mostin ma tantx damu jifirħu hekk kif Balzan ġabu l-iskor indaqs propju permezz ta' gowl sabiħ tal-eks plejer ta' Mosta, Bojan Kaljevic, meta Grima għadda tajjeb lejn il-plejer Montenegrin li dar tajjeb ma' avversarju u spara fix-xibka. Fis-16-il minuta minn freekick għal Balzan mogħti minn Guerrero, il-ballun spiċċa f 'saqajn Serrano Valero li mill-viċin xeħet ftit barra. Wara nofs siegħa logħob kellna freekick ieħor għal Balzan din id-darba mogħti minn Justin Grioli li iżda ġie salvat tajjeb minn Omar Borg. Fil-45 minuta Bojan Kaljevic seta' jiskorja doppjetta personali iżda tilef ċans tad-deheb li jpoġġi lil Balzan fil-vantaġġ meta xxuttja barra wara li rċieva minn kross ta' Edison David Bilbao Zarate. Fit-tieni taqsima domna biex ninnutaw l-ewwel azzjoni perikoluża hekk kif kien biss fit-63 minuta li Balzan ħolqu l-periklu meta minn cross ta' Oscar Dario Guerrero, Gianmarco Piccioni indirizza l-ballun bir-ras għal-lasta imma Omar Borg salva b'diffikultà. Balzan komplew jattakkaw u fis-87 minuta Steve Bezzina krossja tajjeb mix-xellug lejn Gianmarco Piccioni li iżda ra lil Omar Borg isalva tajjeb. Balzan - Sultana, Grioli, Grima (Mifsud Triganza 66'), Guerrero (Guobadia 81'), Edison Bilbao Zarate, Bezzina, Kaljevic, Agius (Darmanin 80'), Brincat, Piccioni, Elkin Serrano Valero Mosta - Borg, Magro, Farrugia, M. Brincat, Pulo, Roberts, Grech, Rodriguez Ekani, Falzon (Darbo 60'), Zammit (Fortune 74'), Dawood Referi - Alan Mario Sant STEVE PISANI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Huwa plejer ferm importanti ta' Floriana Qabel kien plejer fundamentali tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia GARY ROBERTS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Inagħaqad ma' Mosta matul ix-xahar li għadda Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil- grawnd KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Chelsea 26 60 Manchester City 26 55 Arsenal 26 48 Manchester United 26 47 Southampton 25 46 Tottenham H. 25 43 Liverpool 25 42 West Ham United 25 38 Swansea City 26 37 Stoke City 26 36 Newcastle United 26 32 Everton 25 27 Crystal Palace 26 27 West Bromwich A. 26 27 Hull City 26 26 Sunderland 26 25 Queens Park R. 26 22 Burnley 26 22 Aston Villa 26 22 Leicester City 25 17 KLASSIFIKA KAMPJONAT BOV PREMIER Tim L Pti Hibernians 22 30 Valletta 23 22 Birkirkara 22 22 Balzan 23 18 Floriana 23 18 Sliema W. 23 17 Mosta 23 14 Żebbuġ R. 23 12 Naxxar L. 22 11 Tarxien R. 23 11 Pietà H. 23 11 Qormi 22 9 KLASSIFIKA KAMPJONAT SERIE A TIM Tim L PTI Juventus 24 57 Roma 23 47 Napoli 23 42 Fiorentina 23 38 Lazio 23 37 Genoa 23 35 Sampdoria 23 35 Palermo 23 33 Torino 23 32 Inter 23 32 AC Milan 23 30 Sassuolo 23 29 Udinese 23 28 Empoli 23 24 Chievo 23 24 Verona 23 24 Atalanta 24 23 Cagliari 23 20 Cesena 23 16 Parma 23 10 Floriana jegħlbu lil Pietà b'10 plejers Bilanċ assolut bejn Balzan u Mosta Ritratt - Toni Magro "Birkirkara jkunu dejjem l-ewwel għażla tiegħi f 'pajjiżna" – Joseph Zerafa WARA ftit xhur jilgħab fir- Ryman League fl-Ingilterra, id-difensur versatili Joseph Zerafa reġa' rritorna Malta biex jilgħab il-kumplament tal-istaġun ma' Birkirkara. F'kummenti li għadda lil dan il-ġurnal huwa saħaq li: "L-esperjenza tal-Ingilterra kienet waħda tajba ħafna. Meta kont qed nilgħab fir-Ryman League konna nilagħbu żewġ logħbiet fil- ġimgħa u minħabba f 'hekk bdejt inbati minn xi injuries minħabba ċertu għejja. Kif mort ma' Welling weġġajt fl-ewwel ġimgħa tat-taħriġ meta kelli strain fil-groin li żammitni lura mit-taħriġ. Minħabba f 'hekk tlift daqsxejn fitness u bħala terapija kienu daqsxejn limitati fir-riżorsi tagħhom, allura l-injury bdiet teħodli aktar fit-tul. Lgħabt xi friendlies magħhom u kont tajjeb ħafna però fiżikament xorta kien baqagħli biex niġi sew. Minħabba f 'hekk kont se nbati għax fiżikament, l-Ingilterra huma tajbin wisq. L-aħjar ħaġa għalija kienet li niġi naħdem Malta ħalli nerġa' niġi fiżikament tajjeb u nilgħab logħob kemm jista' jkun u nerġa' nitla' fil-pre-season. Nemmen li hawn Malta, speċjalment ma' Birkirkara, nista' ningħata ħafna iktar attenzjoni li għandi bżonn bl-għajnuna tal- kowċ Paul Zammit u tal-istaff mediku. Jien qiegħed tajjeb biex nilgħab u kif tasal il- clearence nkun nista' niffirma l-kuntratt u ningħaqad mill-ewwel mat-tim. Meta kont l-Ingilterra bqajt insegwi ħafna lil Birkirkara u bqajt f 'kuntatt mal-kowċ, dejjem. Il-klabb ta' Birkirkara lili tani ċ-ċans li nipprova nwettaq ħolma li kull plejer Malti għandu, jiġifieri dik li jilgħab barra minn Malta, u għalhekk nibqa' nirrispettahom u huma jkunu dejjem l-ewwel għażla tiegħi f 'pajjiżna," temm jgħid Joseph Zerafa. Joseph Zerafa fl-azzjoni bil-flokk ta' Birkirkara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015