Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/467062
Il-Ħadd 22 ta' Frar 2015 | illum 3 Il-programm jixxandar għada t-Tnejn fid-8.40pm fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM, fl-21.45pm. L-ISIS, jaħtfu l-opportunità ta' ġlied fis-Sirja u l-Iraq u jorganizzaw ruħhom. Jibdew jiġġieldu u jieħdu l-kontroll ta' diversi bliet taħt idejhom inkluż fil-Libja, pajjiż ġar ta' Malta. Joqtlu diversi priġunieri u jiddikjaraw li jridu jirbħu l-Ewropa. Reporter, jiddiskuti s-sitwazzjoni fil-Libja mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella u d-Deputat Nazzjonalista Tonio Fenech. Reporter u s-sitwazzjoni fil-Libja Faqqgħet gwerra bejn l-unjins JOHN BUSUTTIL FLAĦĦAR amministrazzjoni li għaddiet, speċjalment lejn tmiemha dik il-gwerra li dejjem kien hawn bejn il-GWU u l-UĦM kienet raqdet xi ftit. Id- differenzi hemm baqgħu iżda l-gwerra saret waħda bierda. Iżda l-każ Enemalta donnu li kien is-swiċċ li qajjem dan il-mostru mir-raqda. Qatt ma kien hemm xi dubju dwar minn liema lenti jħarsu ż-żewġ unjins. Fejn dik tal-GWU dejjem kellha aspett aħmar fejn anke kienet għamlet xi żmien miżżewġa mal-Partit Laburista u wara separazzjani legali, donnhom li baqgħu poġġuti. Il-UĦM min-naħa l-oħra għandha lenti turi blu anke jekk dejjem ċaħdet dan xorta jibqa' fatt li kienet dejjem speċi ta' 'mistress' tal-PN. Tant hu hekk li l-eks Segretarju Ġenerali tagħhom, Gejtu Vella wara r-riżenja tiegħu wera l-kuluri vera tiegħu sa anke spiċċa kandidat u kelliem għal Partit Nazzjonalista. Il-fatti huma reali u ma jista' jmerihom ħadd, anke jekk it-tnejn li huma jaħilfu li l-aġenda tagħhom hi ffukata fuq il-ħaddiema biss. Tant ħarġet fl-apert din id-differenza ta' bejniethom u tant din il-gwerra ta' bejniethom qed tiħrax li anke fil-każ ta' ħaddiema li ġejjin mill-istess kumpaniji t-tnejn li huma qed jagħti interpretazzjoni differenti ta' x'inhuma l-vera bżonnijiet tal-ħaddiema. Il-każ tal-Enemalta u t-Trasport pubbliku ħoloq battibekki bejn il-GWU u l-UĦM li mar oltre mill-kundizzjonijiet tal- ħaddiema. Daħal fin-nofs ukoll il-Partit Nazzjonalista li qed jattakka l-mod kif il-GWU qed tiġi ffinanzjata bl-istess GWU iddawwar il-kanuni fuq l-UĦM u takkużahom li anke dawn gawdew minn finanzi li akkwistaw mill-gvern Nazzjonalista. Dan barra li ż-żewġ unjins qed jakkużaw wieħed lill- ieħor dwar poaching ta' membri minn unjin għal oħra. Dawn il-battibekki jidhru li ħadu soppraventu fuq il-ħaddiema tant li l-GWU m'aċċettatx li tiltaqa' mal- Oppożizzjoni biex jiddiskutu l-kwistjoni tal-ħaddiema tal-Enemalta. Il-GWU ikkundannat ukoll l-atti ta' intimidazzjoni li qegħdin isiru minn uffiċjali tal-UĦM fuq l-imsieħba tal- GWU fl-istess kumpanija. Min-naħa l-oħra l-UĦM ħarġet stqarrija li membri tat-trasport pubbliku insulentaw uffiċjal tagħhom fit-triq. Il-gwerra żvolġiet biż- żewġ naħat jitfgħu t-tajn fuq xulxin dwar proprjetajiet li t-tnejn li huma krew lil gvernijiet rispettivi. Bis- Segretarju Ġenerali tal- General Workers' Union (GWU) Tony Zarb jisfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni jikkonferma jekk hux minnu li Gvern Nazzjonalista kien għamel kirja ta' proprjetà mingħand unjin oħra (UĦM) għax skont hu dawn huma l-ħbieb tal-Partit Nazzjonalista. Il-UĦM wieġbet li l-General Workers' Union qed tipprova tiġġustifika l-ksur ta' kuntratt meta binja tagħha nkriet lill- kumpanija tal-Gvern, l-ARMS, meta