Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062
10 illum | Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG IL-MITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. IL-MITA HIJA L-AKBAR ENTITÀ TAL-ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ IL-POTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI L-IMPJIEG TIEGĦEK MAL-MITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. PROJECT LEADER, DIGITAL OUTREACH PERMESS TAL-ETC: 27/2015 Il-persuna magħżula ser tkun qed tirrapporta lil Unit tad-Digital Outreach u l-pożizzjoni se tkun tirrikjedi li jkun hemm ideat ġodda żviluppati proġetti li jiġu implimentati fuq livell nazzjonali biex ikun hemm żieda -użu tat-teknoloġija u proġetti oħra relatati mal-iżvilupp uman, dan biex tkompli tissaħħaħ soċjeta' tal-informatika u l-ekonomija diġitali. Kandidati eliġibbli għandu jkollhom kwaliċi u esperjenza relatata kif indikat, jew l-Management in Business Administration li tinkludi l-ICT; jew ICT and Business, jew edukazzjoni f 'suġġetti xjentiċi jew tekniċi, jew social wellbeing bi speċjalizzazzjoni f 'politika soċjali, żgħażagħ u/jew community studies. Kandidati eliġibbli għandu jkollhom: iv) Kwalika f 'livell MQF 7 u sentejn esperjenza; JEW v) Kwalika f 'livell MQF 6 u erba' snin esperjenza; JEW vi) Tmien snin esperjenza. Il-kandidati huma mitluba li jissottomettu ċertikat ekwivalenti għal MQF għal kwalsiasi diploma jew degree li mhux imniżlha d-database tal-NCFHE. Għal aktar dettalji żur: www.mita.gov.mt/careers Ibgħat CV dettaljat, imkien ma' ittra sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 4 ta' Marzu 2015 fuq: careers.mita@gov.mt, Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd CONTRACTS MANAGER PERMESS TAL-ETC: 28/2015 Dan ir-rwol jesiġi l-preparazzjoni u l-evalwazzjoni ta' sejħiet għall-oerti. Il-persuna li tintgħażel se tkun mistennija li tagħti pariri speċjalizzati dwar kull stadju tas-sejħa tal-oerti - l-ippublikar , l-evalwazzjoni u l-ippremjar – skont ir-regolamenti tax-xiri pubbliku tal-Gvern. Il-persuna li tintgħażel ser tikkordina tim ta' esperti. Din ix-xogħol irid issir mill-uċju fuq bażi full-time. Kandidati eliġibbli għandu jkollhom kwaliċi u snin ta' esperjenza relatati mal-pożizzjoni ta' procurement jew business administration jew kummerċ, jew accounts jew liġi kif elenkat hawn: i) Kwalika f 'livell MQF 7 u ħames snin esperjenza; JEW ii) Kwalika f 'livell MQF 6 u seba' snin esperjenza; JEW iii) Ħdax-il sena esperjenza relatata. Il-kandidati huma mistennija li jkollhom tal-anqas tliet snin mill-esperjenza meħtieġa f 'kariga maniġerjali. Żgħażagħ jieħdu deċiżjoni attiva dwar ir-referendum tal-kaċċa fir-rebbiegħa GRUPP ta' votanti żgħażagħ inġabru flimkien f 'Bieb il-Belt biex jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-vot favur il-'le' fir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa nhar il-11 ta' April. Huma ħeġġew lil żgħażagħ oħra biex ma jkunux indifferenti dwar ir-referendum, għaliex dan se jkun iċ-ċans tagħhom biex jivvutaw għal Malta ambjentalment aħjar fil-futur. Xi wħud minn dawk miġbura sejrin jivvutaw għall-ewwel darba f 'dan ir-referendum. "Inħossni kuntent li ngħix f 'pajjiż demokratiku fejn ingħatajt il-vot biex nieħu sehem fid-deċiżjonijiet," qal student Għawdxi Beppe Galea. "Pajjiżi