Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 468 • 04 ta' Ottubru 2015 www.illum.com.mt ALBERT GAUCI CUNNINGHAM IDDEPUTATA Laburista Deborah Schembri ħarġet bl-aktar mod qawwi kontra proposta li jkun introdott l-iffriżar tal-embrijuni, projbit fl-Att dwar l-Embrijuni fl-2013. F'intervista li qed tidher illum f 'paġni 12 u 13, Schembri tinsisti li l-iffriżar tal-embrijun huwa, "iffriżar tal-ħajja umana" u twissi li "mal-ħajja tal-bniedem m'hemmx logħob". "Jekk il-Partit Laburista jieħu pożizzjoni favur [l-iffriżar tal-embrijuni], ikolli dilemma u problema kbira. Inħoss li ma nistax inpoġġi vot favur l-iffriżar tal-embrijun għax dan imur kontra l-kuxjenza tiegħi" qalet Schembri, li fl- intervista titlob ukoll biex jekk jitressaq abbozz ta' liġi quddiem il-Parlament, il-Partit Laburista jħalli l-Membri Parlamentari tiegħu jivvutaw skont il-kuxjenza "ladarba ma kinitx fil-manifest elettorali". Fl-intervista, Schembri tagħti r-raġunijiet tagħha għalfejn tħoss li din il-prattika mhix etika, u tagħmilha ċara li fuq din il-kwistjoni partikolari ma tarax għajn m'għajn mal-Prim Ministru Joseph Muscat, anke jekk taħseb li l-intenzjonijiet tiegħu huma tajbin. Mal-gazzettta MaltaToday tal-Ħadd 6 ta' Settembru, Muscat kien iddikjara li hu se jmexxi pjani biex ikun riintrodott l-iffriżar tal-embrijun li kien projbit fl-Att dwar l-Embrijun li sar liġi taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Mal-istess ġurnal, Muscat kien esprima ruħu bħala "riżolut" li jagħmel dan u sostna li kull liġi tal- IVF jeħtieġ ikollha l-funzjoni tal-iffriżar biex tkun ta' suċċess". Ara intervista f 'paġni 12 u 13 #thefamiliar WE'RE ALWAYS THERE GASANMAMO.COM HOME | CAR | TRAVEL | BOAT | HEALTH | BUSINESS GASANMAMO INSURANCE IS AUTHORISED BY THE MFSA Il-frodi jlaħħaq €355 biss NEWSPAPER POST Il-frodi jlaħħaq €355 biss Il-Każ tal-biljetti tal-Gozo Channel Il-frodi jlaħħaq €355 biss Il-frodi jlaħħaq €355 biss Il-Każ tal-biljetti tal-Gozo Channel JOHN BUSUTTIL LILLUM hi infurmata li l-allegat każ ta' frodi fil- biljetti tal-Gozo Channel minn żewġ ħaddiema tal- kumpanija jammonta għal €350. Fil-fatt minn informazzjoni li għandha l-ILLUM, minn sorsi ta' min jorbot fuqhom, l-allegat frodi tela' għal €350 hekk kif kienu reġgħu ġew użati 22 biljett ta' passiġġieri Maltin li jiswew €4.65 il-wieħed u 14-il biljett ta' karozzi ta' Maltin, inkluż ix-xufier, li jiswew €14.65 il-wieħed. L-ILLUM huwa infurmat li dan l-allegat frodi seħħ fil-15 ta' Settembru ta' din is-sena. Ara paġna 2 Deborah topponi l-iffriżar tal-embrijun Ara l-istorja f 'paġna 3 Ma jeskludix li joħroġ mal-PL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015