Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218
Tkompli minn paġna 1 GĦALKEMM inqas ċerta minn Debono u Buttigieg, id-deputata Nazzjonalista Kristy Debono, filwaqt li saħqet li hija kompletament kontra l-abort, qalet lil din il-gazzetta li dwar il- morning after pill għad trid tara l-argumenti u tindaga iktar. Sostniet iżda li, "iktar naħseb li jien kontra milli favur." Ir-raba' deputata li kienet ċara fil-ħsieb tagħha kontra l-legalizzar ta' din il-pillola hija Marlene Farrugia. Għalkemm mal-ILLUM reġgħet sostniet dwar l-importanza li "jkollna dibatittu miftuħ, speċjalment fid-dawl ta' argumenti xjentifiċi differenti," hi xorta sostniet li "sakemm nibqgħu ma nkunux ċerti li din il- pillola ma titterminax il-ħajja ta' tarbija, mela allura le, ma nistax nagħti l-appoġġ tiegħi għall-morning after pill." Intant, żewġ deputati nisa oħra min-naħa tal- Partit Nazzjonalista, għall- mistoqsija dwar il-morning after pill taw lill-ILLUM risposta dwar l-abort. Fil-fatt, fir-risposta identika tagħhom, kemm Marthese Portelli kif ukoll Paula Mifsud Bonnici qalu li l-Partit Nazzjonalista "kien, għadu u jibqa' kontra l-abort." Dwar il-protest ġudizzjarju li għamlu iktar minn 100 mara din il-ġimgħa, l-istess deputati jgħidu li l-partit "se jiddiskuti l-aspetti legali, etiċi u politiċi tiegħu fl-istrutturi interni." It-tliet deputati min-naħa tal-Partit Laburista, jew ma tawx risposta lil din il- gazzetta jew stqarru li għad iridu jiddeċiedu. Fil-fatt, is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri qalet li għalkemm f 'dawn il- kwistjonijiet hi ġeneralment ikollha pożizzjoni ċara, fuq il-morning after pill tixtieq tevalwa aktar l-argumenti favur u kontra, "biex inkun nista' nibni opinjoni aħjar." Id-deputata Laburista li kienet żvelat li hi kontra l-iffriżar tal-embrijuni f 'intervista ma' din il-gazzetta fl-4 ta' Ottubru 2015 spjegat kif "normalment, fuq kwistjonijiet bħall-abort u ffriżar tal-embrijuni għandi pożizzjoni ċara kontra. Dwar din iżda nħoss li għadni m'iniex infurmata biżżejjed biex nagħti pożizzjoni ċara." Il-Ministru Helena Dalli, f 'risposta pjuttost xotta, qalet biss li hi għandha l-opinjoni tagħha dwar din il-materja iżda li din "se niddiskutiha internament." Risposta simili tagħtielna s-Segretarju Parlamentari Għawdxija Justyne Caruana li għall- mistoqsija tal-ILLUM dwar il-pożizzjoni tagħha fuq il-morning after pill, qalet biss li trid tinforma ruħha aktar dwar is-suġġett "u se nesprimi l-opinjoni tiegħi internament wara diskussjoni." L-Isqfijiet kontra...Graffiti favur Intant ilbieraħ komplew ħerġin aktar reazzjonijiet wara li madwar 100 mara, bħala parti mill-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa, fetħu protest ġudizzjarju li fih qed jargumentaw li l-fatt li din il- pillola hija illegali qed jikser id-dritt tal-libertà tal-mara fir-rigward tar-riproduzzjoni, li jkomplu jfakkru, li huwa dritt fundamentali tal-mara. L-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna u l-Isqof t'Għawdex Mario Grech ma jaqblux ma' dan u jgħidu li din il-pillola hija waħda abortiva. L-isqfijiet saħqu li huma jaffermaw, b'saħħa, li l-legalizzazzjoni ta' din il-pillola, m'għandhiex tkun kwistjoni marbuta mad-drittijiet tal-mara jew sempliċement mas-saħħa riproduttiva tagħha. Huma komplew isostnu li l-ħajja umana għandha tkun imħarsa u rispettata sa mill-konċepiment u b'hekk il-pillola għandha tkun ikkunsidrata bħala abortiva, u li tmur kontra d-drittijiet tal- preżervazzjoni tal-ħajja. Reazzjoni oħra ngħatat mill-Moviment Graffiti li fakkar kif, "id-dritt tal- mara li tuża kontraċettiv t'a emerġenza hija meħuda bħala xi ħaġa ovvja fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi demokratiċi." Il- Moviment Graffiti kompla jgħid iżda, "li jidher li f 'Malta hawn kruċjata kontra l-awtonomija tal-mara, id- dritt fuq ġisimha u d-dritt li tkun hi li tmexxi ħajjitha. Dan ipoġġi lill-mara f 'sitwazzjoni prekarja, inaqqas il-libertà tagħha u jagħmilha suġġetta għal soċjetà ossessjonata bil-kontroll fuq il-ġisem tal- mara." Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 | illum Numru ta' deputati nisa jinħbew wara 'diskussjoni interna' S'issa jidher li l-ebda deputata ma tirrapreżenta l-ħsieb ta' dawk li jixtiequ li l-morning after pill tkun legalizzata