Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 | illum 3 Franco Debono ma jeskludix li joħroġ mal-Labour ....jeskludi li joħroġ mal-PN u jgħid li kien sab reżistenza għall-proġetti f 'Birżebbuġa Albert GAuci cunninGhAm Fid-dawl ta' kummenti li ħalla fuq il-midja soċjali dwar proġetti li qed isiru minn dan il-Gvern f 'Birżebbuġa, lokalità fid-distrett li kien joħroġ fuqu, illUM staqsa lill- eks deputat Nazzjonalista Franco debono jekk hux qed juri interess li jerġa' joħroġ għall-politika. Filwaqt li ta indikazzjoni ċara li hu se jkun qed jerġa' jidħol fix-xena politika lokali, m'eskludiex li joħroġ bħala kandidat mal-Partit laburista. Dan filwaqt li għal mistoqsija oħra ta' din il-gazzetta, l-istess Debono eskluda li qatt jerġa' jkun kandidat mal-Partit Nazzjonalista. "Nirrispetta lill-PN, imma m'għandi ebda intenzjoni li nerġa' nkun kandidat miegħu". F'kuntatt mal-ILLUM, Debono stqarr kif f 'dawn is-sentejn kienu bosta dawk li stiednuh biex jew jerġa' jkun parti mill-PN jew inkella jingħaqad mal-PL. ILLUM staqsiet lil Debono xi tkun ir-risposta tiegħu kieku l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat kellu jistaqsih biex joħroġ għall-elezzjoni f 'isem il-PL. "Jien għandi 41 sena u ma neskludi xejn. Bħalissa imma qed niffoka fuq l-irwol tiegħi bħala Kummissarju tal- Liġijiet u Kap tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali." "Sibt reżistenza biex saru proġetti f 'Birżebbuġa" Dwar il-PN iżda Debono kien kategoriku u sostna li filwaqt li m'għadux irrabjat għal dak li ġara fl-aħħar leġiżlatura, xorta eskluda li qatt jerġa' jkun parti mill-PN. Minkejja li stqarr li m'għadux iħossu mweġġa' bil-mod kif skontu, il-PN tah il-ġenb, huwa xorta sfida lill-Kap tal-PN Simon Busuttil biex jgħidlu għalfejn l-istess partit "ikkundannah". "Busuttil qed jgħid li l-PN inbidel, mela jekk vera, inħoss li għandhom jiskużaw ruħhom. Għax kif tista', biex inġib eżempju, taqbel ma' riforma fil-ġustizzja li meta jien proponejt ħafna minnha, ġejt imwarrab? Għamilt xi ħaġa ħażina għax dakinhar kont għidtilhom dak li qed jgħidu issa, jiġifieri li kienu abbandunaw lin-nies?" staqsa Debono. Huwa jagħmel referenza għal intervista li kellu Albert Fenech riċentement fuq il-mezzi tax-xandir li matulha lmenta dwar kif skontu, il-Gvern qed jinjora lill-Oppożizzjoni. "Aħseb u ara kemm hi iktar frustranti li jkunu l-membri tan-naħa tiegħek stess li jinjorawk". Mistoqsi minn din il- gazzetta jekk mill-elezzjoni lil hawn resqux lejh xi persuni miż-żewġ partiti biex ikellmuh, Franco Debono wieġeb li ta' kuljum jiltaqa' ma' nies li jgħidulu kif dak li kien qal hu dwar il-Gvern preċedenti, kien fil-fatt kollu minnu Intant jidher li għalkemm Debono għadu qiegħed barra mix-xena politika, għax kif qal hu stess lil din il-gazzetta "għalissa qed nosserva", huwa xorta qed jinvolvi ruħu fi kwistjonijiet lokali fl-irħula li huma parti mid-distrett li dejjem ħareġ fuqu, jiġifieri l-ħames distrett. F'kumment partikolari fil-grupp ta' Facebook Birżebbuġa Aquatic and Sports Club, li ġibed l-attenzjoni tal-ILLUM, Debono jfakkar lill-kandidat tal-PN fl-istess lokalità Johann Borg, kif matul l-aħħar leġiżlatura huwa kien irsista biex dan il-lokal ikollu l-piċċ tal-waterpolo rranġat u biex jinbena grawnd tal-futbol. "Ħames snin sħaħ għamilt nirsisti biex isir xi ħaġa, wara l-ilmenti li kont iltqajt magħhom meta għamilt home visits qabel l-1998. L-ilmenti kienu ċari li minkejja li kien hemm Ministru tal-Isports u Ministru tal-Infrastruttura, Birżebbuġa la kellha piċċ tal-waterpolo u lanqas piċċ tal-futbol" sostna Debono. Dwar proġetti sportivi f 'Birżebbuġa, Debono qal li "r-reżistenza li sibt kienet xi ħaġa inkredibbli. Mhux biss ma sar xejn, talli meta saru sejħiet minni, dawn intlaqgħu b' reżistenza inkredibbli". Din il-gazzetta staqsiet lil Debono għalfejn xi ħadd jista' jagħmel reżistenza fuq proġetti li minnhom igawdu r-residenti u li minnhom seta' gawda l-PN elettoralment. Debono qal li l-kwistjoni kollha kienet waħda personali, fejn il-PN ma xtaqx li b'xi mod jieħu krettu hu ta' proġetti li kien qiegħed jitkellem dwarhom u li n-nies ta' Birżebbuġa xtaqu li jsiru. Intant il-proġett tal-piċċ tal- Waterpolo issa riesaq lejn it- tmiem tiegħu u wara snin ta' abbandun totali, Birżebbuġa mistennija jerġa' jkollha pixxina għall-waterpolo. Apparti dan, bħalissa f 'Birżebbuġa għaddej ukoll proġett tal-bini ta' grawnd tal-futbol, li din il-lokalità qatt ma kellha, fl-inħawi ta' wara l-Knisja Parrokjali. Minkejja l-protesti ta' diversi kunsillieri, l-unika 'grawnd tal-futbol' li qatt kellha Birżebbuġa kien wieħed żgħir u miftuħ, fuq il-bajja tar-ramel. Il-piċċ il-ġdid tal-waterpolo f 'Birżebbuġa li x-xogħol fuqu issa wasal lejn it-tmiem tiegħu Franco Debono f 'nofs kontroversja hekk kif kien ħadha kontra l-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015