Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/694218
illum Il-Ħadd 19 ta' Ġunju 2016 Sports 32 L-Istadia li qed jospitaw il-logħob minn minn Cristian Antony Muscat Stade de France (Pariġi) Bħalma fit-12 ta' Ġunju, 1998, ospita l-finali tat- Tazza tad-Dinja bejn Franza u l-Brażil (3-0), li Stade de France li huwa wkoll l-istadium nazzjonali ta' Franza, se jilqa' fih il-finali tal-Euro 2016. Dan l-istadium, li fih intlagħbu bosta finali oħra, jinsab f 'St Denis, f 'Pariġi u jesa' 81,338 spettatur u huwa l-ħames l-akbar stadium fl- Ewropa. Huwa beda jinbena fit- 2 ta' Mejju, 1995, biex ġie inawgurat fit-28 ta' Jannar, 1998, fil-partita ta' ħbiberija bejn Franza u Spanja. L-ispiża tal-bini ta' dan l-istadium majestuż laħħqet is-somma ta' €290 miljun. Stade Velodrome Dan l-istadium huwa l-home ground ta' Olympique Marseille. Ġie ingawurat fl-1937 u ospita kemm it-Tazza tad- Dinja tal-1938 u tal-1998 kif ukoll it-Tazza tad-Dinja tar-Rugby fl-2007. Sa minn meta dan l-istadium tkabbar biex seta' jesa' 67,300 spettatur, l-ikbar attendenza li ġiet reġistrata fih kienet dik fil-logħba ta' bejn Olympique Marseille u r-rivali ta' PSG f 'logħba valida mill-Kampjonat Franċiż, Ligue 1, nhar il-5 t'April tal-2015. L-ewwel logħba li qatt intlagħbet fih kienet dik bejn Olympique Marseille u Torino, lura fl-1937. Parc Olympique Lyonnais Dan l-istadium imlaqqam ukoll bħala l-Grand Stade kif ukoll Stade des Lumieres, jesa' 59,186 spetattur u huwa l-home ground tat-team Franċiż ta' Olympique Lyon. Huwa ħa post l-istadium preċedenti li kien jismu Stade de Gerland f 'Jannar li għadda u nbena apposta biex jospita logħbiet validi minn Euro 2016 kif ukoll mit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-2019. Hu stmat li biex inbena, ġie jiswa' s-somma ta' €415 miljun. Bi dritt, kienu Olympique Lyon stess li lagħbu l-ewwel logħba f 'dan il-ground nhar id-9 ta' Jannar li għadda meta ospitaw lil Troyes u għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-1. Pierre-Mauroy Stadium Dan huwa stadium li jinsab viċin il-belt ta' Lille u fetaħ fis-17 t'Awwisuu tal-2012. Huwa l-home ground tat- team ta' Lille li jimmilitaw fil-Ligue 1 u inizjalment kien jismu Grand Stade Lille Metropole, iżda mbagħad fil- 21 ta' Ġunju tal-2013 ingħata l-isem ta' Stade Pierre Mauroy. Dan wara l-mewt tal-eks- sindku ta' Lille, li kien iġib ismu stess u li okkupa wkoll il-kariga ta' Prim Ministru ta' Franza għal tliet snin bejn l-1981 u l-1984. Dan l-istadium jesa' 50,186 spettatur u biex inbena sewa' s-somma ta' €282 miljun. Nouveau Stade de Bordeaux Dan l-istadium beda jinbena fl-2013 u x-xogħlijiet fuqu ntemmew fl-2015 biex infetaħ fit-18 ta' Mejju dik is-sena stess. L-ewwel logħba li ntlagħbet fih kienet dik bejn Bordeaux li dan huwa l-home ground tagħhom u Montpellier fil- ġurnata ta' qabel tal-aħħar tal-Kampjonat Franċiż, Ligue 1, tal-istaġun li għadda. Dan l-istadium li ġieli jissejjaħ ukoll Matmut Atlantique għal skopijiet ta' sponsorship, jesa' 43,000 spettetaur. Biex inbena, sewa s-somma ta' €168 miljun u se jkun qed jospita ħames logħbiet minn Euro 2016, fosthom kwarti tal-finali. Stade Bollaert-Delelis Pierre-Mauroy Stadium Stade Municipal, Toulouse Parc Olympique Lyonnais Nouveau Stade de Bordeaux Stade Velodrome 'Min jikkritkani, jagħmel dan għax jgħir għalija' IL-FENOMENU Portugiż ta' Real Madrid, Cristiano Ronaldo, insista li huwa għadu jinsab fil-quċċata tal-karriera tiegħu u tal-abbiltajiet indiskussi tiegħu fil-futbol. Dan biex ixejjen lil bosta kritiċi li saħqu li fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Atletico Madrid, huwa kien ineżistenti u naqas ferm milli jimpressjona. Biex jirribatti għal dan, huwa wieġeb li min iffoka fuq dan iktar milli fuq ir-rebħ tal-11-il UEFA Champions League minn Real Madrid, li kienet ukoll it-tielet waħda mirbuħa minnu, jagħmel dan biss għal raġuni waħda, dik għax jgħir bis- sħiħ għalih. Huwa kompla jsostni dan il-fatt billi qal li l-bosta kritika li kienet indirizzata lejh f 'dawn l-aħħar sigħat fuq kull tip ta' media waslet min-nies li huma ferm għajjurin għalih u għal dak li rnexxielu jikseb fl-isfera tal-football mondjali. Huwa iżda qal li dawn l-affarijiet ma tantx jinfluwenzawh, anzi jinstigawh bis- sħiħ biex ikompli jagħti l-massimu tiegħu kemm għal Real Madrid kif ukoll għat-team nazzjonali li jirrapreżenta lil pajjiżu, il- Portugall. Madankollu, kollox ma' kollox il-kritika indirizzata lejn Cristiano Ronaldo għandha titqies bħala waħda ġustifikata. Dan hekk kif, kuntrarju għas- soltu, it-tliet darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb xejn ma bbrilla tul il-120 minuta, iżda mbagħad ta' mexxej naturali li hu, ħa l-inkarigu li jiskorja l-penalty tant importanti li ta t-trijonf lil Real Madrid. Cristiano Ronaldo jidher li għandu stima kbira tiegħu nnifsu u dan bir- raġun, hekk kif permezz tal-kummenti tiegħu, kompla jsostni l-argument li tabilħaqq huwa għadu n-numru 1 fid-dinja. Dan hekk kif huwa saħaq li għalkemm illum jgħodd il- 31 sena, huwa spiċċa bħala l-aqwa skorer ta' din l-iktar kompetizzjoni prestiġjuża fil-football Ewropew b'16- il gowl, fosthom b'gowls ferm importanti kontra Roma u Wolfsburg fit-triq għall-finali. Huwa afferma li l-fatt li plejer jirbaħ din il-kompetizzjoni għal tliet darbiet mhix xi ħaġa daqshekk komuni u li tiġri kuljum lil kwalunkwe plejer. Cristiano Ronaldo li mistenni jkun protagonista mat-tim nazzjonali Portugiż waqt Euro 2016, afferma li jista' jkun li huwa minnu li fil-finali tal- UEFA Champions League, ma kellux prestazzjoni mill-aqwa bħalma jkollu s-soltu, iżda l-captain tat-