Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 Aħbarijiet Tkompli minn paġna 1 L-INVESTIMENT ta' VGH se jfisser li fl-Isptar t'Għawdex se jkun hemm 450 sodda, 250 għal pazjenti b'mard akut u 200 għal pazjenti anzjani u oħrajn li għandhom każi aktar fit- tul. Minn dawn, 350 sodda huma għal pazjenti Maltin filwaqt li l-100 sodda oħra se jkunu allokati għat-turiżmu mediku. F'Karin Grech il-VGH se tipprovdi 320 sodda għall-kura tal-anzjani li se jkunu kollha allokati għal pazjenti lokali, filwaqt li wara rinovar estensiv dak li kien l-Isptar San Luqa se jilqa' fih 350 sodda ġdida, 150 għar-rijabilitazzjoni b'ċentri li jitrattaw it-trawma, onkoloġija speċjalizzata u l-ortopedija. L-Isptar San Luqa se jkun qed jopera bis-sodod tar-rijabiltazzjoni lesti f 'temp ta' ftit iktar minn sena mil-lum, preċiżament f 'Settembru 2017. Min-naħa l-oħra, ix-xogħol fuq l-Isptar Karin Grech beda diġà. Il-Ministru Fearne u r-rappreżentant tal-VGH spjegaw kif il-€220 miljun f 'investiment se jkunu qed isiru fis-sentejn li ġejjin, filwaqt li huwa stmat li €150 miljun se jkunu investiti fil-perjodu ta' 30 sena ta' konċessjoni. 'Nistennew profitt b'saħħtu mit-turiżmu mediku' Tumuluri spjega kif il-VGH qed tistenna li l-investiment fit-turiżmu mediku ikun wieħed b'saħħtu ħafna bil-konsegwenza li żżomm il-professjonisti kollha fl-impjieg tagħhom u tkun tista' tassigura wkoll l-aqwa servizz lill-pazjenti, kemm dawk lokali, kif ukoll dawk li se jkunu qed iħallsu għas-servizzi mogħtija. Il-VGH żvelat kif għall- pjanijiet tagħha għat-turiżmu mediku, qed taħdem ma' Walter Reed National Medical Centre, waqt li għall-Isptar San Luqa se tinvesti fi proġett ta' riċerka u żvilupp, kif ukoll f 'ċentru għas-saħħa tan-nisa, li se jkun immexxi mill- ġinekologu Mark Brincat. Se jsir investiment ukoll f 'Ċentru għad-Dijabete f 'ċentru ieħor li se jispeċjalizza fuq id- dermatoloġija. Dan se jkun immexxi b'kollaborazzjoni mal-Gvern u għalhekk se jkun mingħajr ħlas. Kemm il-Gvern kif ukoll il-VGH iridu li dawn it-tliet sptarijiet ikunu akkreditati mill-'Joint Commission International' biex b'hekk pajjiżna jitpoġġa fuq il-mappa tat-turiżmu mediku. Nofs il-bord mediku se jkunu Maltin Intant nofs il-bord mediku ta' dawn l-isptarijiet se jkun magħmul minn speċjalisti u tobba Maltin. Il-Gvern u Barts, li se tmexxi l-iskola medika fl-isptar t'Għawdex ikollhom siġġu kull wieħed, filwaqt li s-sieħeb ta' VGH, Partners HealthCare International se jkollu numru ta' siġġijiet fuq dan il-bord ukoll. Filwaqt li wiegħed li l-VGH se tindirizza l-problema ta' nuqqas ta' ħaddiema, Tumuluri qal ukoll li filwaqt li wħud mill-istudenti tal- mediċina Maltin se jkunu qed jidħlu fis-sistema permezz tal- Gvern, oħrajn se jsibu impjieg direttament mal-VGH. Intant fil-laqgħa għall- midja li għaliha kien preżenti wkoll il-kardjoloġista Albert Fenech, reġgħet ingħatat l-assigurazzjoni li l-kura tas- saħħa se tibqa' b'xejn għall- Maltin u l-Għawdxin. Intant fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista insista li ladarba l-kuntratti ġew iffirmati dawn għandhom ikunu ippubblikati. "Il-fatt li l-Gvern qed jinsisti li ma jippubblikax il-ftehim ipoġġi suspetti kbar fuq dan l-istess ftehim." Il-PN qal li l-ħaddiema qegħdin f 'ħafna inċetezza u akkuża lill-Gvern li qed jobbliga lill-pazjenti jieħu l-kura minn sptar privat." Investiment ta' €370 miljun fi 30 sena fuq tliet sptarijiet Dehra artistika ta' kif inhu propost li jsir l-Isptar San Luqa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016