Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Iżlanda ..................... 1 Ungerija ................... 1 LUNGERIJA ċaħdet lilI-Iżlanda milli tikseb rebħa storika hekk kif il-konfront bejn dawn iż- żewġ timijiet nazzjonali ntemm fi draw ġust ta' 1-1. L-Iżlanda kienet ferm viċin li tikteb l-istorja b'ittri tad-deheb, hekk kif kienet tliet minuti biss 'il bogħod milli tikseb l-ewwel rebħa f 'tournament maġġuri tul il-medda tas-snin. Tajjeb ngħidu li l-Iżlandiżi kienu għadhom ġejjin minn xejn inqas minn sitt telfiet konsekuttivi kontra l-istess Ungeriżi. Rimarkabbli huwa l-fatt li fil-passat riċenti, dawn iż-żewġ timijiet kienu jiġu megħluba mit-tim nazzjonali Malti, iżda kemm l-Ungerija u speċjalment l-Iżlanda għamlu avvanzi kbar f 'dak li għandu x'jaqsam mas- settur tal-'grassroots' u mal-edukazzjoni tal-kowċis fost oħrajn, u qed jaħsdu l-frott ta' dak li żergħu snin ilu. Sfortunatament, qabel il-logħba kien hemm ġlied bejn partitarji taż-żewġ timijiet, li sfortunatament hija xi ħaġa li qed tkun komuni waqt dawn il- Kampjonati Ewropej fi Franza. Kien fit-38 minuta, li l-Iżlanda, rebħet penalti meta Kadar waqqa' lil Gunnarsson fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu Gylfi Sigurdsson li ma żbaljax, hekk kif tefa' l-ballun naħa u lill- goalkeeper Ungeriż Kiral in-naħa l-oħra. L-Ungerija ġabet id- draw fit-88 minuta, meta minn kross fil-baxx mix- xellug tal-Ungeriż Nikolix, id-difensur tal-Iżlanda Saevarsson fit-tentattiv li jtajjar il-ballun 'il bogħod minn kull periklu, tefa' fil-lasta tiegħu stess, biex b'hekk irriżulta awto-gowl sfortunat. Iżlanda - Halldorsson, Saevarsson, Sigurdsson, Gudmundsson, Bjarnason, Sigthorsson (Gudjohnsen 84'), Arnason, Bodvarsson, Gunnarsson (Hallfredsson 65'), Skulason Ungerija - Kiraly, Lang, Kadar, Dzsudzsak, Nagy, Gera, Kleinheisler, Stieber (Nikolic 66'), Priskin (Bode 66'), Guzmics, Juhasz (Szalai 84') Referi - Sergei Karasev (RUS) L-Ungerija ċċaħħad lill-Iżlanda minn rebħa storika GYLFI SIGURDSSON Twieled fit-8 ta' Settembru tal-1989 f 'Hafnarfjordur, fl-Iżlanda. Skorja l-uniku gowl għall- Iżlanda permezz ta' penalty fit-38 minuta. Jilgħab ma' Swansea City fl-Ingilterra. Taqtiegħa għall-ballun bejn Dzsudzsák u Birkir Bjarnason

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016