Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218
ILBIERAĦ ġie inawgurat it- tisbiħ tal-Belvedere fil-Qala, Għawdex, li seħħ permezz ta' investiment ta' €75,000. F'din l-inawgurazzjoni, is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg qal li l-Kunsill Lokali tal-Qala kien ilu jħoss il- bżonn li jagħti dehra isbaħ billi jirrestawra l-Belvedere fi Triq iż-Żewwieqa. Il- Kunsill Lokali tal-Qala għal darb'oħra bbenefika minn Fondi Ewropej, din id-darba permezz tal-Fondi Agrikoli Ewropej għall- iżvilupp rurali, taħt Miżura 410 – 'Quality of Life, 413.4 – Landscaping'. Borg spjega li dan kien proġett li kkwalifika wara sejħa li saret mill-Fondazzjoni Grupp Azzjoni Lokali t'Għawdex. Borg qal li proġett tal- Belvedere li ġie pjanat b'disinn kontemporanju ġie jiswa b'kollox madwar €75,000 u li €40,000 minnhom ġejjin minn fondi Ewropej. Fost il-ħafna xogħlijiet li saru taħt Miżura 413.4 - li tiffoka fuq il-landscaping u tisbieħ tal-ambjent pubbliku, inbiet ġiebja taħt l-art għall-ħażna tal-ilma, l-art u l-iskema tal-landscaping saru mill- ġdid kif ukoll ġiet installata sistema ġdida ta' irrigazzjoni għall-pjanti u s-siġar li ġew imħawla. Permezz ta' dawn il- fondi, ġew impoġġija numru ta' bankijiet ġodda, tagħmir ta' logħob għat-tfal u tal- eżerċizzju kif ukoll funtana bl-ilma tajjeb għax-xorb. Is-Segretarju Parlamentari Borg temm jgħid li l-Kunsill Lokali tal-Qala huwa wieħed mis-sitt benefatturi fuq żewg sejħiet li wrew l-interess biex jidħlu għal dan il-proġett taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. L-għan ta' din il-Miżura 413.4 hija li tgħin għat-tkabbir tat-turiżmu fl-inħawi Għawdxin. Dan jgħin l-ekonomija tal-irħula, u jerġa' jqajjem l-interess għax-xogħol tradizzjonali biex ninkoraġġixxu u nkattru aktar turiżmu fl-inħawi rurali kemm għat-turisti li ta' kuljum jieqfu f 'dan il-post sabiex jammiraw is-sbuħija tal-fliegu tal-gżejjer tagħna kif ukoll għan-nies tal-Qala, l-Għawdxin u l-Maltin kollha li jżuruh. Il-Kunsill Lokali tal-Qala sejjaħ dan il-lok Belvedere Anton Camilleri, għall-ekskunsillier tal-Qala li ħadem ħafna għal dan il-lokal u li tilef ħajtu waqt li kien għadu iservi f 'dan il-Kunsill. illum | Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 Aħbarijiet 8 NOTICE by the Electoral Commission REQUIRED: LEASING OF OFFICE SPACE The Electoral Commission notifies the issue of an Expression of Interest (EOI) to lease Office space of between 800 and 1,200 square metres for itself and the Electoral Office for a minimum span of 10 years. The full EOI may be downloaded from the Publications section in the Electoral Commission's website (www.electoral.gov.mt). Requests for clarifications on the subject may be submitted in writing to the Chief Electoral Commissioner at joseph.church@gov.mt. The information and material requested in the EOI must reach the Chief Electoral Commissioner by hand in a sealed envelope at the Office of the Electoral Commission, Evans Building, Merchants Street, Valletta, by not later than noon of Friday, 8th July, 2016. www.electoral.gov.mt Sentenza sospiża għal Russu li attakka żewġ uffiċjali tal-pulizija ŻAGĦŻUGĦ Russu ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li kien attakka żewġ uffiċjali tal-pulizija, waqt li kien fis-sakra ġewwa Paceville, fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu. Igor Nakvasin, ta' 28 sena, kien twaqqaf mill-pulizija għall-ħabta tat-3:15am nhar is-16 ta' Ġunju, waqt li kien miexi fl-akwati ta' Paceville b'tazza tal-ħġieġ f 'idejh. Huwa pprojbit mil-liġi li jinġarru tazzi f 'dik iż-żona għal raġunijiet ta' sigurtà. L-ispettur Elton Taliana spjega lill-maġistrat Doreen Clarke kif l-imputat, li skontu dak il-ħin kien f 'sakra ma jarax art, ġie mwaqqaf mill- pulizija u għamel għalihom. Nakvasin ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, fosthom li ħebb għall-pulizija, li kien fis-sakra f 'post pubbliku, li kiser il-paċi pubblika u li kien qiegħed iġorr kontenitur tal-ħġieġ f 'żona ristretta. Minħabba l-ammissjoni bikrija tiegħu, il-Qorti tat sentenza ta' 4 xhur sospiżi għal sentejn, flimkien ma' multa ta' €800. Ġlieda bejn ħaddiema ta' Polidano Group tispiċċa quddiem il-Qorti IMPJEGAT tal-Polidano Group ingħata sentenza sospiża talli weġġa' gravi lill-kollega tiegħu wara argument fuq il-post tax- xogħol. L-inċident seħħ fil-fabbrika tal-kumpanija, ġewwa Ħal Farrruġ f 'Lulju tal-2013 Leonardo Balzan, ta' 58 sena kien ta daqqa ta' ħarta lil Vincenzo Micallef, daqqa li lil Micallef tilfitlu l-bilanċ. Dan tal-aħħar waqa' u ħabat rasu ma' tarġa u sofra ġrieħi gravi, tant li spiċċa għamel żmien fit-taqsima tal-kura intensiva tal-isptar Mater Dei. Diversi xhieda rrakontaw lill-Qorti kif, ftit qabel l-inċident, l-imputat kellu argument jaħraq mal- imgħallem tiegħu. Micallef kien intervjena f 'dan l-argument u kien għajjar lill- imputat "egoist." Wara li qallu biex ma jindaħalx, Micallef kien irrepeta l-insult u Balzan fajjarlu daqqa ta' ħarta bis- saħħa. Bid-daqqa, Micallef spiċċa waqa' mal-art u ħabat rasu ma' tarġa. Iżda l-avukat tal-vittma saħaq li ma setax ikun li forsi Balzan kien qiegħed jiddefendi ruħu, jew li kien ġie pprovokat, minħabba li l-vittma ma kienx insulentah jew tah x'jifhem li kien qiegħed f 'xi perikolu. Il-qorti qablet ma' din il-linja t' argumentazzjoni u ma skużatx lil Balzan. Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li l-intenzjoni ġenerali li jweġġa' lil Micallef kienet ċara, iżda ma kienx hemm intenzjoni speċifika minħabba li l-konsegwenzi ma kinux previsti mill- imputat. Għaldaqstant Balzan instab ħati li kkawża ġrieħi gravi lil Micallef, u ngħata sentenza ta' 8 xhur priġunerija, sospiżi għal 15-il xahar. Ġie kkundannat iħallas €1,080 fi spejjeż relatati mal-każ. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Yanika Vidal dehru għal Balzan. L-ispettur Kylie Borg mexxiet il-prosekuzzjoni ta' dan il-każ. Belvedere ġdid fil-Qala b'investiment ta' €75,000