m'għandha l-ebda sehem fiha u biex tagħmel dan il- General Workers' Union iddeċidiet li titfa' t-tajn fuq il-UĦM. Qalu wkoll li l-UĦM fl-aħħar 25 sena minn Gvernijiet preċedenti lanqas biss jibdew ma' dak li l-GWU qalgħet fl-aħħar 25 xahar taħt Gvern Laburista. Il-kanuni taż-żewġ unjins bdew jiġu mmirati lejn il- politiċi tal-partiti opposti, il-GWU lejn Simon Busuttil u l-UĦM issa ħarġet tgħid li s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qed timxi b'mod arroganti. L-ILLUM staqsa liż-żewġ Segretarji Ġenerali ta' dawn l-unjins kif u għaliex bdew dawn il-battibekki bejniethom. Josef Vella, mill-UĦM qal "Il-battibekki bejn il-GWU u l-UĦM jibdew meta unjin tidħol fl-għalqa ta' unjin oħra. Il-UĦM dejjem saħqet li b'mod speċjali waqt li wieħed ikun qed jagħlaq ftehim kollettiv m'għandux isib indħil (poaching) ta' ħaddiema." Mistoqsi għaliex il-GWU qed tirribatti li l-UĦM hi l-ħabiba tal-PN, is-Segretarju Ġenerali tal- UĦM qal, "Il-GWU qed tisħaq dwar il-fatt li l-UĦM hi 'ħabiba' tal-PN għax issa, konvenjentament, kulħadd jixtieq inessi li din hi l-istess UĦM li ftit ilu ġiet mgħajra ħabiba tal-PL meta għaddiet ukoll l-inizjattiva JOBS+ lill- Partit Laburista." Min-naħa l-oħra Tony Zarb, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU wieġeb aktar fit- tul u qal hekk, "Niddikjara mill-bidu nett li l-għan ewlieni tal-GWU mhux li tagħmel il-gwerer imma li tipproteġi l-interessi tal- ħaddiema u li nagħtu l-aħjar servizz lill-membri kollha tagħna. "Li ġara f 'dawn l-aħħar żmien kien li diversi gruppi ta' ħaddiema membri fil- UĦM resqu lejn il-GWU u saru membri tagħna u allura rriżenjaw mill-UĦM għaliex skont huma kienu diżappuntati mis-servizz mogħti mill-UĦM. Fost dawn il-gruppi kien hemm il-ħaddiema tal-Freeport Terminals u tal-Lufthansa Technik. "Min-naħa tagħha l-GWU laqgħet b'idejha miftuħin lil dawn il-ħaddiema. Eżempju ieħor hu dak li ftit jiem ilu biss, meta l-GWU kienet kważi waslet għal ftehim dwar il-ħaddiema tal-Malta Public Transport, il-UĦM ressqet mandat fil-Qorti bir-riżultat li waqaf kollox. B'dan l-aġir tal-UĦM ma bata ħadd ħlief il-ħaddiema tal-MPT. "Punt ieħor li jidher ċar huwa li l-UĦM hija l-unjin privileġġjata għall-Partit Nazzjonalista u dan huwa sostnut mill-fatt li kien hemm bosta okkażjonijiet fejn il-PN ta palata lill-UĦM u dan jagħmlu anki permezz tal-mezzi tax-xandir Nazzjonalista. Kull stqarrija tal-UĦM ixandruha u jippubblikawha fl-istess waqt li jwarrbu u jinjoraw dak kollu li joħroġ mill-GWU. "Però l-iktar evidenti hu meta l-Kap tal-PN innifsu Dr. Simon Busuttil ħajjar gruppi ta' ħaddiema biex jidħlu fil-UĦM u mhux fil- GWU, fosthom lill-pulizija u lix-xufiera tal-eks Arriva. "Kien hemm ukoll każi fejn eks ministri fil- kabinett Nazzjonalista li kienu jċemplu lill- maniġment ta' kumpaniji kbar biex iħeġġu lill- ħaddiema jidħlu fil-UĦM u mhux fil-GWU. Dawn il-każi kollha juru ċar kemm il-PN u l-UĦM huma qrib xulxin. Mhux aċċettabbli għall-GWU li fil-Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi, fl-istess ġurnata li careworkers kellhom jibdew ix-xogħol tagħhom mal-fondazzjoni ngħataw formoli tal-UĦM biex jissieħbu fiha." "Finalment il-GWU tiddikjara li ma kinitx hi li introduċiet formoli biex ħaddiema jirriżenjaw minn unjin u jmorru f 'oħra. Kienet il-UĦM li għamlet dan. Il-UĦM takkuża lil GWU bil-poaching u l-GWU tgħid li l-UĦM għandha għajnuna mill-PN