Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062
Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 | illum 23 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Kemm ilek li bdejt timmudella? Lokalment madwar tliet snin mal-aġenzija tiegħi ModelsM. Internazzjonalment inqas minn sena fejn qiegħed mal- aġenzija fl-Italja iLove u fl- Ingilterra, f 'Londra, ma' Nevs. Minn fejn bdiet il-ħajra għall-immudellar? Ma kelli l-ebda ħsieb partikolari sakemm ġejt introdott ma' Carina Camilleri fl-aġenzija lokali ModelsM u minn hemm bdejna u bqajna naħdmu flimkien. Kif tiddeskrivi futur ta' mudell hawn Malta? Trid taħdem ħafna biex jirnexxielek. Hawn Malta s-suq hu relattivament żgħir, għaldaqstant mhux ideali li tiffoka biss f 'dan il-qasam. Trid tifhem x'tista' tagħmel u kif l-aħjar li tagħmlu dwar il-karriera tiegħek, lil hinn mill-karriera tal-moda. Minn fejn bdejt timmudella? L-ewwel xogħol li kelli kien għal rivista nazzjonali. X'inhuma l-ambizzjonijiet tiegħek għall-futur fil-qasam tal-moda? Li naħdem ma' linji tal-moda rinomati internazzjonalment. X'jirrikjedi l-fatt li tkun mudell? Id-dehra hija essenzjali iżda mhux kollox, għaldaqstant għandha tkun ta' prijorità li tieħu ħsieb ġismek u d-dehra. X'tippreferi catwalk jew ritratti? Ritratti. X'taħseb mix-xena tal-moda f 'Malta? Relattivament is-suq lokali mhux mifrux, madankollu dejjem tista' tagħmel l-aħjar u tikseb l-iktar li tista'. Int ukoll tagħmel parti minn aġenziji f 'Londra u Milan huwa faċli għal mudell Malti li jkun f 'aġenziji barranin? Iktar milli argument ta' jekk huwiex faċli jew diffiċli dan huwa suġġettiv għall-aġenziji barranin u x'jirrikjedu huma. Naturalment hemm ċerti kejl rikjest biex taħdem f 'dan is- settur. Mis-sitwazzjoni ta' kull mudell lokali u għaldaqstant personali, jiddependi kemm inti lest li tieħu deċiżjonijiet suġġetti biex personalment tkun tista' tkun disponibbli barra minn Malta irrelevanti mill-attivitajiet u impenji lokali. Trid tifhem x'inhu l-iktar importanti f 'dak il- ħin ikkonċernat u tiddedika ħinek. Toħlom li għad tkompli l-karriera tiegħek bl- immuddellar? Iva, żgur. X'taħseb mil-linji tal-moda li qed jinbtu f 'Malta? X'futur hawn għalihom? Ma' kull min ħdimt huma nies professjonali. Saħansitra wħud qegħdin jagħmlu ħoss barra minn Malta. X'jagħmlek kuntent fil- ħajja? Fost ħafna hemm l-eżerċizzju u s-safar X'ibeżżgħek? Il-qargħa, tal-irġiel. Esperjenza tad-daħk jew tal-mistħija li qatt ġratlek? Fost l-iktar riċenti, kont qed nagħmilha ta' Christian Grey waqt il-premier tal-film 50 Shades of Grey. Ma kontx qed nistenna daqshekk attenzjoni personali. Stħajt ħafna. Kelma waħda li tiddiskrevik? Wikkiel. Apparti skola u immuddellar tagħmel xi affarijiet oħra? Inħobb il-qari, l-għawm u l-arti. Andrei Scerri għandu għoxrin sena u minn Wied il-Għajn. Mudell f'Malta, -Italja u f'Londra u jistudja l-kummerċ -Università ta' Malta Ħames Minuti Andrei Scerri għandu għoxrin sena u minn Wied il-Għajn. Mudell f'Malta, -Italja u f'Londra u jistudja l-kummerċ -Università ta' Malta Andrei Scerri għandu għoxrin sena u minn Wied il-Għajn. Mudell ma' Andrei Scerri Ħames Minuti ma' Andrei Scerri Ritratt: Pierre Camille