Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

minn John Busuttil F'GĦAWDEX għad hemm it-tradizzjoni li fil-festi tal-irħula, ħafna minnhom jorganizzaw tiġrijiet taż- żwiemel fit-toroq prinċipali. Normalment jiġu organizzati f 'għaxar irħula, iżda din is- sena se jkunu organizzati fi tmien irħula wara li l-Għarb u n-Nadur m'organizzawhomx. Dawn it-tiġrijiet joħolqu diversi kontroversji speċjalment minn dawk l-attivisti favur l-annimali fejn iqisu li dawn it- tiġrijiet huma moħqrija għall- istess bhejjem. Iżda l-Għawdxin iwieġbu li din hi tradizzjoni Maltija li ma tistax tinqata'. L-ILLUM tkellmet ma' diversi esponenti li jorganizzaw dawn it-tiġrijiet biex inkunu nafu eżatt xi jsir fejn qalulna li mhux minnu li ż-żwiemel ibatu meta jiġru fuq it-tarmak, għax dawn jiġu mniegħla (jitpoġġielhom nagħal) b'suletti shock proof. Kien hemm min qalilna li ż-żiemel ibati bis-sħana u għalhekk li għal dawn l-aħħar għaxar snin, it-tiġrijiet ta' San Ġorġ saru filgħaxijiet. "Iżda biex tagħmilhom filgħaxija, irid ikollok triq imdawla sew fejn jiġru," sostna wieħed mill- organizzaturi tat-tiġrijiet ta' San Ġorġ. Hu fatt reali li għal dawn it-tiġrijiet jieħdu sehem ħafna dilettanti u sewwieqa Maltin fejn kultant ikunu aktar minn dawk Għawdxin u dan jiġbed turiżmu intern enormi għal Għawdex. Fil-fatt, għat-tiġrijiet ta' San Ġorġ li jsiru nhar ta' Tnejn tal-ġimgħa tal-festa jaħdmu ħames vapuri żejda għal dawn it-tiġrijiet. Anke l-fatt li f 'Malta għadhom isiru xi żewġ tiġrijiet fit-toroq, bħal dik tal- Imnarja fir-Rabat, qed iressaq lil ħafna dilettanti Maltin li jmorru lejn Għawdex. Organizzatur ieħor qalilna li fil-ġurnata tal-lum hemm ħafna kuxjenza fuq l-annimali anke mill-istess dilettanti u għalhekk hemm bżonn li f 'kull tiġrija jkun hemm 'rails' mal-korsa kollha u nies responsabbli mis-sigurtà kull tant metri għax ħafna mid- dilettanti tant jentużjażmaw ruħhom li meta jkunu deħlin iż-żwiemel, joħorġu fin-nofs b'konsegwenza li jista' jkun hemm xi inċident, anke fatali. Għalhekk minn din is-sena, l-organizzaturi qed jintalbu jagħmlu assigurazzjoni ta' €1 miljun, li tiġi tiswa lil kull organizzatur €315. Dawn it- tiġrijiet jiswew lil min jorganizzahom madwar €10,000 għal kull avveniment, fejn il-flus jinġabru minn dawk li jieħdu sehem u jkun hemm madwar 25 jew 30 tiġrija f 'kull avveniment li joħloq kummerċ kbir fl-irħula rispettivi. Minkejja dan, it-tiġrijiet ta' Sannat u ta' Santa Marija huma mħallsin mill-Gvern għax dawn jagħmlu parti mit- tradizzjoni u kienu l-ewwel. Fil-fatt, ftit tal-jiem ilu ġie f 'idejja programm tat-tiġrijiet tal-bhejjem li saru f 'ġieħ San Ġorġ li jmur lura għas-16 ta' Lulju 1967. Il-kategoriji kienu varji b'parteċipazzjoni inkoraġġanti. Jista' jiġi nnutat li anke jekk il-mezzi kienu limitati, it-tiġrija ta' San Ġorġ kienet diġà kisbet popolarità mal-Maltin, mhux bħala spettaturi biss imma anke fil- parteċipazzjoni, b'aktar minn nofs il-bhejjem parteċipanti jiġu minn diversi rħula Maltin. It-tradizzjoni u l-għan baqa' wieħed, però ż-żmien u l-progress biddel mhux ftit mill-format tal-organizazzjoni. Il-ġurnata tal-Ħadd li wara anke kienet għas-Sibt llum tressqet għat-Tnejn biex tiftaħ il-festi esterni il-premijiet li minn palju għadda ghat-trofew u riċentament għall-aċċessorji tal-bhejjem jew vouchers u saħansitra l-kategoriji fejn ħmir u bgħula nqatgħu mit-triqat u b'konkorrenza massiċċa żdiedu ż-żwiemel impurtati tat-trott. It-triq biss ma nbidlitx, it-triq li sawret isimha minn dawn l-avvenimenti prinċiparjament f 'Lulju u Awwissu, li jseħħu fil- belt Vittorja. Anke jekk Triq it- Tiġrija mhix Piazza del Popolo ta' Siena, tagħmilha differenti u aktar intima bl-abitazzjoni li żżejjinha. Għad fadal fejn isir titjib, fejn hemm bżonn regolamenti uniformi għal kull tiġrija biex ikun hemm kontinwità, dixxiplina u serjetà. L-ispettaturi għandhom jiġu akkomodati aħjar u f 'aktar sigurtà. Ħafna drabi bl-emozzjoni, ansjetà jew kurżità, l-ispettaturi qed jazzardaw wisq, u għalhekk l-organizzaturi jridu joffru alternattiva viżwali u aktar moderna, forsi anke fuq big screens u kummentarju illum | Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 Għawdex 14 It-tiġrijiet taż-żwiemel fit-toroq t'Għawdex: Tradizzjoni jew Sport? • Kull tiġrija tiġi tiswa madwar €10,000 • L-unika waħda li ssir filgħaxija hi dik ta' San Ġorġ u l-uniċi mħallsin mill-Gvern huma ta' Sannat u ta' Santa Marija • It-Tarmak ma jagħmilx ħsara liż-żiemel iżda jbati ħafna fis-sħana 8 tiġrijiet b'100 żiemel f 'kull tiġrija 25/06 Xewkija Triq l-Imġarr 120 żiemel 11/07 Rabat San Ġorġ 120 żiemel 24/07 Sannat 100 żiemel 06/08 Qala Mġarr Road 100 żiemel 15/08 Victoria Sta Marija 120 żiemel 20/08 Żebbuġ 80 żiemel 28/08 Għajnsielem 100 żiemel 04/09 Xagħra 80 żiemel Tiġrija ta' San Ġorġ li ssir bil-lejl L-entużjasmu tad-dilettanti twassalhom viċin il-periklu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016