Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858
8 illum | Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 Mill-Qorti MATTHEW AGUIS magius@mediatoday.com.mt Il-kuluri tal-Indja...il-kuluri JOHN BUSUTTIL LINDJA hu pajjiż ta' lwien differenti. Pajjiż ta' diverġenzi kbar. Fejn il-faqar u l-ħmieġ jiddomina l-ambjent kollu, iżda t-turist ħafna drabi jarah biss mil-lussu tal-lukandi. Hu pajjiż li hu dominat minn tliet reliġjonijiet: il-Ħindu, il-Buddiżmu u l-Iżlam, iżda dawn kienu kapaċi jintegraw flimkien mingħajr problemi ta' xejn. Hemm żewġ klassijiet, dik sinjura u sinjura ħafna, u dik fqira u fqira ħafna, iżda hemm ħaġa waħda li tgħaqqadhom, il-mod ta' kif iħarsu lejn il-ħajja. Fejn l-ispiritwalità tiddetta fuq il-politika. L-uċuħ tagħhom juru eżatt dawn l-erba' versi li ktibt. Kollha bi tbissima, mimlija lwien u b'ħarsa trankwilla li tferraħhom meta titlobhom joqogħdulek għar-ritratt bl-għajta ta' 'foto, foto'. U ħassejt li nieħu ritratti ta' wċuh differenti li ltqajt magħhom fl-10 ijiem li dort in-naħa ta' fuq tal-Indja, Delhi, it-trijanglu tad-deheb u ż-żona tal Bihar u Varanasi. Nippreferi li dawn iż-żewġ paġni jkunu r-ritratti li jitkellmu aktar milli nikteb jien. Anzi se nwassal dawn ir-ritratti Bla Kumment. Ritratti: John Busuttil Pastizz jiswieh €250 RAĠEL li waqgħatlu żaqqu għal ikla pastizzi fis-sigħat bikrin ta' filgħodu spiċċa b'togħma qarsa wara li ġie arrestat mill-pulizija u mmultat €250 talli kiser il- kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja. Il-Maġistrat Joe Mifsud sema' kif l-akkużat, Francis Cassar, ta' 48 sena, mill- Gżira, intlemaħ barra minn daru wara l-ħin li suppost kellu jkun ġewwa. Intqal kif Cassar għandu każ pendenti fejn waħda mill- kundizzjonijiet li bihom ingħata l-ħelsien mill-arrest, kienet li jkun ġewwa bejn il- 11 ta' filgħaxija u s-sebgħa ta' filgħodu. Madankollu l-imħabba tal- pastizzi għamiet lil Cassar u fil-fatt, huwa ntlemaħ f 'pastizzerija fir-Rabat wara l-ħin. Minnufih fuq il-post marru l-Pulizija fejn Cassar ġie arrestat. Sussegwentament, huwa tressaq il-Qorti fejn ammetta li kien kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti. Madankollu, huwa insista li għamel dan għax xtaq jiekol pastizz. Filwaqt li ma laqgħetx it-talba tal-prosekuzzjoni sabiex tiġi revokata l-libertà proviżorja tal-akkużat, il-Qorti, ppreseduta mill- Maġistrat Joe Mifsud, qalet li ma tistax tittollera affarijiet bħal dawn u għaldaqstant immultat lill- akkużat €250. Biżżejjed provi kontra l-barranin akkużati b'sensiela ta' serqiet ILQORTI ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex ħames persuni mil-Lvant tal-Ewropa li x-xahar li għadda tressqu l-Qorti dwar serq minn għadd ta' residenzi f 'Tas-Sliema tpoġġew taħt att ta' akkuża. L-akkużati, Kartlos Dolaberidze ta' 41 sena mill- Ġorġja, Kryzsztof Tadeusz Latocha ta' 30 sena mill- Polonja, Algirdas Sliogeris ta' 48 sena mil-Litwanja, Adilet Shakirgazieva ta' 28 sena mill-Kirgiżistan u Mate Oniani, ta' 25 sena mill- Ġorġja, tressqu l-Qorti fil-11 ta' Settembru fejn ġew mixlija li pparteċipaw fi kriminalità organizzata, u li kellhom x'jaqsmu f 'sensiela ta' serqiet. Il-ħames persuni ġew arrestati wara ħidma intensiva tal-Pulizija. Fil- Qorti, l-avukat tal-għajnuna legali li qed jidher għall- akkużati Joseph Mizzi, talab li tnejn mill-akkużati ma jaffaċċjawx l-istess akkużi bħall-oħrajn għax ma kinux identifikati fl-ebda filmat tal- kameras tas-sigurtà. Id-difiża qalet li aktar minn hekk, Shakirgazieva kienet akkużata biss għas-sempliċi raġuni li kienet tgħix taħt l-istess saqaf mat-tlieta l-oħra, filwaqt li Oniani wasal Malta lejliet l-arrest u ma setax ikun responsabbli għas-serqiet. Madankollu, l-Maġistrat Josette Demicoli ma laqgħetx it-talba tad-difiża u ordnat li l-akkużati jibqgħu jinżammu taħt arrest. Il-Qorti qalet ukoll li hemm biżżejjed provi prima facie sabiex l-akkużati jitpoġġew taħt att ta' akkuża.