Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 | illum Intervista 13 jfissirx li Toni Bezzina ħati' meta beda għal-lum u nemmen li sal-elezzjoni se jkompli jikber fl-istatura. Min jiftakar lil Eddie jibda qas ħadd ma kien jaf min hu, imbagħad sa ma ġie biex jirtira kompla jkabbar l-istatura tiegħu. L-aħjar politiku hu li jitgħallem mill-esperjenzi tal-ħajja u jkompli jikber fl-istatura tiegħu." Jean Pierre Debono ilu fil-kariga ta' Assistent Segretarju tmien snin, għalkemm jidher li din il-kariga jista' jħalliha jekk jiddeċiedi li jikkontesta l-elezzjoni wara li ġie mitlub biex jagħmel dan mill-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil, wara li ta' qablu, Gonzi kien waqqfu milli jagħmel dan. "Fl-2013 li kien ġara kien li x-xogħol tiegħi akkumula ħafna u kont nagħmel sal-4 am naħdem. Gonzi qalli li qed naħraq ix- xemgħa miż-żewġ naħat u meta jkollhom bżonni ma kinux se jsibuni u talbuni biex ma nikkontestax. Ma kontx ħadt pjaċir. Iżda ħdimt u r-riżultat kien dak li kien u ma naħsibx li kieku ħriġt jien kont se nagħmel differenza. Illum il-ġurnata l-Kap tal-Partit jemmen li għandi nikkontesta, iżda llum inpoġġi r-realtà tal- familja tiegħi qabel l-ambizzjonijiet tiegħi. Dak iż-żmien il-mara ma kinitx involuta fil-politika u llum jien missier ta' tifla ta' sena u marti qiegħda fil-parlament. M'iniex fil-parlament iżda għandi l-aħjar nofs tiegħi fil-parlament. Jekk nikkontestax jew le teħtieġ diskussjoni fil-fond mal-familja tiegħi. Nara jekk il-familja tiflaħx għas-sagrifiċċju u fl-istess waqt ma nixtieqx li jgħaddu tmien snin u nara lit-tifla diġà tfajla u ma niftakarhiex tikber." Ix-'shooting stars' ta' Muscat qed jinħarqulu Parti mix-xogħol tal-assistent segretarju tal-partit hu li jressaq kandidati ġodda biex jiġu mistħarrġa ħalli jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali, "aktar ma nsibu kandidati aktar aħjar. Iżda fil-politika hemm 'shooting stars' u 'rising stars'. Biex jirbaħ elezzjoni Muscat għażel ħafna 'shooting stars' li qed jinħarqulu. Jiżbalja l-Partit Nazzjonalista jekk imur għax- 'shooting stars' li jagħmlu ħoss fil-bidu u jisfaxxaw. Il-PN għandu jagħżel politiċi, imrawmin tajjeb, jaf minn fejn ġejjin u jaf min huma u mhux jitfaċċaw mix-xejn u jsiru super popolari f 'daqqa. Irridu naħdmu fuq 'rising stars'. Hemm bżonn li Malta toħloq skola ta' politiċi li jitrawmu fuq liema ideal jagħżlu u meta jiġu għat- testijiet diffiċli jgħaddu u mhux jeħlu. Il-partiti politiċi qed ifallu f 'dan il-fatt." Il-meritokrazija falliet għalkollox, taħt Gonzi inqdew il-ħbieb tal- ħbieb u ta' dan patta qares. Taħt Muscat li rebaħ bl-għajta tal- meritokrazija falliet ukoll fejn qed jinqdew in-nies tal-klikka wkoll, tant li biex rebaħ il-voti d-deputat mexxej li-ġdid qal li jrid jaqdi lil- Laburisti. Gvern taħt Simon ikun meritokratiku? Laburist tajjeb se jżomm postu? Jew din kelma li tintuża biss sa ma jintrebħu l-voti? "Meta wieħed ikun fil-gvern," beda Debono, "irid tim ta' nies li jwettqu l-politika tiegħu. F'dan il-pajjiż hawn nies li kapaċi jaħdmu għall-ġid tal-pajjiż u ppruvaw lilhom infushom li minn amministrazzjoni għal oħra ma ħarsux