Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdejt timmilita fil-futbol Malti? Fil-futbol Malti bdejt ma' Marsaxlokk, fejn bqajna telgħin mit-tielet diviżjoni għall-Kampjonat Premier. Wara li rbaħt il-kampjonat ma' Marsaxlokk, ingħaqadt ma' Valletta. X'kienet il-motivazzjoni tiegħek wara din l-għażla? Hekk hu, meta rbaħt il-kampjonat ma' Marsaxlokk, tlaqt ma' Valletta. Iżda jien kont diġà għidtilhom, li meta nirbaħ il-kampjonat ma' Marsaxlokk, kelli l-ħajra li mmur ma' klabb kbir. Dak iż-żmien kienu avviċinawni anke l-Ħamrun Spartans sabiex ningħaqad magħhom, u barra minn hekk, anke Hibernians xtaqu li mmur magħhom iżda ma ħassejtx li għandi nieħu post bniedem li kien ilu hemm, bħal Tony Bezzina, għaliex nemmen fl-irġulija. L-ewwel sena tiegħek fil-kapitali bħala President ta' Valletta FC. Kif ġejt milqugħ? Meta ngħaqadt ma' Valletta, it-tim kien ġej minn perjodu diffiċli u finanzjarment kienu f 'pożizzjoni prekarja ħafna. Il-plejers li kien hemm, li ta' min jgħid ma kinux jitħallsu, kienu telqu kollha ħlief Gilbert Agius. Ġibt ħafna plejers fosthom il-goalkeeper internazzjonali Andrew Hogg u taħt il-gwida tal-kowċ Pawlu Zammit, irnexxielna nġibu l-kampjonat lura lejn il-kapitali. Sena wara sena bqajna nitgħallmu, fejn anke żbaljajna f 'xi akkwisti iżda min ma jiżbaljax, ifisser li ma jkun għamel xejn. Nista' ngħid li ddedikajt ħafna ħin lit-tim ta' Valletta għaliex kien importanti li nqajmu l-entużjażmu fost is-sapporters Beltin, li huma ferm numerużi. Kummerċjalist ta' suċċess bħalek, x'fettillu jidħol fid-dinja tal-futbol? Mhux dejjem jiġu mumenti tajbin, fejn anke tibda ssaqsi x'impatt qiegħed tħalli fuq xogħlok u fl- ambjent ta' madwarek. Iżda nħoss li l-esperjenza tiegħi fil-kummerċ għenitni bis-sħiħ fit-tmexxija ta' Valletta FC bħala President. Fis-snin imgħoddija kellek il- ħsieb li tittrasforma lil Valletta FC f 'Valletta PLC. bil-Viċi President preżenti ta' Valletta, Alexander Feneck ikun maħtur bħala Kap Eżekuttiv ta' din il-kumpanija. Għadu f 'moħħok dan il-kunċett? Il-kunċett li Valletta FC jiġi ttrasformat f 'Valletta PLC għadu f 'moħħi u kif. Anke l-fatt li Alexander Fenech ikun Kap Eżekuttiv ta' din il-kumpanija għadu jberren f 'moħħi. Dan għax huwa persuna kapaċi immens speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' kummerċ. Jien dejjem għidt u nibqa' ngħid li li jekk xi darba jiġi xi ħadd ippreparat iżjed minni, jien lest li nwarrab mill-kariga ta' President ta' Valletta FC. Dan nagħmlu għall- akbar ġid tal-klabb Belti li tant hu għal qalb eluf kbar ta' persuni f 'Malta. F'intervista preċedenti li kont tajt lili matul is-snin li għaddew, kont stqarrejt miegħi li l-Kampjonat Premier Malti huwa farsa. Għadek b'dik il-perspettiva? Il-Kampjonat Premier Malti bil- format kif inhu bħalissa huwa farsa u se jiġi iżjed farsa jekk ikun hemm ammont ikbar ta' timijiet jieħdu sehem. Eżempju partikolari huwa partita li ntlagħbet lejn l-aħħar tal- kampjonat li għadda, fejn partitarji kien hemm verament ftit u kulma jmur, l-attendenzi fl-istadia Maltin qed jonqsu, u persważ li jkomplu jonqsu jekk ikun hemm 14-il tim fil- Kampjonat Premier. Temmen fl-amministrazzjoni tal- MFA mmexxija fost oħrajn mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Nemmen fl-amministrazzjoni tal-MFA, iżda hemm okkażjonijiet illum | Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 Cristian Antony Muscat Victor Sciriha - persuna li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-futbol lokali u li jista' jiġi kkunsidrat bħala l-moħħ wara l-aħħar ħames kampjonati mirbuħa minn Valletta FC, fosthom tlieta f'ħames snin, bħala President tal-istess klabb mill-kapitali Maltija. Il-moħħ wara r-rebħ tal-aħħar ħames Sports 34 "L-iżball li għamilna fis-sajf li għadda, kien li kellna l-barranin mibdulin iżda issa, għall-istaġun li ġej, ħa nkunu diġà ppreparati biex nilagħbu kontra kulħadd"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016