Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 Il-Gvern u l-PN jinjoraw proposta għal moratorju "IL-PROĠETTI ta' bini għoli għandhom jiġu temporanjament imwaqqfa sakemm jitlesta Master Plan nazzjonali." Din hija l-proposta mressqa minn numru ta' NGOs li wrew tħassib dwar il-pjanijiet ta' żvilupp proposti għal Tas- Sliema u San Ġiljan "Qabel ma jiddeċiedi dwar il-proposti speċifiċi għall-iżvilupp ta' bini għoli madwar Malta, il-Gvern għandu jikkummissjona 'Master Plan' ħolistiku li jassessja l-impatti kumulattivi ta' dawn l-iżviluppi" Dan qalu l-perit Reuben Paul Borg waqt konferenza stampa organizzata mis-Civil Society Network Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimken għall- Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Ramblers Association Malta, Qui- si-sana & Tigne' Residents Association, Sustainable Built Environment Malta, Youths for the Environment, Moviment Graffitti u Chamber of Planners, flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema. Il-Perit Borg, li jirrapreżenta lis-Sustainable Built Environment Malta, għamel biċ-ċar li din it-talba mhix kontra l-iżvilupp, li hu ddeskriva bħala process inevitabbli tal-progress, iżda biex dan isir b'mod sostenibbli u konsiderevoli lejn il-bżonnijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal- pajjiż. Dan il-Master Plan, kompla Borg, "għandu jkun pjan strateġiku aċċettat u milqugħ minn kulħadd u wara evalwazzjoni dettaljata tal-impatti kollha biss, tista' tiġi implimentata struttura. Skont Borg, il-Master Plan għandu jevalwa l-fatturi kollha li se jaffetwaw iż-żoni fejn dan il-bini għoli qed jiġi propost. Bħala perit, Borg spjega li qabel jibdew pjanijiet ta' kostruzzjoni, trid tiġi pjanata infrastruttura ta' sistema tat-transport tal- massa effiċjenti li ttaffi l-problemi ta' konġestjoni li se tinħoloq biż-żieda sostanzjali ta' vetturi fiż- żona. Michael Briguglio, kunsillier fil-lokalità Tas- Sliema u rappreżentant tas-Civil Society Network Malta, żied jgħid li biss biss minn studju li għamlu l-iżviluppaturi, il-binjiet għoljin proposti għal Fort Cambridge u Town Square weħedhom, bejniethom se jżidu 'l fuq minn 6,000 karozza, li se jħalli impatt enormi fuq it-traffiku u l-parkeġġ f 'Tas-Sliema. Kemm Borg kif ukoll Briguglio żiedu jgħidu li tul il-perjodu tal-kostruzzjoni, ir-residenti se jsofru snin ta' inkonvenjenzi. Il-Master Plan propost għandu jistudja miżuri biex kemm jista' jkun itaffu l-impatti ta' storbju u trabijiet. Dan apparti l-impatti viżivi fuq il-lokalità. Borg semma wkoll l-impatti tar-riħ u nuqqas ta' xemx li l-għoli tal-bini se jħalli fuq iż-żona msemmija. Mistoqsi dwar reazzjonijiet mingħand il-partiti politiċi, Briguglio, tenna li ebda reazzjoni jew risposta ma ngħatat minn rappreżentanti tal-Gvern u l-Oppożizzjoni, filwaqt li l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku huma favur din is-sospensjoni temporanja sakemm isir studju xieraq. Uħud mir-rappreżentanti ta' NGOs li indirizzaw il-konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Parlament Proġetti ta' bini għoli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016