Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 | illum 5 *TTBHIBMMCFKHIÙ (IBMJLUBSJOGPSNB[[KPOJ DFNQFMMJM"$5SBEJOHGVR "Jiena saċerdot gay u għandi għarus".... u tkeċċa mill-Vatikan John Busut til F'intervista mal- ġurnal Corriere della sera, Monsinjur Krzysztof Charamsa, it-teologu uffiċjali tal-kongregazzjoni għad-duttrina tal-Fidi fil-vatikan qal hekk, "Jien saċerdot u omosesswali. Kburi u ferħan bl-identità tiegħi u lest li nħallas kull konsegwenza. iżda wasal il-mument li l-Knisja tiftaħ għajnejha quddiem il-l-omosesswali kattoliċi u tifhem li s-soluzzjoni li qed tipproponi, jiġifieri, l-astinenza minn ħajja ta' mħabba hi diżumana." Iżda b'konsegwenza ta' din l-intervista, Charmasa spiċċa tneħħa mill- pożizzjoni tiegħu wara li ilu jservi fiha mill-2003, anke jekk il-Vatikan qal li ma kienx qed ineħħih minħabba li huwa gay iżda minħabba li l-mument meta iddeċieda li jiddikjara is- sesswalità tiegħu kien "gravi u irresponsabbli." Fil-fatt id- dikjarazzjoni ta' Charmasa ħarġet eżatt qabel ma jibda s-sinodu tal-familja llum stess. Charamsa, li hu Pollakk ta' 43 sena, qal li ddeċieda li joħroġ fl-apert għax iħoss li huwa bżonnjuż li jċaqlaq l-kuxjenza tal-Knisja, "għax diġà ninsabu tard wisq, u mhux possibbli li nistennew 50 sena oħra. L-imħabba omosesswali hi wkoll imħabba tal-familja u li għandha bżonn il- familja. Koppja omosesswali għandha jkollha d-dritt li tgħid lill-knisja li temmnen fiha. Aħna ninħabbu skont in-natura tagħna u dan is- sabiħ tal-imħabba tagħna lesti li noffruh lil kulħadd. Din mhux pożizzjoni tad- duttrina attwali tal-knisja iżda aħna l-preżent tar- riċerka teoloġika." Meta tkellem dwaru nnifsu, Monsinjur Charamsa ammetta li għall- bidu, l-omosesswalità kien iżommha mistura, "dan għamiltu biex inżomm b'mod mill-aktar metikoluż mat-tagħlim tal-knisja li tgħid li l-prinċipju tal- omosesswalità ma jeżistix. U jekk x'xi mod teżisti, din għandha 'tinqered' bit- talb u b'riflessjoni fuqek innifsek." Huwa jkompli jispjega kif kien fundamentali d-djalogu m'Alla u l-konfront mat-teoloġija, il-filosofija u x-xjenza, "li wassluni biex nikteb lill- Papa biex niżvela l-identità personali tiegħi. Minn dak iż-żmien għandi maħbub li għeni nittrasforma l-biżgħat tiegħi bis-saħħa tal- imħabba." Sadanittant, is-saċerdot għajjat konferenza stampa flimkien mal-maħbub Spanjol tiegħu u attivisti favur il-gays f 'ristorant Ruman. Kienet se ssir ukoll protesta kbira quddiem il- Vatikan iżda din iċċaqalqet għal post ieħor ftit qabel kellha ssir. "Din mhux pożizzjoni tad-duttrina attwali tal-knisja, iżda aħna l-preżent tar-riċerka teoloġika" Monsinjur Krzysztof Charamsa Mhux Cafè Premier....u lanqas Norman Vella Wara sajf jippreżenta l-programm ta' diskussjoni fuq l-istazzjon tal-Partit nazzjonalista net tv bl- isem 'Mhux Cafè Premier', il- preżentatur norman vella, li kien f 'nofs kontroversja meta ma tħalliex ikompli jippreżenta programm fuq l-istazzjon nazzjonali, spiċċa barra mill-istess stazzjon ukoll. Mhux magħruf jekk il- Partit Nazzjonalista u nies li qegħdin fil-midja tiegħu hux qed iħossuhom komdi jew le b'Vella wara li dan ippreżenta l-programm Mhux Cafè Premier matul ix-xhur tas-sajf. Intant dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Vella, li għall- mistoqsija ta' din il-gazzetta qal li hu fl-ebda ħin ma tkeċċa mill-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista. Hu żied jgħid li d-deċiżjoni li ma jibqax jidher fuq in-Net kienet waħda purament azjendali u relatata mat-tmexxija tal- istess stazzjon. Hija ironika kif, filwaqt li meta spiċċa mill-PBS numru ta' persuni fi ħdan il-PN kienu tkellmu favur Vella, illum ma tkellem ħadd favur tiegħu, anke jekk spiċċa mingħajr programm. Ta' min ifakkar li Vella kien ukoll kandidat tal-PN fl-elezzjoni tal-membri Parlamentari Ewropej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015