lejn il-bandiera iżda li jagħtu servizz tajjeb. Illum hemm dawk in-nies li qed jiġu użati bħala 'henchmen' u l-hitman tal-PL biex ħaddiema tal-gvern nazzjonalisti qed iħalluhom ġo kamra ma jagħmlu xejn, fejn hemm minnhom li lanqas kompjuter u telefon m'għandhom fl-uffiċċju. Żgur li l-PN ma jridx dan it-tip ta' meritokrazija. Aħna rridu li nieħdu l-potenzjal kollu ta' kull persuna li taħdem fiċ-ċivil, anke jekk ikun l-akbar laburist. Dik hi l-politika tagħna. Il- meritokrazija tfisser li jkollok nies li tista' tafdahom fix-xogħol, kapaċi u tajbin fix-xogħol. Dan meta wieħed jidħol għal operazzjoni ma jħarisx jekk il-professur hux nazzjonalist jew laburist iżda jekk hux tajjeb jew le. Kif nafdaw il- persuna tagħna meta mmorru għal operazzjoni, hekk irridu nafdaw fil-gvern li nibdew nemmnu vera li jekk ħaqqni se neħodha." Hemm ministri u ministri Jean Pierre Debono qal li dan il-gvern mhux talli mhux meritokratiku mal-poplu iżda jagħmel differenza anke mal- ministri tiegħu. "Għandu kabinett 'two tier'. Hemm ministri, imbagħad hemm il-ministri ħbieb ta' Joseph Muscat. Delegati stess jgħidulek li hemm ministri li huma biċċa waħda ma' Joseph u li jaqdi bl-addoċċ. Simon qed jaħdem biex jara li jkollu team b'saħħtu u jkompli jrawwem fit-team kollu f 'xulxin ħalli meta jkunu fdati fil-gvern jagħti l-aħjar riżultati possibbli. Perfetti qatt mhu se nkunu iżda se nagħtu l-aħjar. Illum għandna gvern li wegħedna l-perfezzjoni u tana infern fl-art." Ma stajtx nagħlaq l-intervista mingħajr ma nsemmilu l-Partit Demokratiku mmexxi minn Marlene Farrugia, speċjalment hekk kif il-PN, sa ftit tal-ġimgħat ilu rikeb rikba tajba fuq il-karru tagħha. Issa li tista' tirbaħ l-voti tal- PN kif se jibda jħares lejha? "Il-Partit Nazzjonalista, meta mmorru għat-tellieqa se nkunu qed intellqu kontra kulħadd, kulħadd avversarju tagħna. In-nies li kellhom alleanza bla dubju ma' partit jew ieħor qed jonqsu ħafna miż-żewġ naħat. Aħna jrid ikollna strateġija li barra li nżommu lin- nies tagħna u li baqgħu magħna, nattiraw lil dawk in-nies li llum ma jħossux l-ebda affiljazzjoni ma' xi partit jew ieħor. Jekk nibqgħu mexjin kif mexjin, preżenti aktar fost in-nies naħseb li finalment meta n-nies jiżnu se jmorru fuq min se jagħtihom stabbilità u serħan il-moħħ u dan se jkun biss il-Partit Nazzjonalista li joffrihom. Min se jtellaq magħna jistgħu jiżdiedu u jistgħu anke jonqsu. Li Marlene Farrugia kienet se toħloq partit qalitu qabel ġiet il-protesta nazzjonali u sadattant il-partit tagħna tajnieha spazju xorta. Jekk ikun hemm il-ħtieġa li bħala Partit Nazzjonalista naħdmu mal-partit ta' Marlene jew ma' xi partit ieħor ma nsibu l-ebda diffikultà li nagħmlu dan. Għall-ġid tal-pajjiż lesti li naħdmu ma' kulħadd. Wasal iż-żmien li nitgħallmu nattakkaw l-argumenti u mhux lill-politiċi għax dak għandu mnieħru twil, jew għandu widnejh mgħawġin inkella għax ikrah jew sabiħ, il-politika mhux beauty contest iżda kompetizzjoni bejn min hu kapaċi jagħmel il-ġid għall-pajjiż." Fuq il-media Simon għandu bżonn jirrilassa aktar " " Ritratt: Raphael Farrugia Jean Pierre Debono

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016