Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218
Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 | illum ħames kampjonati minn Valletta FC Sports 35 fejn ma naqbilx magħha bħal pereżempju ż-żieda tat-timijiet fil-Kampjonat Premier. Infatti aħna bħala Valletta konna l-uniku tim li ma qbilniex magħha. Ma narahiex bħala xi ħaġa ta' ġid għall-futbol Malti. Din is-sena nnutajt in-nuqqas tiegħek fil-media lokali. Għaliex ġara dan? Għax xtaqtx tkun kontroversjali? Jien għandi karattru pjuttost li taqbiżli malajr u din is-sena matul l-istaġun, kien hemm xi affarijiet li dejquni iżda ma ridtx nagħmel ħsara lill-klabb tiegħi, Valletta. Eżempju, dan l-istaġun, kien hemm ħafna episodji tar-referis kontrina, u biex insemmi logħba partikolari, insemmi dik ta' kontra Ħal Balzan lejn l-aħħar tal-istaġun, fejn kellna żewġ penalties li ma ġewx mogħtija u anke d-distribuzzjoni tal-karti sofor fil-konfront tal- plejers tagħna ma kinitx tajba. Ħaġa oħra li dejqitni, kienet il-mod ta' kif lagħbu Ħal Balzan kontrina, fejn lagħbu qishom ħerġin għall- gwerra u l-mod ta' kif lagħbu kontra Hibernians, fejn kienu kienu qishom sejrin passiġġata. B'kuntrast għal dan, nammira l-mod ta' kif lagħbu Birkirkara, fejn kontrina tqattgħu u ssarffet f 'logħba sabiħa u l-istess ħaġa għamlu kontra Hibernians fejn ġew draw hemmhekk ukoll. Il-futbol huwa sport u għandu jintlagħab hekk u għall-pjaċir. Jien ninsab diżgustat għall-mod ta' kif lagħbu Ħal Balzan, għaliex kienet evidenti li kienu qegħdin jilagħbu għal ħaddieħor. Ngħaddu issa għall-futbol milgħub. Kont temmen li ħa tirbħu l-Kampjonat? Żgur li kien hawn ħafna li ma emmnux, fosthom l-ekskowċ ta' Birkirkara, Giovanni Tedesco, fejn f 'intervista li kien ta lili, stqarr li Valletta ma kellhomx il-kredenzjali biex jirbħu l-kampjonat. Giovanni Tedesco, lilna bħala Valletta għamlilna l-ikbar pjaċir għaliex huwa kien maħtur kowc ta' Birkirkara u l-kowċ bravu Pawlu Zammit inħatar bħala kowċ ta' Valletta. Tedesco kellu l-opinjoni tiegħu, iżda forsi mar tikka mqarraq. L-iżball li għamilna fis-sajf li għadda, kien li kellna l-barranin mibdulin iżda issa, għall-istaġun li ġej, ħa nkunu diġà ppreparati biex nilagħbu kontra kulħadd. Inkun korrett jekk ngħid li l-ħolma tiegħek hija dik li tgħaddu għat- tielet rawnd tal-kwalifikazzjonijiet tal-UEFA Champions League? Hekk hu. Iżda mhux UEFA Champions League biss, anke UEFA Europa League, u mhux bilfors li jkunu Valletta. Ikun min ikun il-klabb Malti, għaliex inħoss li biex ngħollu l-istandard tal-futbol Malti, huwa importanti li naslu sa ċerti stadji. Mhux l-ewwel darba li wasalna viċin, b'mod partikolari meta bħala Valletta, tlifna fl-aħħar seba' minuti biss kontra l-Irlandiżi ta' St.Patricks Athletic FC. Il-messaġġ tiegħek lill-partitarji Beltin. Nirringrazzjahom bis-sħiħ minn qalbi talli attendew għall-partiti tagħna matul l-istaġun kollu, anke meta beda jidher li kien ġej daqsxejn ta' maltemp. Ritratt: Raphael Farrugia "Il-Kampjonat Premier Malti bil- format kif inhu bħalissa huwa farsa u se jiġi iżjed farsa jekk ikun hemm ammont ikbar ta' timijiet jieħdu sehem" Twieled fil-15 ta' Settembru tal-1950 f 'Raħal Ġdid. Huwa l-President ta' Valletta FC fejn jista' jiġi kkunsidrat bħala l-moħħ wara l-aħħar ħames kampjonati mirbuħa minn Valletta FC, fosthom tlieta f 'ħames snin. Rebaħ ukoll kampjonat storiku ma' Marsaxlokk FC bħala President fl-2007, li kien l-ewwel u l-uniku wieħed sa issa għal dan il-klabb min- Nofsinhar ta' Malta. Kien xprun ewlieni biex il-plejer internazzjonali, Andrè Schembri, imur jilgħab barra minn Malta. Victor Sciriha