Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

NICO Rosberg kompla jinkuruna staġun mill- aqwa meta lbieraħ rebaħ il-pole-position tal-GP tal-Ewropa li saret fuq iċ-ċirkwit ta' Baku fl- Ażerbajġan. Intant, sieħbu iżda rivali kbir tiegħu, Lewis Hamilton kien involut f 'inċident sfortunat fejn kraxxja, għalkemm fortunatament għalih ma sofra l-ebda injury. Is-sewwieq ta' Force India, Sergio Perez, impressjona bil-kbir hekk kif illum se jkun qed jibda mit-tieni post waqt li fit- tielet post se jkun qed jibda s-sewwieq ta' Red Bull, Daniel Ricciardo, liema riżultat jista' jitqies bħala wieħed ferm sodisfaċenti għalih. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ sewwieqa rispettivi tal-Ferrari, Sebastian Vettel u Kimi Raikkonen reġgħu ddiżappuntaw bil-kbir, hekk kif illum se jkunu qed jibdew biss mir-raba' u l-ħames post tal-gradwatorja, rispettivament. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum is- sewwieqa tal-Formula 1 fil- GP tal-Ewropa fiċ-ċirkwit ta' Baku, fl-Ażerbajġan, flimkien mal-ħin li huma rnexxielhom jirreġistraw: Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 | illum Sports 29 'Ridt inkompli nuri li jien boxer ta' kalibru għoli' - Christian Schembri L-AĦĦAR taqtigħa li l-boxer ewlieni Malti, Christian Schembri, kellu seħħet nhar is-Sibt l-4 ta' Ġunju kontra l-iktar avversarju diffiċli li kellu sa issa fil-karriera tal-boxing tiegħu, Mirko Moisar. Din kienet taqtigħa li hu kien qed jistenna b'ħerqa kbira minħabba li kien jaf li kienet se tkun kontra avversarju internazzjonali validu ħafna, u seħħet ġol-grawnd tal-futbol tal- lokalità fejn noqgħod jien - il-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun. Kienet ukoll l-ewwel taqtigħa tiegħu wara r-rebħa kontra Scott Dixon, u ried juri lin-nies li dik ir-rebħa ma kinitx fula f 'qamar u li huwa boxer ta' kalibru għoli. Dan il-ġurnal għamel kuntatt personali mal- imsemmi boxer li bħal dejjem kien mill-aktar disponibbli għalina u tana dawn il-kummenti esklussivi: "Ippreparajt għal din it-taqtigħa b'mod intensiv ħafna. Daqs għaxar ġimgħat qabel jien u l-kowċ tiegħi Super Steve Martin poġġejna bilqiegħda u ħdimna programm ta' taħriġ imqassam fuq l-għaxar ġimgħat li kienu se jwasslu għall-ġlieda. Dan kien jinkludi li erba' darbiet fil-ġimgħa, jiena nqum fil-4.45am, biex nilħaq indaħħal sessjoni ta' taħriġ qabel il-ġurnata tax-xogħol tiegħi, imbagħad nerġa' mmur nittrenja fl-4pm wara li l-ġurnata tax-xogħol tkun lesta. B'hekk jiena f 'ġimgħa kien qed jirnexxili nitħarreġ għaxar darbiet u nieħu ġurnata waħda sħiħa ta' mistrieħ. Kelli l-opportunità wkoll li nerġa' nitla' nagħmel żmien nitħarreġ l-Ingilterra fil- gym Limehouse Marina Elite, fejn għamilt ġimgħa sħiħa nagħmel kemm taħriġ tekniku mal-kowċ Barry Smith, u anke sparring ma' boxers tal-ogħla livell fir-Renju Unit u anke fl-Ewropa. Ovvjament, dan għenni biex jiena nidħol għal din il- ġlieda f 'kundizzjoni fiżika u psikoloġika b'saħħitha ħafna. Waslet il-ġurnata tat- taqtigħa u jiena u l-kowċis tiegħi Steve Martin u Roland Sammut konna ppreparati għal taqtigħa iebsa minn fuq dak li konna nafu fuq l-avversarju tagħna, Moisar, iżda peress li kien kemmxejn iqsar minni, dħalna bi pjan ta' ġlieda maħsub biex jiena niġġieled minn fuq barra u nuża kemm jista' jkun il-'jab' u l-'cross', daqqiet dritti għat-tmien rawnds li kellha ddum il-ġlieda. Iżda wara l-ewwel żewġ rawnds, indunajna li Moisar kien se jibqa' ġej u jipprova jidħol ġewwa u beda jirnexxielu jkun aħjar minni. Dan wassal biex il-kowċis tiegħi ftehmu li nbiddlu l-pjan u mir-raba' rawnd 'l