Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

4 illum | Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 Ikompli minn paġna 1 FRANK Zammit qal li hu daħal fil-Moviment ta' Joseph Muscat b'mod gradwali. "Se jkun ta' unur kbir għalija li se nirrappreżenta dan il- moviment bħala kandidat fl-elezzjoni lokali tal-Marsa." Mitlub jikkummenta jekk kienx iħossu skomdu li jimmilita f 'partit: "Bejn l-1998 u l-1999 kont elett u servejt ta' sindku. Fl-elezzjoni ta' meta kont Sindku l-PN tella' għall- unika darba tliet kunsilliera lokali. Riżultat fenomenali fil- Marsa. Il-Labour kienu rebħu 4-3. Meta b'mod unilaterali u mingħajr l-ebda approvazzjoni tal-Eżekuttiv il-PN kien irtira l-kandidati mill-Marsa u ż-Żejtun sabiex jikkontrolla t-telfa kbira mill-għadd ta' voti, jien kont l-uniku kritiku b'mod voċiferu kemm fl- Eżekuttiv kif ukoll fit-Times of Malta bil-kitba ta' tliet talking points." Zammit kien fost ħafna li soffrew internament mill- fatt li kienu segwaċi ta' Dalli, dan l-aktar wara li Dalli kien tilef it-tellieqa għat-tmexxija kontra Lawrence Gonzi u Louis Galea. Frank Zammit jimmira biex ikun elett mal-Partit Laburista fuq il-Marsa Boutique li se tgħin persuni fil-bżonn ILMINISTRU għall- Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia nieda l-ewwel boutique li se jkun qed jgħin persuni fil-bżonn biex jippreparaw lilhom infushom għal meta jkollhom intervista għax- xogħol. Din l-inizjattiva hija parti oħra mill- proġett LEAP, fejn l-ewwel boutique nfetaħ fi Triq Melita, il-Belt Valletta. L-għan ta' dan il-boutique huwa li min ikollu bżonn ħwejjeġ sabiex jattendi intervista għal xogħol ikun jista' jmur u jagħżel x'jilbes mingħajr ebda ħlas. Il- maġġorparti tal-ħwejjeġ provduti huma relattivament ġodda. Il-Ministru Michael Farrugia qal li din hija attività żgħira iżda bi ħsieb kbir. Żied jgħid li l-faqar mhux perċezzjoni u għalhekk hemm bżonn ta' għajnuna bħal din lil persuni li jkollhom bżonn. Semma' li l-proġett LEAP huwa parti mill-katina favur is-settur tal-persuni vulnerabbli. Michael Farrugia qal li din hija ir-rieda ta' kull wieħed minna, dik li nagħmlu kull ma nistgħu għal persuni f 'diffikultà sabiex il-ħolma tagħhom issir realtà. Michael Farrugia tenna li dan huwa biss il-bidu ta' inizjattiva bħal din. Huwa qal li l-ħsieb huwa li jkun hemm boutiques ta' dan it- tip f 'kull ċentru tar-Riżorsi għall-Familja li qegħdin jinfetħu madwar Malta u Għawdex. L-inizjattiva 'Preparazzjoni lejn id-Dinja tax-Xogħol' saret b'kollaborazzjoni ma' 'Families for Lifelong Learning'. Frank Zammit kien meqjus bħala Nazzjonalist aħrax u espert tal-Vatikan Michael Farrugia nieda l-ewwel boutique fil-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015