Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062
26 illum Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Sliema W. .......................3 Tarxien R .......................2 SLIEMA Wanderers kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta' 3-2 biex b'hekk xegħlet il- bozza l-ħamra għal Tarxien Rainbows li xejn mhu qed ikollhom staġun tajjeb sa issa. Sliema Wanderers fetħu l-iskor wara biss sitt minuti huma fetħu l-iscore permezz ta' xutt bid-dawra tal- Brażiljan, Pedro dos Santos Calcado, li minn ġol-kaxxa tefa' wara Jonathan Debono. Iżda s-Slimiżi ma tantx damu jifirħu hekk kif żewġ minuti biss wara r-Rainbwos ġabu l-iscore indaqs permezz ta' xutt mill- viċin tal-attakkant Spanjol Eduardo Vallecillo Casado. Fit-23 minuta freekick tal- ispeċjalista Pedro Dos Santos Calcado għal Wanderers għadda ċentimetri barra mil-lasti difiżi minn Jonathan Debono. Il-Wanderers irduppjaw l-iscore biex reġgħu marru fil-vantaġġ fit-33 minuta permezz ta' Mark Scerri li wara li rċieva minn cross tal- Brażiljan Pedro Dos Santos Calcado, l-ewwel tentattiv tiegħu ġie mblukkat mill- goalkeeper Jonathan Debono, il-ballun reġa' spiċċa għandu u mir-rebound tefa' ġewwa permezz ta' daqqa ta' ras oħra. Ir-Rainbows ġabu l-iskor indaqs fit-68 minuta permezz ta' xutt mill-viċin ta' Firas Aboulezz. Madankollu t-Tarxiniżi ma tantx damu jiċċelebraw għax propju ftit wara eżattament fil- 71 minuta l-Wanderers għamluhom tlieta meta Trevor Cilia avvanza tajjeb u għeleb lil Jonathan Debono mill-qrib. Sliema - Zammit, A. Muscat (Friggieri 81'), Scozzese, Mintoff, Scerri, Pisanu, Potezica, Cilia (Mifsud 75'), Calcado (Gatt Baldacchino 86'), Bocar, B. Muscat Tarxien - Debono, Bugeja (Farrugia 65'), Caruana, Aboulezz, Vallecillo Casado, Sammut, Hevia Menendez, Grech, Mouhamed, Ajoku Darlington (Yepes Roda 46'), Bonaque Acevedo Referi - Esther Azzopardi MARK SCERRI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-16 ta' Jannar 1990 u huwa minn San Ġwann Ilu jilgħab ma' Sliema Wanderers sa minn meta kellu biss 6 snin u qatt ma lagħab ma' klabb ieħor Okkupa l-irwol ta' captain tat- tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia għal żmien konsiderevoli Sliema jerġgħu jirbħu u tixgħel il-bozza l-ħamra għal Tarxien Il-captain ta' Sliema Wanderers Alex Muscat segwit mill-captain ta' Tarxien Rainbows, Carlos Hevia Menendez