Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218
Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Belġju ......................... 3 Irlanda ........................ 0 WARA li fl-ewwel taqsima, il-Belġju kienu miżmuma fi draw ta' mingħajr gowls mill-Irlanda, huma ttrasformaw ruħhom fit-tieni taqsima, hekk kif skorjaw tliet gowls mingħajr tweġiba, biex kisbu tliet punti prezzjużi u għamlu pass importanti lejn il-kwalifikazzjoni għar-round tal-aħħar 16. L-ewwel taqsima kienet nieqsa mill-emozzjonijiet u kienet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f 'nofs il-grawnd. Iżda kuntrarju għal dan, fit-tieni taqsima, il-Belġjani ħarġu fil-grawnd donnhom iljuni u skorjaw tliet gowls f 'temp ta' 22 minuta. L-ewwel gowl għalihom wasal fit-48 minuta meta f 'kontrattakk veloċi, Kevin De Bruyne serva fuq platt tad-deheb lil Romelu Lukaku, li min-naħa tiegħu avvanza tajjeb u permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa. Il-Belġjani rduppjaw l-iskor fil-61 minuta permezz ta' daqqa ta' ras preċiża ta' Axel Witsel. Romelu Lukaku skorja t-tielet gowl għall-Belġjani biex b'hekk irreġistra doppjetta personali fis-70 minuta, meta wara li rċieva pass perfett mingħand il-captain Eden Hazard, żmarkat fil-kaxxa, hu għeleb lil Randolph permezz ta' xutt fil-baxx. Rimarkabbli huwa l-fatt li permezz ta' din id-doppjetta, l-istess Romelu Lukaku, sar l-ewwel plejer Belġjan li skorja doppjetta għall-Belġju f 'tournament maġġuri sa mill-1998, meta dakinhar fit-Tazza tad-Dinja, li saret fi Franza u ntrebħet mill- Franċiżi nfushom, kien propju Marc Wilmots, li attwalment huwa l-kowċ tat-tim nazzjonali Belġjan, li skorja doppjetta kontra l-Messiku. Intant, fit-83 minuta, xutt ta' Kevin De Bruyne minn barra l-kaxxa għal Belġju ġie milqugħ mill-goalkeeper Irlandiż, Randolph. Belġju - Courtois, Alderweireld, Vermaelen, Verthongen, Witsel, De Bruyne, Lukaku (Benteke 83'), Hazard, Carrasco (Mertens 64'), Meunier, Dembele (Nainggolan 57') Irlanda - Randolph, Coleman, Clark, O'Shea, Whelan, McCarthy (McClean 62'), Long (Keane 79'), Hendrick, Ward, Brady, Hoolahan (McGeady 71') Referi - Cuneyt Cakir (TUR) Il-Belġju ttrasformati t-tieni taqsima 27 ROMELU LUKAKU Twieled fit-13 ta' Mejju tal- 1993 f 'Antwerp, fil-Belġju, u għandu 23 sena. Jilgħab ma' Everton fl-Ingilterra. Skorja doppjetta personali f 'din il-logħba għall- Belġju. Il-captain tal-Belġju, Eden Hazard, jikkontrolla tajjeb il-ballun segwit mill-plejer Irlandiż, Brady