Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 Sports 30 Storja tal-Kampjonati Ewropej minn Gianluca Lia Kampjonati Ewropej tal- 1960 Organizzaturi: Franza Rebbieħa: Unjoni Sovjetika Dan it-tournament li sar iżjed minn 50 sena ilu, ftit li xejn jixbah lit-tournaments li drajna naraw fi snin riċenti. Dan għaliex, dakinhar kienu ħadu sehem biss erba' timijiet fil-fażi finali. Madankollu, dak it-tournament kien strumentali sabiex iniedi l-ewwel passi għal tournament daqshekk prestiġjuż li jgħaqqad kontinent sħiħ filwaqt li jiġbed l-għajn tal- kontinenti l-oħra. Kien Henri Delaunay, Segretarju tal- Assoċjazzjoni Franċiża tal-Futbol, li ta bidu għal dan it-tournament, meta ħareġ bl-idea li għandha ssir tip ta' kompetizzjoni kontinentali. Primarjament, huwa ssuġġerrixxa dan lura fl-1927, iżda l-ħsieb sar wieħed konkret mat- twelid tal-UEFA, fl-1954. Kien bix-xieraq, li l-ewwel edizzjoni ssir ġewwa Franza, fejn intużaw żewġ grawnds biss, l-iStade De France u l-Velodrome. L-ewwel rebbieħa kontinentali ma kienu ħadd ħlief l-Unjoni Sovjetika li kienu qegħdin jiddominaw x-xena kalċistika, bil-protagonist prinċipali jkun il-mibki Lev Yashin, goalkeeper leġġendarju tal-Unjoni Sovjetika li kien isaħħar lil kull min jarah jilgħab. Fost il-karatteristiċi prinċipali tal-goalkeeper, kien hemm il-fatt li dejjem kien jilbes l-iswed u nfatti kien ġie mlaqqam bħala: 'Il-brimba s-sewda', għaliex minbarra l-ilbies skur tiegħu, kien qisu kellu tmien idejn tant kemm kien jilqa' kollox. Simili għas-sistema moderna, l-erba' timijiet għaddew għall-fażi finali wara logħbiet tal-kwalifikazzjoni, b'timijiet bħall-Ġermanja tal-Punent, l-Italja u l-Ingilterra jkunu t-timijiet li ma jiħdux sehem. Barra minn hekk, din il-fażi ta' kwalifikazzjoni kienet ukoll ikkaraterizzata mit-tim ta' Spanja, li għal raġunijiet politiċi li jinvolvu lid-dittatur Francisco Franco, kienu rrifjutaw milli jivjaġġaw lejn l-Unjoni Sovjetika, li mill-perspettiva politika, kien l-għadu prinċipali tad- dittatur, biex b'hekk, dawn tal-aħħar baqgħu għaddejjin sal-fażi finali. Ta' bilħaqq, kieku lagħbu Spanja, kien kapaċi jkollna rebbieħ differenti f 'din l-ewwel edizzjoni. It-triq tal-Jugoslavja għall-finali ma kinitx waħda ħafifa hekk kif fis-semifinali huma ltaqgħu mal-organizzaturi, jiġifieri Franza u kellhom jirkurpraw żvantaġġ ta' żewġ gowls sabiex minn 4-2 minn taħt idawru l-iskor għal 4-5, f 'partita rokamboleska li rat lit-tim li kien qiegħed jilgħab f 'daru joħroġ mix-xena. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni Sovjetika ġrew biċ-Ċekoslovakkja hekk kif għelbuhom bl-iskor ta' 3-0, sabiex b'hekk aċċertaw ruħhom minn post fl-ewwel finali ta' Kampjonati Ewropej. Il-finali kienet kumbattuta mmens, bit-tim tal-Jugoslavja jiftaħ il-vantaġġ, iżda l-Unjoni Sovjetika rrispondew mal-ewwel. Il-partita baqgħet fi draw ta' 1-1 sad-90 minuta anke grazzi għas-saves tal-ġenn tal-goalkeeper, Yashin. L-Unjoni Sovjetika skurjaw il-gowl tar-rebħa, seba' minuti mit-tmiem tal-ħin barrani permezz ta' Viktor Ponedelnik, biex b'hekk ġew inkurunati bħala l-ewwel champions Ewropej. Fatt kurjuż dwar l-iskorer deċisiv huwa l-fatt li kien l-ewwel plejer li qatt intgħażel mill-Unjoni Sovjetika u li kien jilgħab fit-Tieni Diviżjoni. Huwa mal-ewwel iġġustifika din l-għażla, meta fid-debutt tiegħu kien skorja tripletta fir-rebħa konvinċenti ta' 7-1 fuq il-Polonja, madwar xahar qabel it-tournament. L-aqwa 11 tal-fażi finali: Gowler: Lev Yashin (Unjoni Sovjetika) Difensuri:Vladimir Djurkovic (Jugoslavja) u Ladislav Novak (Ċekoslovakkja) Midfielders:Igor Netto (Unjoni Sovjetika), Josef Masopust (Ċekoslovakkja), Valentin Ivanov (Unjoni Sovjetika) u Slava Metreveli (Unjoni Sovjetika) Attakkanti: Milan Galic (Jugoslavja), Viktor Ponedelnik (Unjoni Sovjetika), Dragoslav L-Ewwel Parti Plejers tal-Unjoni Sovjetika jiċċelebraw wara li rebħu l-Kampjonati Ewropej tal-1960 Plejers ta' Spanja jiċċelebraw wara li rebħu l-Kampjonati Ewropej tal-1964

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016