Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 Intervista 12 'Għax tilef libell ma jfissirx L -aktar bniedem idoneu biex jitkellem dwar il-bidla fil-Partit Nazzjonalista bla dubju hu l-Assistent Segretarju tal- partit, Jean Pierre Debono. Dan minħabba l-fatt li kien f 'din il- kariga taħt Lawrence Gonzi meta dan kien Prim Ministru u issa taħt Simon Busuttil li qed imexxi l-Oppożizzjoni. Wara xhur sħaħ li l-PN ilu jtambar fuq governanza tajba, tfaċċa l-każ ta' Toni Bezzina fejn il-Qorti tat raġun lill-ġurnal li kien ippubblika storja dwar kif Bezzina kien qabbad ħaddiema tal-Gvern jaħdmu fil- każin Nazzjonalista taż-Żurrieq. Il-midja u anke l-poplu donnu qed jistenna li issa l-PN, kif jgħidu bl- Ingliż 'walks the talk' u jneħħi lil Toni Bezzina minn ma' djulu għax kiser il-liġi. "Toni Bezzina ma nstabx ħati iżda għamel każ ta' libell u tilfu għax il-Maġistrat qal li l-kumment li għamlet il-gazzetta Laburista kien 'a fair comment'. Fatt li ħareġ waqt ix-xhieda hi li tliet ħaddiema taċ- ċivil, bagħtu għalihom fiċ-ċentru Laburista u ffirmaw dikjarazzjoni biex jaqilbu d-dikjarazzjoni oriġinali li kienu għamlu. Min bagħat għalihom? U l-Partit Laburista fiex daħal? Xi pressjoni għamel fuq dawn it-tliet ħaddiema? U minn tant postijiet, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ltaqgħu? U min kien il-persuna li għamel l-abbozz dak li kitbu? Dan għalija juri ndħil politiku mill-Partit Laburista." Il-Qorti qalet li l-gazzetta kellha dritt tikkumenta, mhux li Toni hu ħati Mistoqsi jekk jafux min kien li bagħat għalihom, Debono qal li ma jafux min hu, "issa jalla l-isem ta' min bagħat għalihom joħroġ waqt il-każ tal-appell. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien ċar li jieħu pożizzjoni wara l-appell. Naħseb li l-PN hu ħafna mili 'l bogħod mill-Partit fil-Gvern fejn tidħol governanza u wieħed jista' jġib l-eżempju tal-Panama Papers." Debono fakkar kif din l-istorja ma ħarġitx fuq il-'Kullħadd' "iżda fuq il-midja internazzjonali kollha u sadattant, il-Kummissarju qalilna li m'hemmx każ, l-investigazzjoni ma nafux x'sar minnha u l-'audit' ma nafux x'sar minnu u fejn wasal. F'dan il-każ Toni Bezzina, għax jemmen li kellu raġun, kien hu li mar quddiem il-Qorti biex jillibella lill-gazzetta. Il-Qorti qatt ma qalet li Bezzina hu ħati, iżda qalu li l-gazzetta kellha dritt tikkumenta hekk fil-kuntest ġurnalistiku." ...il-PN jieħu l-passi neċessarji jekk Bezzina żbalja Mistoqsi jekk il-PN iċċekkjax jekk hux vera li Toni Bezzina għamel dak li kitbet il-gazzetta, Debono qal li fl-ebda ħin ma kien kompitu tiegħu li jara jew jinvestiga lil Bezzina, "Imma jekk hemm xi ħadd li jħoss li għandu jidħol fid-dettall, jinvestiga d-dettalji u jsib li Toni Bezzina żbalja, il-Partit Nazzjonalista jneħħih?" tistaqsih l-ILLUM, "jieħu l-passi neċessarji bħalma ħa fil-passat," pront wieġeb Debono. Il-Każ ta' Samuel Azzopardi ma kellux x'jaqsam mal-ħajja politika tiegħu L-Assistent Segretarju tal-PN tkellem ukoll dwar il-każ tas-sindku Nazzjonalista Għawdxi, Samuel Azzopardi u qal li kien l-istess Azzopardi li mar quddiem il-Partit bil-fatti kollha u talab li jissospendi lilu nnifsu sa ma jinqata' l-każ. "Is-sentenza tal-Qorti nqatgħet u l-Maġistrat tkellem ċar dwar ir- rwol politiku ta' Samuel Azzopardi, jiġifieri li l-każ m'għandux jaffettwa l-ħajja u x-xogħol politiku li wettaq Samuel Azzopardi. U dan il-Qorti qalitu u mhux aħna u għax ħassejna li għandna nagħtu każ dak li qalet il-Qorti mxejna mal-parir." Debono jassigura li anke jekk il- Qorti tkun tat sentenza b'saħħitha kontra xi politiku mill-PN se jagħtu kasha wkoll, "għax l-istandards huma l-istess għal kulħadd. Fil- ħajja pubblika għandek iżżomm standards għoljin. Il-każ ta' Samuel Azzopardi ma kellux x'jaqsam mal-ħajja pubblika tiegħu, la bħala professjoni, la bħala politiku u lanqas bħala sindku jew kif jamministra l-fondi. Kien