oħra fl-UE qegħdin jagħmlu sforzi kbar fil-qasam tal-konservazzjoni, inkluż fi proġetti għall-ħarsien tal- gamiem," żiedet tgħid Bernice Saliba, attivista fil-Youth 4 the Environment. "Sadanittant, aħna m'aħna nagħmlu xejn biex nipproteġuhom. Agħar minn hekk, qegħdin nagħtu d-daqqa tal-mewt u dalwaqt jiġi żmien meta ma jkun hemm l-ebda ċans li nsewwu dawn l-iżbalji." Bernice Saliba qalet li dawk imwielda fis-snin 90 ġew imtella' jirrispettaw l-ambjent, u ġew mgħallma dwar it-tibdil fil-klima u l-qerda ta' speċi differenti ta' pjanti u annimali. "Jiena, sħabi u ż-żgħażagħ l-oħra, il-futur ta' pajjiżna, fil-futur qrib se nkunu ċittadini attivi fl-ekonomija u dawk li nieħdu d-deċiżjonijiet. U rridu nkunu ġenerazzjoni aktar responsabbli." Steve Zammit Lupi saħaq li ż-żgħażagħ li jieħu deċiżjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa ma jkunux qegħdin jinsew it-tradizzjonijiet Maltin għaliex il-kaċċa ħadet xejra għall-agħar. Huwa wera lill-mezzi tax-xandir apparat elettroniku li jattira s-summien matul il-lejl, biex jiġi kkaċċjat filgħodu. L-użu ta' dawn il-bird callers hu illegali u m'hemm xejn 'tradizzjonali' fihom, għalkemm l-użu tagħhom fil- kampanja hu mifrux sew. "Nafu li fil-11 ta' April fil- verità m'hemmx għażla: għas- sostenibilità, għall-għasafar, għall-ambjent tagħna irridu nivvutaw 'le'", qalet Bernice Saliba. Il-grupp ta' madwar tletin ruħ kien magħmul minn studenti u attivisti minn għaqdiet taż-żgħażagħ differenti, bħal Youth 4 the Environment (Y4TE), Greenhouse Malta u BirdLife Falko, flimkien mal-ħbieb tagħhom. Il-ħsieb tal-Gvern hu li l-Akkademja tal-Pulizija tieħu forma ta' Kulleġġ F'ĊERIMONJA ta' promozzjoni li saret fil- Kwartieri Ġenerali tal- Pulizija, ġew appuntati disgħa u għoxrin spettur ġdid, bi tlieta fosthom jingħataw il-ġurament bħala membri ġodda fi ħdan il-Korp. Fl-intervent tiegħu, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela tkellem fuq kif is-serjetà għas-Sigurtà tal-pajjiż tirrikjedi li Malta jkollha korpi dixxiplinati, attrezzati bl-aħjar riżorsi umani kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità. B'sodisfazzjon huwa semma' kif dan il- grupp ta' spetturi ġodda magħmul minn 22 raġel u 7 nisa kien wieħed mill-aqwa reklutaġġi li kellu dan il-korp mill- aspett akkademiku. Il-livell akkademiku jvarja minn Diplomas, Bachelor Degrees sa Masters. Id-dixxiplini huma varji fosthom l-istudju tal-psikoloġija, il-kriminoloġija, ix- xjenza, l-informazzjoni teknoloġika, il-maniġment, marketing u Dottorat fil- liġi. Dan ifisser li l-korp qed jirnexxielu jattira lejh nies ta' kwalità għolja u jħeġġeġ il-membri tiegħu sabiex jissaħħu fil-ħiliet akkademiċi tagħhom. Il-Ministru Abela saħaq fuq il-bżonn ta' taħriġ kontinwu. "L-edukazzjoni hija prijorità lill-membri kollha tal-Korp," qal Abela, filwaqt li tkellem fuq il-ħsieb tal-Gvern biex l-Akkademja tal- Pulizija tieħu forma ta' kulleġġ b'ċertifikati akkreditati. Huwa sostna kif fiż-żmien li ġej se jkun qed jiffoka l-ħidma tiegħu fuq il-ħtieġa tar- riorganizzazzjoni tal- Korp. Parti minn din ir-riorganizzazzjoni se tinkludi l-ħatra ta' kap eżekuttiv tal-Korp tal- Pulizija li jkun jirrapporta lill-Kummissarju. Il-grupp ta' madwar tletin ruħ kien magħmul minn studenti attivisti minn għaqdiet taż-żgħażagħ differenti