Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Feature 11 Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 | illum Reġa' wasal dak iż-żmien tas-sena L-ILLUM tkellmet ma' Anthony Meachen, diet advisor u personal trainer, li spjega t-tendenzi ta' klijenti ġodda li f 'dan iż-żmien tas- sena jmorru għandu bit-tama li fi ftit ġimgħat ta' dieta u eżerċizzju jġibu dak ir-riżultat tant mixtieq. Fil-ġurnata tal- lum, speċjalment b'influwenzi mill- media u pressjoni mis-siti soċjali, huwa normali li ħafna nies jiġu konxji dwar il-piż tagħhom kif jibda jaqleb it-temp għax ikunu jridu jilbsu ħwejjeg aktar imqaċċtin, malji u bikinis, eżattament bħalma jaraw fuq it-televiżjoni u l-internet. Dan mingħajr ma jifhmu jew japprezzaw li dawk l-istess ċelebritajiet u atleti li tant jammiraw, iqattgħu l-maġġoranza tas-sena attenti x'jieklu u jagħmlu eżerċizzju regolari. Meachen spjega li fil- professjoni tiegħu jħossu fid-dmir li jagħmel minn kollox biex jispjegalhom li fi ftit ġimgħat ma jsirux mirakli għax dieta sana hija proċess li jieħu ċertu żmien. Dan apparti, li kull individwu għandu bżonnijiet differenti. "Kull persuna tirrikjedi ż-żmien tagħha għax mhux kull ġisem jaħdem l-istess. M'hemm ebda regola stabbilita li taħdem għal kulħadd. Min eżempju jrid jonqos għaxar kilos, ikollu dieta u programm ta' eżercizzju differenti minn persuna li trid tonqos 40 kilo," tenna Meachen ma' din il- gazzetta. "Min ikun vera determinat, jista' jikseb riżultati tajbin ħafna, billi jimxi ma' programm ippersonalizzat ta' dieta bbilanċjata u eżerċizzju, li jieħu mhux inqas minn 12-il ġimgħa." Dieti mitiċi ta' Hollywood u metodi offruti fuq l-internet Illum, il-midja soċjali u t-televiżjoni, jikkontribwixxu għal aspettattivi irreali, ibbażati fuq id-dehra li biha ħafna nies jaraw iċ-ċelebritajiet. Apparti l-aspetattivi ħziena, l-internet joffri l-illużjoni ta' dieti faċli u ta' malajr. Bħala diet advisor, Meachen, fost oħrajn ma jaqbilx ma dawn is-sistemi estremi għas-sempliċi raġuni li dawn jiksbu riżultat ta' malajr iżda temporanju, mingħajr kas tal- konsegwenzi fuq is-saħħa ta' min ikun qiegħed jagħmilhom. Fil-verità, huwa minnu li tonqos mill-piż jekk tiekol biss karrotta u tazza ilma f 'ġurnata, per eżempju. Il-miżien mhux se jigdeb u vera li l-kilos jibdew neżlin, mingħajr ma wieħed jirrealizza li l-piż ikun qiegħed jonqos mill-massa muskolari. Il-ħazin ta' telf ta' piż b'dan il-mod huwa n-nuqqas ta' nutrijenti u proteini neċessarji li għandhom jiġu kkunsmati kuljum li jistgħu jeffetwaw il-qalb u anke l-fwied tal- individwu. B'dawn id-dieti 'ta' malajr', il-metaboliżmu tal-persuna jibda jaħdem aktar bil-mod u filwaqt li l-piż jonqos temporanjament, fil-mument li jerġa' jibda jittiekel xi ikel normali, il-piż jerġa' jitla f 'qasir żmien, anke agħar milli kien qabel. Pilloli u xorb b'effetti djetetiċi f 'qasir żmien u mingħajr tbatija ta' xejn Aspett ieħor ta' min jitkellem fuqu, huwa dwar in-nassa li ħafna jaqgħu fiha fil-mument li jirrealizzaw li jridu jonqsu mill-piż malajr, iżda ma tantx huma lesti jbatu biex jiksbu r-riżultat. Is-soluzzjoni ħafna drabi tiġi fil-forma ta' skemi, pakketti u korsijiet offruti anke minn kumpaniji lokali li jikkonsistu fi prodotti djetetiċi, pilloli, riċetti speċjali, tejiet u shakes, garantiti li jnaqqsulek il-piż fi żmien qasir, bi bżonn ta' ftit li xejn eżerċizzju. Fl-opinjoni ta' ħafna, inkluż tal-personal trainer Meachena, "dawn huma t-triq il-faċli għal dawk in-nies li mhumiex lesti jagħmlu sagrifiċċju żejjed biex jippreparaw l-ikliet." Jeżistu tipi ta' shakes u supplimenti oħrajn li huma ppruvati li jipprovdu proteini u nutrijenti neċessarji. F'dak il- każ, numru ta' diet advisors u nutrizzjonisti japprovawhom, però wieħed għandu dejjem jibda billi jiekol ikel naturali. Meachen kompla jispjegalna li huwa kien u jibqa' dejjem jemmen li m'hawn xejn aħjar milli tiekol ikel propju, bnin u naturali. Dieta vs Gym Dieta biss mingħajr gym taħdem, sakemm wieħed jiekol l-ammont neċessarju ta' ikel biex iżomm ruħu mimli, u jevita li jkollu tpaħpiħ ta' ġilda. "Però," jissuġġerixxi Meachen, "dejjem l-aħjar issegwi dieta bilancjata mfassla għall- eżiġenzi tal-individwu u għat- tip ta' eżerċizzju differenti li jkun qiegħed isir." Meta apparti dieta bilanċjata jiżdied ukoll il-gym, ir- riżultati ħa jkunu aħjar, aktar sani u permanenti għax il-metabolizmu jibda jaħdem aktar mgħaġġel u l-ħruq ta' xaħam żejjed isir b'mod aktar effiċenti. X'għandu jsir biex jonqos il- piż b'mod san u permanenti, mingħajr ma ssir ħsara lill- ġisem Tant hawn opinjonijiet u metodi disponibbli madwarna llum, li faċli li wieħed ittih rasu, jitfixkel jew jipprova jagħzel it-triq il-faċli u ta' malajr. Fi ftit kliem iżda, l-metodu huwa sempliċi. L-aktar ħaġa importanti huwa li persuna tmur għand professjonist kwalifikat fin- nutrizzjoni, li kapaċi jigwida lill-klijent skont il-ħtiġijiet individwali. Fejn jidħol l-ikel, l-aħjar huwa li jittiekel ikel naturali u bnin, bħall-ħut, laħam abjad, ħaxix, ross, bajd, frott u lewż. Dan kollu mqassam matul il- ġurnata f 'ammonti kkalkulati skont il-piż, età u stil ta' ħajja tal-individwu. L-ikel jittieħed f 'ammonti preċiżi kull tliet sigħat, u importanti ħafna li jittieħdu żewġ jew tliet litri ilma kuljum. B'eżerċizzju fiżiku kuljum, li jista' jkun mhux biss gym, iżda anke mixi, ġiri, għawm jew ċikliżmu, tkun qed tinbena bażi sana biex jinbena fiżiku aktar b'saħħtu u pulit. U fl-aħħar imma ċertament mhux l-inqas, aktar importanti mill-beach body, u s-sixpack, hemm saħħitna, li l-aħjar mod biex tippriżervaha u tieħu ħsiebha huwa infatti b'dieta bilanċjata u eżerċizzju regolari. Anthony Meachen – Diet Advisor u Personal Trainer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016