każ privat, fejn kellu inċident mal-lejl u fejn żbalja ħallas tiegħu skont kif rat il-Qorti." Se jirnexxilna nagħmlu lil Busuttil PM alternattiv Tlabna lil Debono jfehemna eżatt għaliex kull stħarriġ li jsir ta' opinjoni pubblika dejjem juri li Muscat hu aktar fdat minn Busuttil, anke jekk bħala partiti kull stħarriġ juri li qed jersqu ħafna viċin xulxin. "Il-fatt li Simon Busuttil kellu jikkonċentra aktar fuq il-partit biex jaqilgħu mill-qiegħ fisser li kellu jinsa lilu nnifsu. Mhux l-istess kellu Muscat meta ħa r-riedni tal-partit f 'idejh għax it-telfa tiegħu dak iż-żmien kienet ta' madwar 1,500 vot u kellu art fertili fejn seta' jibni kampanja li tibni immaġini tajba ta' Joseph Muscat. Dan il-lussu Simon ma kellux." 'Magħna taf fejn qiegħed' Debono jkompli jgħid illi, "xogħlu l-ewwel kien li jibni imaġini ta' partit magħqud li meta ħadu f 'idejh kien sfaxxat. U bena dan il-partit magħqud, għax illum għandna partit magħqud. Issa wasalna fi stadju fejn naħdmu ħafna aktar fuq Simon Busuttil bħala prim ministru alternattiv għax s'issa l-poplu mhux qed jarah dan. Naħseb li se jirnexxilna, avolja bdejna ngħalqu d-distakk minn sentejn 'l hawn għax sal-elezzjoni tal-MEPs il- Partit kien għadu qed jiżżerżaq għal isfel." Tkellimna dwar il-fatt li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni bil- voti tan-Nazzjonalisti li tfisser li kienu n-Nazzjonalisti li tilfu l-elezzjoni u mhux il-Laburisti li rebħu l-elezzjoni. "Kien hemm nies li dejjaqhom il-PN , tnaffru u resqu lejn il-PL u kien hemm oħrajn li l-PL ħadem fuqhom biex jiġbidhom lejh. Waħda mir-raġunijiet ewlenin kienet li wara 25 sena kien hemm nies li qalu li kien wasal iż-żmien tal-bidla u Muscat ippreżenta pakkett sabiħ, fejn anke ħeba t-torċa u bidel l-imaġġini tiegħu. Iżda meta tikkunsidra s-sustanza, il-Partit Laburista beda jiżbalja u qed inaffar in-nies," Debono jispjega kif il-PN beda jaħdem fuq dawn in-nies li qed jitnaffru u qed jippreżenta "politika alternattiva fejn bdejna noħorġu fil-beraħ il-politika tagħna u poġġejnieha għall-kritika. Muscat qagħad f 'nofs it-triq bir-riskju li ttajru karozza (kif kienet tgħid Thatcher). Magħna taf fejn qiegħed anke jekk ma taqbilx magħna f 'kollox." "Iżda l-akbar xogħol li qed jagħmel Simon hu li qed jiltaqa' man-nies personalment u qed isiru jafuh aktar mil-lat personali. Kelli okkażjonijiet li kont miegħu. Hu għandu stil ġenwin li jekk ma jistax jaqdik jew jagħtik dak li tixtieq, jgħidlek mill-ewwel li m'għandekx ċans. Għax jgħid li aħjar tkun taf fejn int miegħu u mhux jurik id-debba u jqabbiżlek il-ħmara, bħalma qalet l-istess deputat Laburista Marlene Farrugia li għamel magħha Joseph Muscat. Anke fejn ma naqbilx miegħu jgħidli 'tajjeb Jean mela llum nafu li fuq din naqblu li ma naqblux.' Dak hu Simon Busuttil." Jemmen li Simon se jikber fl- istatura politika Hawnhekk Jean Pierre Debono qalilna li Simon Busuttil hu bniedem differenti minn dak li jidher fuq it-televiżjoni, "li tkun tafu personali, il-persuna hu aktar fabbli, inqas anzjuż u jiċċajta aktar. Fuq it-televiżjoni irid jirilassa naqra aktar. It-televiżjoni kultant jagħti aspetti differenti milli verament tkun. Jista jurik li int riservat meta m'intix, inkella toħroġ li int soċjali ħafna meta fil-fatt tkun riservat u kważi trid tħallsek biex tkellmek. Simon ġej minn dimensjoni totalment differenti, mill-politika Ewropea fejn kien eċċellenti. Illum fuq livell personali kapaċi jirbaħ lil kulħadd iżda fuq il-midja għandu bżonn jirrilassa aktar. Iżda jien rajt bidla kbira f 'Busuttil minn John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Jekk jinstab li Toni Bezzina żbalja, m'għandix dubju li l-Partit Nazzjonalista jieħu l-passi neċessarji " " Jekk ikun hemm il-ħtieġa li bħala Partit naħdmu mal- partit ta' Marlene ma nsibu l-ebda diffikultà li nagħmlu dan " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016