Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

JOHN PISANI LAGGRESSJONI fuq Kuntistabbli fl-Għassa tal- Pulizija tal-Marsa matul il- lejl tal-5 ta' Frar li għadda meta kien waħdu fl-għassa, qajjem il-mistoqsijiet jekk wasalx iż-żmien li l-Għases tal-Pulizija ż-żgħar jingħalqu b'mod speċjali matul il-lejl u jekk il-Pulizija tad-Distrett għandhomx ikunu armati bħall-kollegi tagħhom f 'taqsimiet oħrajn. Il-Kummissarju tal- Pulizija, Michael Cassar, qal lill-ILLUM li għalkemm l-Għases tal-Pulizija għad hemm bżonnhom, jippreferi jara aktar pulizija fit-toroq milli fl-għases. Din il-gazzetta tkellmet ma' diversi sorsi qrib il- Korp tal-Pulizija u kif jiġri kważi dejjem sibna diversi opinjonijiet. Huwa fatt magħruf li ħafna mill-għases fl-irħula ż-żgħar, speċjalment f 'Għawdex, aktar ikunu magħluqin milli miftuħin għax hemm min jgħid li m'hemmx pulizija biżżejjed. Spiss ukoll li fl-għases madwar Malta u Għawdex ikun hemm tliet membri tal-Korp li jkunu xogħol fejn ġeneralment ikun hemm Surġent, Kuntistabbli biex isuq il- karozza tas-servizz u dak imsejjaħ orderly. Dan tal- aħħar xogħlu huwa li jibqa' fl-għassa biex jirrispondi t-telefon u biex jekk xi ħadd ikollu bżonn xi ħaġa allura jsib min jgħinu. "Ir-realtà hi li llum kulħadd għandu telefon id-dar u anke mobile. Jekk persuna se tiġi bżonn il-Pulizija matul il- lejl, naċċertak li ħadd mhu se joħroġ mid-dar u jmur l-għassa tar-raħal, imma se jaqbad jew it-telefon jew il-mobile u jċempel għall- assistenza. Lanqas l-għassa ma jċemplu, imma jużaw in-numru tal-Emerġenza, l-112", saħaq magħna uffiċjal tal-Pulizija. L-għeluq tal-għases iż-żgħar ilha tissemma, iżda jidher li d-deċiżjoni qatt ma ttieħdet mill- amministrazzjoni tal-Korp għaliex dejjem sabu intopp mill-politiċi li jibżgħu li jekk tingħalaq xi għassa se jkun hemm min joħroġ jikkritika l-Gvern tal-ġurnata li qed inaqqas is-sigurtà. "Is-sigurtà se tibqa'. Ħa nagħti eżempju. Id-Distrett numru 8, dak ta' Birkirkara. Għandek l-għassa prinċipali f 'Birkirkara fejn hemm uffiċini ta' uffiċjali għoljin kif ukoll uffiċċju li fih imorru biex jinqdew għal xi applikazzjonijiet, jinġabru rapport u xogħol ieħor amministrattiv. Peress li din hija għassa prinċipali, allura se ssib numru ta' surġenti u kuntistabbli. Fl-istess distrett hemm l-għases tan-Naxxar, Ħal Balzan, Ħ'Attard u Ħal Għargħur u qabel kien hemm ukoll dik ta' Ħal- Lija imma din ingħalqet. Bħalhom hemm f 'distretti oħrajn. Dawn l-għases, barra tan-Naxxar, mhumiex armati u ħafna minnhom kulma hemm mejda, siġġu, telefon u ovvja r-ritratt tal- President, arloġġ u kurċifiss. Forsi f 'xi waħda minnhom issib kompjuter," qalilna s-sors. Meta komplejna nistħarrġu dwar dawn l-għases sibna li ħafna minnhom, f 'bosta distretti, xorta waħda qegħdin jinżammu magħluqin minħabba nuqqas ta' Pulizija. Jekk nibqgħu fuq id-distrett ta' Birkirkara nsibu li kuljum hemm ħames Pulizija li huma ordnati fuq fixed points, jew għassa, mar-residenza tal-President Emeritus Eddie Fenech Adami, mal-Kummissjoni Ingliża, mar-residenza tal-Ambaxxatur Libjan, mal-Ambaxxata Libjana u mal-President Marie Louise Coleiro Preca. Jekk xi Pulizija jinzerta jkun ma jiflaħx, jinqala Pulizija ieħor li jkun detailed fl-Għassa u jmur fuq il-fixed point. Ġeneralment dan ikun is-sewwieq tas-Surġent