Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 | illum 17 RESQIN lejn l-ewwel sentejn ta' Gvern Laburista u l-poplu Malti u Għawdxi għandu jistaqsi jekk dawn kinux snin li fihom il-Partit Laburista wettaq dak li wiegħed u fuq kollox jekk implimentax dak li tant ftaħar bih qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Il-programm elettorali tal-PL għal Marzu 2013 kien fih minn kollox; fil-maġġoranza tiegħu wegħdi li mad-daqqa t'għajn kienu attraenti u li jappellaw għall-maġġoranza tal-poplu iżda mat-tul taż-żmien wieħed faċilment jintebaħ li dawn ma kienu xejn għajr kliem sabiħ intenzjonat biss biex jagħti l-impressjoni ta' partit ġdid u mibdul li kien lest li jagħti alternattiva oħra lil pajjiżna. Sentejn wara, il-poplu tagħna bir-raġun iħossu diżappuntant li dak li kien imwiegħed lilu mhux qed ikun mogħti. Il-ħsieb ta' Joseph Muscat kien wieħed; iwiegħed l-ilma jiżfen basta jkun jista' jirbaħ l-elezzjoni ġenerali. La darba l-PN kien ilu kważi 25 sena fil-Gvern u Muscat ipproġetta lilu nnifsu bħala ġdid u nadif, il-PL ma tantx kellu wisq problemi biex jikkonvinċi lill-maġġoranza tal-poplu Malti li hu kien l-aqwa għażla għal dan il-pajjiż. Ir-riżultat miksub fl-aħħar elezzjoni ġenerali jikkonferma dan. Madankollu Muscat u l-PL tkellmu dwar punti li l-poplu vvota għalihom fosthom il-meritokrazija, l-effiċjenza, in-nuqqas ta' burokrazija u fuq kollox għaliex bil-PL fil- Gvern kien se jkollu l-aqwa kabinett li qatt ra pajjiżna minn wara l-Indipendenza 'l hawn. Dawn kienu wegħdi u punti importanti li kienu kruċjali fil-kampanja li għamel Muscat u llum wieħed għandu jieqaf, jistaqsi u jaħseb jekk dawn il-wegħdi nżammux mill-PL fil-Gvern. Mill-esperjenzi li niltaqa' magħhom kuljum meta niltaqa' mal-kostitwenti, nintebah li s-sitwazzjoni f 'dan il-pajjiż qed tmur għall-agħar u mhux għall-aħjar. Veru każ li pajjiżna qed jitmexxa mid-dilettanti u minn grupp ta' nies li wiegħdu kollox qabel rebħu l-poter iżda issa qed jagħmlu kollox għajr dak li wiegħdu qabel l-elezzjoni ġenerali. Il-PL fil-Gvern, għalkemm għadu b'saħħtu, qed jitlef il-kredibilità li rebaħ biha l-elezzjoni fl-2013 u llum Muscat sar diffiċli biex jitwemmen. Il-kredibilità ma titlifhiex daqstant malajr iżda f 'dawn l-aħħar sentejn ta' tmexxija smajna b'numru ta' stejjer li juru bl-aktar mod ċar li l-PL kellu intenzjoni waħda; jirbaħ il-Gvern mingħajr ma kellu viżjoni ċara għal kif kien se jmexxi pajjiżna. Ftaħar tant li kellu road-map f 'kull sfera u suġġett li tista' timmaġina iżda llum nafu li din kienet ħrafa. Ma ninsewx ukoll li llum pajjiżna għandu Prim Ministru li hu kapaċi jipproġetta lilu nnifsu sabiħ iżda meta jiġi biex jiddeċiedi jew biex jieħu pożizzjoni, bħal fil-każ tal-ISIS, m'għandux il-kuraġġ li jagħmel dak li ta' qablu kien ikollu l-kuraġġ li jagħmel. Dan kollu juri biċ- ċar li Muscat mhuwiex it-tip ta' mexxej li l-poplu jixtieq li jkollu għaliex fil-mument tal-prova ma jagħtix serħan il-moħħ. Lil hinn minn dan kollu l-Partit Nazzjonalista m'għandux jibqa' passiv u jistenna lil Muscat u l-Gvern tiegħu jiżbalja biex jirbaħ punti politiċi iżda mill-Oppożizzjoni rridu nkunu pro-attivi biex tassew nagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Nemmen li dan qed isir mill-Kap tal-PN Simon Busuttil u naf ukoll li qed isir sforz kbir biex il-PN jerġa' jkun l-akbar saħħa politika fil-pajjiż. Il-PN qed jirnexxielu jattira nies ġodda lejh u dan hu konferma fin- numru ta' kandidati ġodda u żgħażagħ li qed jippreżenta l-PN għall-elezzjoni tal- Kunsilli Lokali li se jsiru f 'April li ġej. Dawn huma wċuħ ta' nies li qeda iħossu l-bżonn li jagħtu kontribut fit-tfassil tal-politika lokali u fuq kollox jemmnu li l-PN hu l-aħjar għażla għal dan