Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062
2 illum | Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 64 36 17 6 11 24 19 12 CHEMIMART Ltd., 14, Triq Sant'Anna, Floriana NATIONAL Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun BROWN'S Pharmacy, 278, Triq il- Vitorja, Qormi THE Local Dispensary, Triq Kan. Karm Pirotta, Birkirkara D'ARGENS Pharmacy, 330, Triq D'Argens, Gżira SAN Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke VICTOR'S Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Sliema ST. Catherine Pharmacy, Triq id- Dielja C/W Triq Santa Katerina, Attard MEDICINE Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Għargħur QAWRA Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, Qawra BROWN'S Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule (pre- viously "Agius Pharmacy"), Paola MILIA'S Pharmacy, 73, Triq il-Kot- tonera, Birgu FELICE Dispensary, 95, Triq is-Sant- warju, Żabbar JOHN J. Borg Pharmacy, 1, Triq il- Kostituzzjioni, Żejtun KRISTIANNE Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, Mqabba ST. Nicholas Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Siġġiewi IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat PALM Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria GĦAJNSIELEM Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem L-OGĦLA: 14˚Ċ L-INQAS: 11˚ Ċ TEMP: Imsaħħab u bix-xita, kulltant bil-maltempati bir-ragħad VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Nofsinhar ix-Xlokk forza 6 għal 7 għall-ewwel, li jsir mil-Lbiċ u jon- qos bil-mod mil-Lbiċ forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6. Bil- buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad. BAĦAR: Qawwi ħafna li jsir qawwi L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 10˚ Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab għall-ewwel, li jissaħħab u bil-ħalbiet tax-xita possibilment bir -ragħad VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Nofsinhar il-Lbiċ forza 4 għal 5 loka- lment forza 5 għal 6 għall-ewwel, li jsir mill-Grigal forza 3 għal 4 għal xi ħin, u jdur mill-Majjistral forza 4 għal 5,lokalment forza 5 għal 6 aktar tard. Bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad. BAĦAR: Qawwi Simon Busuttil bagħat ittra miżgħuda b'materjal politiku Ikompli minn paġna 1 FIS6 ta' Frar 2015, Simon Busuttil bagħat ittra miżgħuda b'materjal politiku lill-impjegati tal-Enemalta fir-residenzi privati tagħhom. Hu qal li l-Gvern kiser il-wegħdiet u pprivatizza l-Enemalta u implika li issa l-ħaddiema qed jaffaċċjaw kundizzjonijiet inqas favorevoli. Simon Busuttil qal li l-Gvern għandu ħafna x'jaħbi u li pajjiżna qed jitlef is-sovranità tiegħu fejn tidħol il-ġenerazzjoni tal-elettriku. L-ittra tikkonkludi billi tgħid li l-Gvern u l-GWU qed jinjoraw l-interessi tal-pajjiż u b'hekk jistiednu l-impjegati biex jiltaqgħu mal-Kap tal-Oppożizzjoni jew jikkuntattjawh fuq simon. busuttil@teampn.org. Ħafna impjegati tal- Enemalta qiesu din il- manuvra bħala waħda totalment mhux flokha hekk kif huma qatt ma taw l-indirizz postali ta' darhom lil Simon Busuttil u lill-ebda persuna jew entità politika f 'rabta mal-funzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Ħassew ukoll, li meta saru referenzi lejn il-GWU bħala l-unjin li tirrappreżentahom u li ma kinitx qed tagħmel xogħolha, Busuttil kiser ir- regola ta' Artiklu 12(1) tal-Att relatat mal-protezzjoni tal- informazzjoni tal-ħaddiema u ma' liema unjin jagħmlu parti huma. Waqt li l-PN din il-ġimgħa staqsa għal-laqgħa urġenti mat-trejdunjins biex jiddiskuti ż-żminijiet inċerti li l-impjegati allegatament għaddejjin minnhom bħalissa, il-Gvern irritalja li l-ħaddiema kollha tal- Enemalta għandhom xogħol garantit, il-kundizzjonijiet kollha skont qbil kollettiv se jkunu rispettati u opportunitajiet ġodda se jkunu ġġenerati fejn l-impjegati tal-Enemalta jingħataw l-ewwel preferenza qabel tinħareġ is-sejħa pubblika. Ikompli