Illum previous editions

ILLUM 19 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 Aħbarijiet 6 Din il-ġimgħa: Divorzju jew Din hija l-ġimgħa tal-prova u għalkemm ħafna għadhom ma fehmux ir-relevanza tagħha, dak li se jiddeċiedi l-poplu tar-Renju Unit se jkun qed jifforma d-destin ta' pajjiż, ta' poplu u ta' unjoni minn Albert Gauci Cunningham NHAR il-Ħamis, il-poplu tar-Renju Unit se jiddeċiedi jekk iridx jibqa' fl-Unjoni Ewropea jew inkella jekk iridx li jinqata' minn mal- blokk ekonomiku u politiku li tiegħu ilu membru mill- 1973. Minkejja kollox, ir- relazzjoni bejn dan il-pajjiż, xi darba imperu kbir u potenti u l-UE, dejjem kienet xi ftit jew wisq problematika. Fil-fatt, ir-Renju Unit kien ilu li applika biex isir membru ta' dik li llum hija l-UE mill-1961, iżda kellu l-applikazzjoni tiegħu mwaqqfa minn Franza, dak iż-żmien immexxija mill- Ġeneral Charles De Gaulle. Kien biss wara li l-Ġeneral ma baqax fit-tmun ta' pajjiżu li sar referendum fir-Renju Unit, b'67% jivvutaw favur id- dħul tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea. Minn hemmhekk iżda, it- triq kienet ħafna drabi għat- telgħa u minkejja riżultat hekk pożittiv u minkejja l-wegħdi tal-Prim Ministru Konservattiv Edward Heath bdew jiftħu l-ixquq minn kullimkien. Bdew Michael Foot u Tony Benn, li kienu parti mix-xellug tal-Partit Laburista bil-wegħda fl- 1983 li jirtiraw is-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea. U l-inkwiet kompla qliel, u aktar kemm issaħħet il-fehma ta' Unjoni Ewropea federalista, iżjed iddgħajfet ir- relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-UE. Fil-fatt, is-snin 80 raw il-bruda tinbidel fi qrusa hekk kif fl-1988, Margaret Thatcher fi Bruges kienet għamlet diskors, illum tant favorit mal-ewroxettiċi u dawk li jopponu l-filosofija ta' UE aktar federali u ggvernata miċ-ċentru. Dakinhar, il- mara tal-ħadid kienet qalet hekk, "Hija ironika li wara l-waqa' tal-Unjoni Sovjetika, li ppruvat tiggverna miċ- ċentru u wara li tgħallimna kif is-suċċess jiġi billi nifirxu l-poter lil hinn miċ-ċentru, hawn min qiegħed jimxi fid- direzzjoni opposta. Ir-Renju Unit ma neħħiex il-fruntieri tiegħu biex dawn jerġgħu jkunu mposti fuq livell Ewropew minn 'super state' li jeżerċita dominanza minn Brussell." Wara dak li baqa' magħruf bħala l-Erbgħa l-iswed u sussegwentement l-irtirar tar-Renju Unit mill- Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju fl-1992, il-Prim Ministru Konservattiv John Major iffirma t-Trattat ta' Maastricht għar-rabja u saħansitra sens ta' ribelljoni minn bosta fil-partit tiegħu stess. L-affarijiet ikkalmaw xi ftit malli rebaħ l-elezzjoni l-Partit Laburista mmexxi minn Tony Blair għalkemm is- sentiment anti-Ewropew baqa' wieħed qawwi, l-aktar fost il-Konservattivi. Ir- Renju Unit baqa' jirrifjuta li jkun parti miż-żona ewro u fl-aħħar sena, il-Prim Ministru David Cameron kellu, hekk kif wiegħed qabel l-aħħar elezzjoni, jinnegozja kundizzjonijiet aħjar għar- Renju Unit qabel ħabbar ir- referendum li se jsir nhar il-Ħamis li ġej. Ir-Renju Unit ma neħħiex il-fruntieri tiegħu biex dawn jerġgħu jkunu imposti fuq livell Ewropew Immigrazzjoni: Cameron ried li l-immigranti jaċċessaw benefiċċji wara li jkunu ilhom ir-Renju Unit erba' snin. Fil-qbil finali, Cameron kellu jaċċetta benefiċċji li jkunu introdotti bil-mod il-mod matul l-ewwel erba' snin ta' residenza. Benefiċċji għat-tfal ta' immigranti: Cameron ma riedx jibqa' jagħti befiċċji lil tfal li jgħixu barra l-pajjiż imma li wieħed mill-ġenituri jgħix u jaħdem fir-Renju Unit. L-UE ma laqgħetx din it-talba. Minflok, mill-2020 il-pagamenti f 'benefiċċji għal dawn it-tfal se jkunu jirriflettu l-għoli tal-ħajja fil-pajjiż fejn jgħixu t-tfal. Sovranità: Cameron ried li r-Renju Unit ikun eżenti minn kull forma ta' qbil li jiċċentralizza aktar il-poter. Hawnhekk kiseb assigurazzjoni bil-miktub fit-trattat u mekkaniżmu ġdid li jista' jwaqqaf lill-Kummissjoni Ewropea milli tieħu ċerti deċiżjonijiet. L-Ewro u l-bailouts: Hawn Cameron kiseb ukoll. Kiseb assigurazzjoni li pajjiżu ma jkollux għalfejn jitfa' flus f 'fond tal-'bailout' u li jingħata fondi lura li jkunu marru f 'għajnuna għall-Ewro. Cameron kiseb rikonoxximent li l-ewro mhix l-unika munita fl-UE. L-immigrazzjoni kienet l-aktar għadma iebsa għal Cameron biex jinnegozja Xejriet fl-opinjoni pubblika Sa ġimgħa qabel il-poplu tar-Renju Unit ikun mitlub jitfa' l-vot tiegħu, l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika kollha bdew juru distakk qawwi ta' bejn 7% u 10% favur dawk li jixtiequ li l-pajjiż jitlaq mill-UE. Minkejja li dan ir-riżultat jista' jinbidel, skont il-medja tal-aktar stħarriġ importanti li saru madwar il-pajjiż miġbura u aġġornata kull ġimgħa minn The Economist juri qasma ċara fl-intenzjonijiet tal-votanti. L-aktar kontra l-Brexit u għalhekk li r-Renju Unit jibqa' membru tal-UE huma l-votanti żgħażagħ. Skont dan il-poll tracker, 59% tal-votanti bejn 18 u 24 sena huma kontra l-Brexit, filwaqt li 26% biss huma favuru. Fil-każ ta' dawk ta' 60 sena 'l fuq, 51% huma favur il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u 34% kontra. Id-differenzi ppersistew ukoll f 'dak li jirrigwarda ż-żewġ partiti l-kbar, bil-maġġoranza tal- Konservattivi, jew 51% jridu l-Brexit u 59% tal-Laburisti jridu jibqgħu fil- blokk Ewropew. Anke fejn tidħol klassi soċjali, dawk li jew m'għandhomx impjieg jew inkella qegħdin f 'impjieg fejn il-ħlas huwa baxx huma fil-maġġoranza favur il-Brexit. Fil-fatt, 54% ta' dawn iridu li r-Renju Unit jitlaq mill-UE. Min-naħa l-oħra, l-istess poll tracker tal-Economist juri kif 50% ta' dawk li huma professjonisti u f 'xogħol b'paga għolja jixtiequ li pajjiżhom jibqa' fl- UE. L-Iskoċċiżi jibqgħu fil-maġġoranza tagħhom, jew 47% favur li jibqgħu membri tar-Renju Unit.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2016