hemm qaluli biex nieħu n-nofs tar- ring u nitfagħlu kemm jista' jkun pressjoni u nimbuttah lura bid-daqqiet tiegħi. Ta' min jgħid li allavolja jiena segwejt il-pariri li tawni, dan kien ħafna iktar faċli li tgħidu milli tagħmlu, minħabba s-sempliċi fatt li Moisar ġie determinat li jirbaħ u beda jilqagħni fin- nofs tar-ring, li wassal biex nagħmlu l-bqija tat-taqtigħa b'ritmu għoli ħafna u t-tnejn li aħna lqatna lil xulxin b'daqqiet b'saħħithom. It-taqtigħa lestejnieha kollha u allura morna għall-punti tal-ġurija, fejn it-tlieta li huma qablu li jiena rbaħt ħames rawnds minn tmienja u rbaħt il-ġlieda b'deċiżjoni unanima. Din ir-rebħa lili tatni sodisfazzjon kbir kemm għas- sagrifiċċju li għamilt fil-ġimgħat ta' qabel fit-taħriġ tiegħi kif ukoll għaliex kienet taqtigħa iebsa ħafna kontra l-aktar avversarju diffiċli li qatt iġġilidt kontrih fil-karriera tiegħi sa issa. Onestament, ngħid ukoll li kienet taqtigħa viċin ħafna, u kieku l-ġudikaturi taw ir-riżultat bħala draw, jiena ma kontx ingerger lanqas. Imma ċ-ċirkostanzi ma ħallewnix niċċelebra din ir-rebħa għall-ħin twil, minħabba li fi żmien qasir, eżattament fl-24 ta' Ġunju, għandi taqtigħa oħra skedata, kontra avversarju iebes ieħor mill-Georgia li jittrenja l-Italja, Tomas Berulashvili. B'hekk, ħadt biss ġurnata waħda mistrieħ, u t-Tnejn kont erġajt qiegħed ġewwa Fight Factory Home of Champions nitħarreġ u nipprepara għal din it-taqtigħa, bl-isem ta' 'Prizeboxing Promotions Summer Brawl', sponsorjata minn Eat Me I'm Famous. Nixtieq nirringrazzja lill-isponsors tiegħi tal- għajnuna kbira li qed ituni fil-karriera tal-boxing tiegħi, li huma: Eat Me I'm Famous, Harmont&Blaine, Eurosport, Sci-MX Nutrition, Browns Valletta Waterfront, Don Michele Italian Fashion u Michael's Butcher tal-Ħamrun. Fl-aħħar nett nixtieq ngħid grazzi lill-familja u lis-sapporters kollha tiegħi li jiġu bi ħġarhom għal kull taqtigħa li jkolli. Intant, jekk tixtiequ tiġu tagħtu s-sapport tagħkom fit- taqtigħa li jmiss, ċemplu fuq dan in-numru, 79311928, għal aktar informazzjoni fuq il-prezzjiet u minn fejn tistgħu taqtgħu l-biljetti," temm jgħid Christian Schembri. Sewwieq Tim Q1 Q2 Q3 Laps 1. N. Rosberg Mercedes 01:43.685 01:42.520 01:42.758 16 2. S. Perez Force India 01:44.462 01:43.939 01:43.515 20 3. D. Ricciardo Red Bull 01:44.570 01:44.141 01:43.966 20 4. S. Vettel Ferrari 01:45.062 01:44.461 01:43.966 19 5. K. Raikkonen Ferrari 01:44.936 01:44.533 01:44.269 19 6. F. Massa Williams 01:45.494 01:44.696 01:44.483 15 7. D. Kvyat Toro Rosso 01:44.694 01:44.687 01:44.717 25 8. V. Bottas Williams 01:44.706 01:44.477 01:45.246 18 9. M. Verstappen Red Bull 01:44.939 01:44.387 01:45.570 20 10. L. Hamilton Mercedes 01:44.259 01:43.526 02:01.954 17 11. R. Grosjean Haas 01:45.507 01:44.755 15 12. N. Hulkenberg Force India 01:44.860 01:44.824 14 13. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:44.827 01:45.000 17 14. F. Alonso McLaren 01:45.525 01:45.270 15 15. E. Gutiérrez Haas 01:45.300 01:45.349 16 16. F. Nasr Sauber 01:45.549 01:46.048 13 17. R. Haryanto Manor 01:45.665 8 18. P. Wehrlein Manor 01:45.750 9 19. J. Button McLaren 01:45.804 7 20. M. Ericsson Sauber 01:46.231 10 21. K. Magnussen Renault 01:46.348 9 22. J. Palmer Renault 01:46.394 9 Christian Schembri jifraħ wara li għeleb l-isfda tal-boxer Mirko Moisar Ritratt - www.cngfotography.com Rosberg jirbaħ il-pole tal-GP tal-Ewropa u Hamilton jikkraxxja Nico Rosberg fl-azzjoni waqt il-pole-position tal-GP tal-Ewropa fiċ-ċirkwit ta' Baku, fl-Ażerbajġan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016