minn paġna 1 LISKANDLU li ħareġ fil-beraħ li diversi Maltin kellhom miljuni fl-HSBC ta' Ġinevra li ma kinux iddikjarati għal fini ta' taxxa bdiet toħroġ l-ewwel vittmi. Wara isem Tancred Tabone tal-Forestals, issa kien imiss lill-eks Ministru Nazzjonalista, il-Perit Michael Falzon. Falzon ħareġ stqarrija fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook dwar iċ-ċifra ta' €465,000 li kellu fil-kont tiegħu fl-HSBC tal-Iżvizzera wara li aktar kmieni ċempillu l-ġurnalist. Il-ġurnalist kien Jacob Borg li staqsieh dwar din is-somma u kien qed jirrekordjah. "Ma kellix problema li nikkonferma li l-informazzjoni li kellu dan il- ġurnalist kienet korretta" qal Michael Falzon. Żied jgħid li kien għalhekk li ddeċieda li jirriżenja minn kull attività tal-PN u anke mill-pożizzjoni tiegħu bħala membru tal- gvern fil-kumitat tal-Oil Procurement, għax jaf li din l-istorja se toħroġ fuq ġurnal lokali tal-Ħadd bl-Ingliż. Michael Falzon qal li hu ħass li kellu joħroġ l-istorja hu stess fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook. Spjega li bejn l-1975 u l-1985 kien involut ma' professjonisti oħrajn Maltin f 'konsulti fl-arkitettura u inġinerija ċivili barra minn Malta u din is-somma kienet dak li tħallas minn din il-konsulta li kellha partnership ma' ditta tal-periti Żvizzeri. Kien għalhekk li fetaħ dan il-kont fl-Iżvizzera. Qal ukoll li meta l-kumpanija ġiet likwidata minħabba s-sitwazzjoni politika f 'Malta kien ħalla dan il-kont miftuħ fuq ismu fl-Iżvizzera. Il-Perit Falzon iddikjara li dawn il-flus kienu għandu qabel sar ministru. Qal ukoll li fl-2002 kien iddeċieda li jittrasferixxi din is-somma fl- HSBC Geneve u wara spiċċaw trasferiti f 'banek oħra. Stqarr li llum hu m'għandu l-ebda flus depożitati la fl-Iżvizzera u fl-ebda bank ieħor barra minn Malta. L-ILLUM qed tirripproduċi l-ittra li ntbagħtet minn Simon Busuttil lill-ħaddiema tal-Enemalta Il-Gvern preżenti għadu kif biegħ 33% tal-Enemalta lil kumpanija Ċiniża; begħelha wkoll l-impjant tal-BWSC; biegħ il-Petroleum Division u daħal fi ftehim mal-kumpanija privata Electrogas għall- produzzjoni tal-elettriku u x-xiri tiegħu mingħandha. Bħala Oppożizzjoni aħna ma naqblux ma' dak li qed jagħmel il-gvern u vvutajna kontra fil- Parlament. Nixtieq permezz ta' din l-ittra, nispjegalek għaliex: • Wegħdiet miksura: Il-Gvern ipprova jqarraq bik meta sa qabel l-elezzjoni qallek li l-Enemalta ma tkunx privatizzata u issa pprivatizza terz minnha u biegħ l-impjant tal-BWSC. • Take-home pay: Fil-Parlament aħna insistejna li inti żżomm il-kundizzjonijiet tiegħek, inkluż is-seniority u l-allowances max-shifts. Tlabna lill-Gvern jassigurana li l-flus li jieħu l-ħaddiem id-dar – it-take home pay – jibqgħu l-istess. Iżda l-Gvern ma tana l-ebda assigurazzjoni. • Ħabi: Il-Gvern għadu sal-lum jirrifjuta li jippubblika l-kuntratt li ffirma fl-aħħar xhur dwar l-Enemalta. Mingħajr kopja tal-kuntratt, la aħna u lanqas inti ma nistgħu nkunu nafu fiċ-ċert x'qed jagħmel il-Gvern u jekk dak li qed jgħid hux minnu. Hu biss min għandu x'jaħbi li ma jkunx transparenti. • Sovranità: Aħna ninsabu mħassba ferm ukoll li pajjiżna se jispiċċa jiddependi mill-privat u minn kumpanija tal-Gvern Ċiniż għall-parti l-kbira tal-elettriku li nużaw f 'pajjiżna. Qed nitilfu l-kontroll sħiħ li kellna sal-lum fil-ġenerazzjoni tal-elettriku. Terġa', dan qed isir mingħajr ebda rabta fit-tul dwar il-prezz li bih se nixtru l-elettriku. Għalina dan ma jagħmilx sens u m'għandi l-ebda dubju li dan lanqas għalik ma jagħmel sens. L-Oppożizzjoni se tibqa' tinsisti li d-drittijiet tiegħek u l-interessi tal-pajjiż, jiġu mħarsa. La l-Gvern u lanqas il-GWU ma għamlu dan. Jekk tixtieq tagħmel kuntatt miegħi tista' tiktibli fuq simon. busuttil@teampn.org jew, jekk tħoss li għandek tiltaqa' miegħi personalment, nieħu gost niltaqa' miegħek, bil-qalb kollha. Inselli għalik, Simon Busuttil Kap tal-Opożizzjoni Michael Falzon jissospendi lilu nnifsu mill-PN