biex b'hekk jekk jinqala' xi każ, is-Surġent jew imur waħdu jew imur miegħu l-orderly u l-għassa tingħalaq. Bieb jissakkar F'diversi pajjiżi l-għases tal- Pulizija huma mgħammra b'bieb elettroniku li jinfetaħ minn ġewwa bħalma hemm fil-banek. Staqsejna għaliex ma jsirux hekk anke fl-għases bħala mezz ta' sigurtà. "Sikkina taqta' minn żewġ naħat" qalilna wieħed mis-sorsi. Huwa spjegalna li vera li bieb ikkontrollat mill-Pulizija huwa aktar sigur. Mhux għall-Pulizija biss imma ġieli kien hemm każi ta' vjolenza domestika fejn ikollok mara li tmur tagħmel rapport fuq żewġha jew is-sieħeb tagħha, anke jkun hemm uliedha magħha, u ftit wara jiġi r-raġel. Bil- bieb ikkontrollat dan jista' jitħalla barra sakemm jasal ir-rinforz jekk il-Pulizija fl-għassa jinzerta waħdu. Mhux l-ewwel darba li l-argument ikompli fl-għassa tal-Pulizija. Min-naħa l-oħra jekk jersaq xi ħadd lejn il-bieb u jitlob biex jidħol, int ma tafx x'intenzjoni għandu jew jekk hux armat. La darba daħal u l-bieb ingħalaq dan se jinqabad hemm ġew, saħaq is-sors. Tad-Distrett mhux armati Mhux se nikxfu xi sigriet meta ngħidu li l-Pulizija tad-Distrett ma jġorrux arma fuqhom u l-uniku mezz ta' protezzjoni huwa l-pepper spray. Dan jista' jarah kulħadd. Għalkemm fl-għassa hemm armi, dawn jintużaw meta l-Pulizjia jmorru fuq xi biċċa xogħol bħal xi hold-up jew argument fejn ikun hemm rapport li qed jintużaw xi armi. Ġieli jieħdu l-arma magħhom ukoll waqt patrol imma mhux kulħadd jagħmel dan. Anke fuq dan il-punt hemm min ma jaqbilx li l-Pulizija tad-Distrett għandhom ikunu armati b'pistola għalkemm l-istess sorsi qalulna li għandhom ikollhom taser-gun fuqhom għax kultant il-pepper spray jaf ma jkunx effettiv. "Mhux biss il-Korp għandu bżonn aktar nies, imma importanti li jsir taħriġ rigoruż u li l-Pulizija jibqgħu jingħataw it-taħriġ. Pulizija fl-Għassa jistenna t-telefon idoqq mhix sigurtà. Il-Pulizija trid tkun attiva fil-komunità u tidher li hi attiva," saħaq is-sors. Huwa kompla jgħidilna li Pulizija f 'għassa żgħira huwa ħela ta' riżorsi. Ilha snin tissemma l-Community Policing u s'issa l-ebda amministrazzjoni ma waslet biex tagħmilha. "Imma anke hawn il- Pulizija ma jistax jieħu l-inizjattiva u minflok joqgħod fl-għassa jistenna xi ħadd iċempel u jagħmel il-kafé, imur idur dawra bil-mixi fl-inħawi u jara li kollox sew. Ikollu joqgħod bilqiegħda fl-għassa għax jekk jinzerta jgħaddi xi uffiċjal waqt ronda u jsib l-Għassa magħluqa, dak il- Pulizija jispiċċa jeħel crime." Dwar dan il-punt il- Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar, qalilna li "jekk kienu jingħataw il-crimes qabel, mhux se nikkummenta. Li naf huwa li jien bil-kontra. Irrid nara lill-Pulizija jagħmlu aktar rondi milli joqogħdu fl- għassa jħarsu. Jekk nara għassa tal-Pulizija magħluqa u dawk jew dak il-pulizija jkunu qed idur l-inħawi, mhux talli ma noħroġlux crime, anzi nifraħlu. Basta jkun qed jaqdi dmiru," saħaq 6 illum | Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 Periklu għall-pulizija waħdu f 'għases Nieħu gost nara Pulizija fuq ronda milli fl-Għassa – Il- Kummissarju Michael Cassar "Huwa fatt magħruf li ħafna mill-għases fl-irħula ż-żgħar, speċjalment f 'Għawdex, aktar ikunu magħluqin milli miftuħin"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015