Illum previous editions

illum 22 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 553 annimal tat-triq imsewwijin fi 12 il-jum VERONICA LYNN MIZZI FILBIDU ta' dan ix- xahar tnediet kampanja oħra ta' tiswija tal- annimali tat-triq. Din kienet ir-raba' kampanja f 'din il-leġislatura u parti importanti fl- istrateġija tal-Gvern biex tiġi kkontrollata l-popolazzjoni tal- annimali tat-triq. Fit-tliet kampanji preċedenti kienu ssewwew total ta' 1,700 kelb u qattus tat-triq. Il-kampanja saret bejn it-2 u l-14 ta' Frar fil-VetPlus Clinic ta' Ħal Qormi u kienet iffinanzjata bil- kollaborazzjoni mal-NGO Ġermaniża ETN. Mitlub jikkummenta dwar l-andament tal-kampanja, kelliem mis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qal li f 'din il- kampanja ħadu sehem 498 qattus u 55 kelb, b'total ta' 553 annimal. Qal li b'kollox fl-erba' kampanji, it-total ta' annimali msewwija jitla' għal aktar minn 2,250. Meta mistoqsi dwar l-ispiża ta' dawn l-operazzjonijiet, il-kelliem qal li dawn il- kampanji ma ġew jiswew xejn lil gvern grazzi għall- ftehim li ntlaħaq mal-NGO Ġermaniża ETN. "Dan b'kuntrast ma' Gvernijiet Nazzjonalisti fejn fuq kampanja waħda kienu nefqu kważi €200,000." Dwar il-vantaġġi li l-annimali jissewwew, il- kelliem qal li hemm ħafna vantaġġi meta annimal jiġi msewwi. "L-ewwel nett peress li saħħet l-annimal tmur għall-aħjar. Wieħed irid iżomm f 'moħħu li hu piż kbir fuq l-annimal li jkollu ż-żgħar meta jkun barra u bla kura u xelter adegwat. Hemm riskju li l-frieħ imutu bi tbatija kbira minħabba mard jew għax jiġu mtajra mill- karozzi jew b'nuqqas ta' kura medika u dieta żbilanċjata." Mistoqsi dwar jekk hemmx xi ħsibijiet għal aktar kampanji simili fil-futur il-kelliem qal li l-Gvern jirrikonoxxi r-riżultati li qed jinkisbu b'dawn il-kampanji u għalhekk qed jipprova li jestendi l-ftehim mal-ETN għal aktar kampanji fil-futur. Temm jgħid ukoll li bħalissa s-Segretarjat Parlamentari għaddej b'diskussjonijiet biex fost l-oħrajn, issir kampanja f 'Għawdex. Minn naħa tiegħu, il- Kelliem tal-Oppożizzjoni għad-drittijiet tal- Annimali, Mario Galea qal li l-Oppożizzjoni taqbel ma' kull inizjattiva biex jiġu msewwija klieb u qtates tat-triq. Fil-fatt, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista dan kien isir għalkemm forsi b'anqas daqq ta' trombi. Fl-opinjoni tiegħi li ssewwi klieb u qtates li jkunu jiġġerrew barra hija probabbli l-aktar inizjattiva bażika imma importanti ta' animal welfare. Klieb u qtates li jkunu jiġġerrrew barra u li ma jkunux imsewwija jitgħammru u jiżdiedu bil-konsegwenza li jkollok aktar ċans li dawn il-klieb u qtates jispiċċaw vittmi ta' moħqrija, inkella mtajra minn xi karozza jew bil-ġuħ u bil-għatx u esposti għall- elementi tan-natura. Il-preokkupazzjoni tal- Oppożizzjoni hija li dal- gvern s'issa bħal donnu qed jiddependi wisq fuq kampanji qosra ta' madwar ħmistax il-ġurnata mmexxija mill-barranin u allura qed jinjora l-potenzjal tal- maġġoranza ta' veterinarji Maltin. Meta tagħmel kampanji qosra bħal dawn għalkemm jkunu suċċess, ikollok limitazzjoni kbira ta' kemm tista' tilħaq issewwi klieb u qtates. Idealment kampanji bħal dawn għandhom ikunu mifruxa fuq sena, sentejn kif kien issir fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista fejn allura tkun tista' tilħaq numru ferm u ferm akbar ta' klieb u qtates minn diversi postijiet madwar Malta inkluż Għawdex. Pereżempju, sa fejn jien infurmat, dawn il-kampanji qosra mill- barranin mhux qed isiru f 'Għawdex meta Għadwex għandu jkun inkluż ukoll. Jien infurmat ukoll li ntgħażlet klinika waħda - kumbinazzzjoni f 'Ħal Qormi biex fiha jsiru dawn l-operazzjonijiet. Fuq liema bażi ntgħażlet din il-klinika u għaliex dawn il-kampanji mhux qed jiġu mqassma fi kliniċi differenti kif kien isir taħt gvern Nazzjonalista? Għaliex waħda biss? Inizjattivi ta' tiswija ta' klieb u qtates mill-gvern jeħtieġu wkoll kontroll biex taċċerta li jissewwew biss klieb u qtates li tabilħaqq ikunu tat-triq. Infurmat ukoll li kien hawn klinika li kienet tgħin ħafna lil-NGOs li jaħdmu favur annimali abbandunati liema klinika kienet tgħinhom biex jisewwew klieb u qtates tat- triq. Imma din il-klinika ilha aktar minn sena ma titħallas mill-gvern anki fuq xogħol ta' microchipping li kienet għamlet bil-konsegwenza li kienet kostretta tnaqqas in-numru ta' klieb u qtates li isewwi minħabba problema ta' finanzi. Nemmen li l-Gvern għandu jkompli b'din l-inizjattiva ta' tiswija ta' klieb u qtates. Imma hija l-fehma tiegħi li dawn il-kampanji għandhom ikunu fit-tul u idealment immexxija minn veterinarji Maltin. B'hekk nilħqu aktar klieb u qtates u nilħqu aktar postijiet f 'Malta u Għawdex. Fit-tliet kampanji preċedenti kienu ssewwew total ta' 1,700 kelb u qattus tat-triq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 February 2015