il-pajjiż. Dan hu l-aqwa messaġġ li l-PN jista' jibgħat lill-elettorat fl-elezzjoni tal- Kunsilli Lokali li qed jattira nies ġodda, friski u żgħażagħ li għandhom l-għatx li jaħdmu u jagħtu sehem biex jaraw lil pajjiżna aħjar. Fuq kollox dawn huma nies li qed jifhmu wkoll li dak li wiegħed Muscat mhux qed jitwettaq u allura qed iħossuhom diżappuntati mit-tmexxija ta' min wiegħed kollox u lil kulħadd u issa mhux qed iwettaq. Nhar is-Sibt 11 ta' April il-poplu Malti u Għawdxi għandu jieqaf u jaħseb qabel jivvota biex jeleġġi r-rappreżentanti għal-lokalità tiegħu. Dakinhar, il-poplu tagħna għandu jagħmel ġudizzju tal-politika li tah Muscat u tal-politika pożittiva u fl-aħjar interess ta' kulħadd li qed jipproponi l-PN. Nhar is-Sibt 11 ta' April ivvota għall-kandidati kollha tal-PN. David Casa hu membru parlamentari Ewropew f 'isem il-Partit Nazzjonalista fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew (EPP) Kif Naħsibha DAVID CASA Sentejn ta' wegħdi li mhux jitwettqu "Muscat mhuwiex it-tip ta' mexxej li l-poplu jixtieq li jkollu għaliex fil-mument tal-prova ma jagħtix serħan il-moħħ" jingħaqad mal-bqija tal-pajjiżi fiż-żona Ewro biex isiru aktar diskussjonijiet sakemm dawn id-diskussjonijiet isir b'sens ta' koperazzjoni u rieda ġenwina li jintlaħaq ftehim. Wara l-ħatra tal- Kummissjoni l-ġdida b'Jean Claude Juncker, president ta' din il-Kummissjoni qed naraw Ewropa li qed tipprova taħdem biex tinqala' mill- kriżi ekonomika li daħlet fiha, kriżi li ħalliet eluf kbar ta' persuni, partikolarment żgħażagħ bla xogħol. L-Ewropa qed taħdem fuq pjan biex tinqala' minn din il-kriżi li qed iżżomna 'l isfel u żżommna 'l bogħod mill-Ewropa rivitalizzata li tant għandna bżonn, permezz ta' Fond Ewropew għall-investiment strateġiku fl-Ewropa. Hemm min qed isostni li l-ammont ta' €315 biljun għal dan il-fond jistgħu jkunu ftit wisq imma jidher li qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa biex għallinqas dan il-pjan jibda jagħti r-rankatura meħtieġa ħalli dan il-pjan multi biljunarju jissarraf fi tkabbir ekonomiku u f 'eluf ta' impjiegi għaż- żgħażagħ u dawk kollha li jridu jaħdmu u qed isibuha diffiċli jagħmlu dan. Imma jekk se neħlu ma' dawn l-ewwel problemi, mhux talli se nitilfu kwalunkwe rankatura, talli naħseb li lanqas il-ħafna pjanijiet li hemm m'huma se jagħtu r-riżultati li tant għandna bżonn. Personalment nixtieq li flimkien ma' sħabi minn partit politiċi Ewropej differenti nkomplu bil- ħidma li ntgħażilna għaliha biex jitwaqqaf il-fond ta' investiment strateġiku li għandu jwassal biex ikollna proġetti li jgħinu fit-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea. Jien flimkien ma' MEPs oħra qegħdin naħdmu fuq it-twaqqif ta' dan il-fond u ta' struttura li għandha eventwalment tagħżel il-proġetti li jitressqu mill-iStati Membri. Bħalissa fil-Parlament Ewropew qed naħdmu fuq il-qafas li għandu jwassal biex fix-xhur li ġejjin jintgħażlu l-proġetti li mhux soltu jattiraw faċilment l-investiment tal-Bank ta' Investiment Ewropew. Proġetti li għandhom jassiguraw tkabbir ekonomiku u ħolqien ta' impjiegi. Dawn il-proġetti b'differenza minn oħrajn huma ppjanati li jiġu fis-seħħ f 'temp ta' 3 jew 5 snin. Proġetti li jistgħu jkunu ta' Stat Membru wieħed waħdu, jiġifieri proġetti nazzjonali, però proġetti ambizzjużi. Għaliex wara kollox jekk verament irridu naraw tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea hemm bżonn li nibdew naħdmu fuq proġetti innovativi, proġetti ambizzjużi imma realistiċi ħalli verament jinħolqu l-impjiegi li hemm bżonn. Miriam Dalli hi membru parlamentari Ewropew f 'isem il-Partit Laburista fi ħdan il-Partit Soċjalista Ewropew (PES).

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015