Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 BEJN Diċembru 2012 u Awwissu tas-sena l-oħra, f 'Malta saru tmin omiċidji li l-Pulizija ma teskludiex li b'xi mod għandhom konnessjoni bejniethom. Tnejn minnhom seħħew fi spazju ta' ħames sigħat. Il-vittmi huma Yosef Grech ta' 41 sena minn Ħal Balzan magħruf bħala "il- Yoyo" għalkemm hemm min jemmen li l-qtil ta' Grech ma kellux x'jaqsam mal-oħrajn, Ġużeppi Cutajar ta' 45 sena, magħruf bħala l-"Lion" li kien qed joqgħod il-Mosta, Ronald Galea ta' 65 sena minn Birkirkara, Paul Degabriele ta' 48 sena mill-Fgura magħruf bħala "s-Suldat", Ġużi Galea ta' 58 sena mill-Marsa magħruf bħala "l-Ġilda", Pietru Cassar ta' 67 sena miż-Żejtun magħruf bħala "l-Ħaqqa" u Jonathan Pace ta' 31 sena wkoll miż-Żejtun li kien sid it-Tyson Butcher. Dawn l-omiċidji wkoll għadhom mhux solvuti. Illum se naraw il-qtil ta' Ġużeppi Cutajar li nqatel nhar l-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2012 fil-Mosta. Żewġ omiċidji fi ftit sigħat Il-ġurnata tal-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2012 għall- Pulizija bdiet kmieni ħafna, speċjalment għall-investigaturi mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali fosthom dawk mill-Iskwadra tal-Omiċidji. Kien għall-ħabta tat-3.30am meta kaċċatur li kien fl-inħawi ta' Qalet Marku fl-inħawi tat-Torri tal-Għallis limiti tan- Naxxar, innota xi ħaġa mitluqa fuq il-ħamrija. Peress li kien id-dlam għall-ewwel ma setax jirrikonoxxi x'kien. Meta resaq viċin sab li kien raġel nofsu mneżża' mitluq fuq il-ħamrija wiċċu 'l isfel u għadira demm madwar rasu. Irriżulta li l-katavru kien ta' Yosef Grech ta' 41 sena minn Ħal Balzan magħruf bħala "il-Yoyo" li kien qed jistenna li jgħaddi ġuri mixli bil-qtil ta' Patricia Attard fi Frar tal-2004 f 'Ta' Qali. Il-katavru ta' Grech instab bil-qalziet ta' fuq u ta' taħt imniżżlin u minn qaddu 'l fuq bla ħwejjeġ u flokk li kien imdawwar ma' rasu. Grech inqatel b'tir ta' arma tan-nar f 'rasu liema balla daħlet min- naħa tal-lemin u ħarġet mix- xellug. Tiri minn wara pala tal- bajtar tax-xewk Bilkemm kienu bdew bl- investigazzjonijiet tagħhom dwar il-qtil tal-"YoYo", li l-istess investigaturi kellhom iħallu kollox u jmorru fuq qtil ieħor. L-Ispetturi Chris Pullicino u Keith Arnaud, mill-Iskwadra tal-Omiċidji, kienu ġew informati li fi Triq il-Mitħna kantuniera ma' Triq it-Trinċetta fil-Mosta kienet seħħet sparatura fejn ħalliet raġel mejjet fuq il-post. Filwaqt li l-Ispettur Chris Pullicino baqa' jikkonċentra fuq il-qtil tal-"YoYo", l-Ispettur Keith Arnaud beda jinvestiga l-qtil fil-Mosta. Fuq il-post marru wkoll l-Assistent Kummissarju Pierre Calleja u s-Supretendent Silvio Valletta, illum Deputat Kummissarju u Assistent Kummissarju rispettivament, kif ukoll l-Ispettur James Grech mid-DIK u s-Supretendent Martin Sammut, illum ukoll Assistent Kummissarju, u l-Ispettur Gabrielle Micallef. Hemmhekk sabu lil Ġużeppi Cutajar, il-"Lion", mejjet barra l-karozza tiegħu. Kien għall-ħabta tat-8.35am meta Cutajar kien għadu kif ħareġ minn banka tal-lottu li hemm fi Triq it-Trinċetta li tinsab fil-Qasam tad-Djar ta' Mlit u wara li xtara xi biljetti huwa daħal fil-karozza tiegħu, Toyota Yaris u saq fid-direzzjoni ta' Triq il-Mitħna. Kif wasal fil-kantuniera, Cutajar waqaf u kif beda jsuq instemgħu diversi tiri ġejjin minn wara siġra tal-bajtar tax- xewk. Cutajar intlaqat minn erba' tiri minn madwar 13-il tir li kienu sparati b'machine gun x'aktarx tal-tip Kalashnikov li hija arma Russa. Kif intlaqat, Cutajar fetaħ il- bieba tal-karozza x'aktarx biex jipprova jaħrab, imma huwa ntilef minn sensih u l-karozza baqgħet sejra dritt u waqfet ma' ħajt fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Kif