Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218
illum | Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 24 Kummerċjali Kompetizzjoni Vogue toffri opportunità unika għal btala f 'Los Angeles F'dawn l-aħħar snin, in-nuċċali sar parti mill- aċċessorji tal-moda għall-individwi li jfittxu jbiddlu d-dehra personali u professjonali tagħhom. Meta persuna tilbes nuċċali bi stil xieraq, jagħtiha dehra aktar attraenti. Bħalissa, persuna tista' ssib frames għal nuċċali tal- vista u nuċċalijiet tax-xemx iddisinjati tal-marka Vogue bi prezzijiet tajbin għall- but ta' kulħadd. Minbarra hekk, kull min jixtri Vogue għandu ċans li jirbaħ vaganza b'xejn għal żewġ persuni lejn Los Angeles, f 'Kalifornja. Vogue għadha kemm nediet kampanja 'Meet Me in Los Angeles' u qed toffri l-opportunità ideali għal dawk li qed ifittxu nuċċali ġdid tad-ditta. Dawk il- klijenti li jixtru nuċċali Vogue (frame jew inkella għax-xemx) għandhom iċ- ċans li jirbħu premju kbir, li jinkludi titjira bir-ritorn minn Malta għal Los Angeles u akkommodazzjoni għal erbat ijiem f 'lukanda għal żewġ persuni. Hu faċli ħafna biex persuna tieħu sehem f 'din il-kompetizzjoni. Meta persuna tixtri nuċċali Vogue, tingħata applikazzjoni biex timla' d-dettalji personali. Il-kompetizzjoni Vogue hi valida għal persuni li jkunu għalqu 18-il sena u aktar, u huma residenti f 'Malta. Il- kompetizzjoni tagħlaq fil-31 ta' Lulju 2016 u r-rebbieħ jitħabbar f 'Awwissu 2016. Termini u kundizzjonijiet oħra japplikaw. Għażla wiesgħa tal-aħħar disinji tan-nuċċalijiet ta' Vogue huma disponibbli għand TUACO Opticians, fi Triq Melita, jew inkella mingħand Optic Centre fi Triq San Ġwann, it-tnejn fil-Belt Valletta. Għal aktar tagħrif jew għall-appuntament mal-ispeċjalisti tal-għajnejn, wieħed jista' jċempel lil TUACO Opticians fuq in- numru tat-telefon 2122 1848, jibgħat email: tuaco. opt@gmail.com jew iżur s-sit tuaco.com Ma' kull xirja ta' nuċċali Vogue wieħed jista' jirbaħ vjaġġ għal Los Angeles, f 'Kalifornja Assigurazzjoni fuq il-ħajja b'xejn mas-self personali mill-BOV Il-Bank of Valletta ħabbar benefiċċju addizzjonali mal-firxa ta' prodotti tiegħu ta' BOV Personal Loans. Il-klijenti kollha li jixtru BOV Personal Loan mingħajr garanzija jew parzjalment garantit issa se jkunu awtomatikament intitolati għal kopertura tal- assigurazzjoni fuq il-ħajja mingħajr ħlas. Dan tħabbar minn Edward Grech, Uffiċjal Kap tal- Consumer Finance, waqt seminar organizzat għall- Uffiċjali tas-Self Ipotekarju tal-BOV. "Fil-Bank of Valletta, irridu niżguraw li l-benefiċċji li noffru l-firxa sħiħa ta' servizzi finanzjarji jaslu għand il-klijent. F'dan il-każ, qed nagħtu kopertura tal- assigurazzjoni fuq il-ħajja mingħajr ħlas lil kull persuna li tixtri BOV Personal Loan, u b'hekk inkunu qed nestendu valur miżjud tanġibbli u serħan il-moħħ." Permezz ta' din l-inizjattiva, il-Bank of Valletta sar l-ewwel fornitur ta' servizzi finanzjarji f 'Malta li qed joffri kopertura tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja kompletament mingħajr ħlas lill-klijenti. Dan il-benefiċċju huwa disponibbli għall-klijenti kollha fl-età ta' bejn is-16 u d-69 sena, għal bilanċ ta' self sa EUR 25,000, kemm jekk jieħdu l-faċilità f 'isimhom individwalment, jew b'mod konġunt ma' parti terza. "Hawnhekk il-Bank of Valletta qed jippremja lill- klijenti għal-lealtà tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin isaħħaħ ir-relazzjoni ta' xogħol bejn il-klijent u l-Bank. Għalina, it-trawwim ta' relazzjoni ta' xogħol b'saħħitha fit-tul ma' kull klijent individwali hija integrali għall-mod tagħna kif nagħmlu n-negozju, u dan huwa dak li dejjem għamilna differenti," ikkonkluda Grech. Il-klijenti li huma interessati jkunu jafu aktar dwar dan il- benefiċċju huma mitluba jżuru s-sit tal-Bank, bov.com. Quintano Foods iżżid il-marka Star mal-prodotti tagħha Quintano Foods Limited dan l-aħħar żiediet il-marka rinomata Star fil-portafoll tagħha tal-prodotti tal- ikel. Din hi marka Taljana, prestiġjuża, magħrufa fil- kċejjen Taljani għall-kwalità tagħha bil-ħila li tantiċipa xejriet ġodda, tissimplifika l-proċessi tat-tisjir u fl-istess waqt, tkun innovattiva u tmexxi t-tkabbir tas-suq fl-Italja. Il-kumpanija ilha mill-1948 mexxejja fis-settur tal-ikel Taljan, f 'ħafna mill-kategoriji li topera fihom, bil-prodott ikoniku tagħha Dado Star. Il-familja kbira ta' Star hi rappreżentata, kuljum, f '76% tal-kċejjen Taljani. Għall- prodotti tagħha, Star tagħżel l-aqwa ħxejjex u ingredjenti biex tassigura li kull familja fuq il-mejda jkollha biss l-aqwa prodott bi tjubija naturali. Is-Sur John Bonello Ghio, Group Head of Food Business, Farsons Group, qal li "l-għażla tal-prodotti Star hi riflessjoni awtentika tal-ikel tradizzjonali Taljan. Kburin li qed inżidu din il-marka rispettata ta' kwalità fil-portafoll tal-prodotti tagħna." L-għażla tal-prodotti Star tinkudi d-Dado Star, il-Brodo Star, ir-Ragu Star, iz-zlazi ta' Tigullio pesto, Saikebon noodles u Star tea. Quintano Foods Limited hi membru tal-Grupp Farsons.