il-karozza ħabtet mal-ħajt u bil-bieba diġà miftuħa, Cutajar waqa' għal mejjet fejn spiċċa Mill-Qorti 33 xahar ieħor għall-Porporina Bouncer jinstab ħati li kiser xedaq ta' żagħżugħ ALFRED Bugeja, ta' 57 sena mill-Belt, magħruf bħala "Il-Porporina", u Clive Agius, ta' 29 sena mill-Floriana, ġew ikkundannati 72 xahar ħabs bejniethom wara li nstabu ħatja li wettqu serqa minn maħżen f 'Santa Venera. Il-każ imur lura f 'Novembru tal-2008 meta l-irġiel serqu diversi oġġetti minn vann u flus minn maħżen fi Triq il-Kanun, f 'Santa Venera. Il-Maġistrat Ian Farrugia sema' kif dakinhar, Johann Cuschieri, li kien qed jixtri il- ħobż ħdejn il-maħżen, lemaħ karozza pparkjata u ra lill- imputati ħerġin mill-karozza u lejn il-bieb tal-maħżen. Huwa ċempel lill-Pulizija, li ftit wara sabu l-karozza u elevaw ukoll 131 stoċċ fi flus tal-fidda. Aktar tard, Clive Agius ħa lill-Pulizija f 'garaxx f 'Ħal Qormi minn fejn ġew elevati l-affarijiet misruqa. L-oġġetti misruqa kellhom valur ta' bejn Lm350 u Lm400. Fil-verżjoni tiegħu, il- Porporina ċaħad l-akkużi u qal li kien biss passiġġier fil-karozza ta' Agius, filwaqt li dan tal-aħħar ammetta l-involviment tiegħu, u anke radd lura l-oġġetti misruqa. Fis-sentenza tagħha, l-Qorti nnuttat kif l-irġiel għandhom kondotta kkulurita, u kkundannat lil Bugeja 33 xahar ħabs u Agius 24 xahar ħabs flimkien ma' 15-il xahar ħabs oħra, li jfisser piena komplessiva ta' 39 xahar ħabs. KEVIN Mallia, ta' 40 sena, minn Tas-Sliema, bouncer f 'Paceville, kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ġie misjub ħati li kiser ix-xedaq ta' żagħżugħ kmieni filgħodu nhar it-3 ta' Jannar tal-2012 fl- istabbiliment Havana. Il-kollega tiegħu, Aaron Vella ta' 28 sena, mill-Mosta ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor għal sena, wara li nstab ħati biss li ħebb għal Nicholas Portelli u l-ħabib tiegħu Yianis Micallef u li kiser il-paċi pubblika. Il-Maġistrat Anthony Vella sema' kif il-vittmi kienu fl-istabbiliment flimkien ma' tfajla oħra, meta Micallef ħassu ħażin u kien għalhekk li l-ħbieb tiegħu akkumpanjawh sat-toilet tal-irġiel. Meta Mallia lemaħ liż-żgħażagħ deħlin it-toilets, huwa mar biex joħroġhom. Filmati tas-CCTV li ġew eżibiti fil-Qorti wrew kif Mallia deher isawwat lil Portelli u Micallef. B'konsegwenza tal-ġrieħi li sofra, Portelli kiser l-għadma ta' geddumu u kellha titpoġġilu biċċa metall fix-xedaq. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Il-karozza Toyota Vitz li ntużat mill-qattiel u li nstabet maħruqa taħt l-Imdina Omiċidju bi tpattija fil-Mosta fl-2012 Il-qattiel spara 13-il Sejħa għall-Kwotazzjonijiet Disinn u Żvilupp ta' Sit Elettroniku Il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini (BICC) jilqa' kwotazzjonijiet għad-disinn u żvilupp ta' sit elet- troniku għall-proġett 'Online Tool for Green Building Technology' li qed jitmexxa flimkien mal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi. Id-dokument bl-informazzjoni kollha jista' jinġabar mill-uffiċini tal-BICC fil-ħinijiet tal-uffiċċju bejn it-8:00 AM u l-4:00 PM. Il-kwotazzjonijiet iridu jaslu fl-uffiċċju tal-BICC Building Research Centre 36, Triq iż-Żekka, Il-Belt Valletta sa mhux aktar tard minn 12.00 PM tat-13 ta' Marzu 2015. BICC/RFQ:01/2015 Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2007 – 2013. Ninvestu fil-kompettivita' għall-Kwalita' ta' Ħajja Aħjar. Offerta parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropeja Fond Ewropew għall- iŻvilupp Reġjonali (FEŻR). Rata ta' Kofinanzjament 85% fond UE; 15% Fond Nazzjonali. Ninvestu fil-futur tiegħek. 2013. Kwalita' ta' Ħajja Aħjar. iŻvilupp Reġjonali (FEŻR).

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015