Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 506 • 26 ta' Ġunju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' esklussiva ma' John Zammit Ara paġni 34 u 35 Staġun Inawgurali Ġunju - Settembru 2016 www.visitgozo.com MINISTRY FOR GOZO Għal aktar informazzjoni żur il-paġna ta' Facebook Cittadellagozo Il-kirjiet privati quddiem il-Kabinett minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tista' tiżvela kif fil-ġimgħat li ġejjin, il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia se jkun qed iressaq numru ta' proposti quddiem il-Kabinett bil-għan li tibda tkun indirizzata r-realtà fis-suq tal-kiri. Il-proposta ta' Farrugia se tiffoka fuq is-sussidju ta' €83 fix-xahar li jagħti l-Gvern lil min qed jikri mill-privat u li għandu dħul baxx, kif ukoll għall-ewwel darba, se tkun qed tinċentiva lis-sidien biex jidħlu f 'arranġament mal-Awtorità tad-Djar dwar il-prezz tal-kirja meta jaċċettaw li jikru lil individwi u familji bi dħul baxx. Ma' din il-gazzetta iżda, l-Ministru Farrugia reġa' tenna li l-politika tal-Gvern hija kompletament kontra l-indħil fis-suq tal-kirjiet u impożizzjoni ta' kontrolli fuq kemm kera tista' tiżdied, kif fil-fatt qed tipproponi bint l-eks-Prim Ministru Laburista Dom Mintoff. XOKKANTI Tkompli f 'paġna 8 Michael Farrugia Akkużat li sawwat lill-ibnu ta' 7 snin b'wire tad-dawl, ġiegħlu jmur mal-prostituti, għajru p**ta u nfetta lin-nies b'mard sesswali minn Albert Gauci Cunningham KIEN jinfexx isawtu b'wire tad-dawl u jgħajru p**ta hekk kif ibnu ta' seba' snin ma' kienx ikollu aptit jagħmel is-sess ma' prostituta li kien iġiblu d-dar. Dan apparti li kien iġiegħlu jara l-films pornografiċi, jieħu d-drogi quddiemu u jheddu li jekk jikxfu kien se jitfgħu f 'istitut. Dawn huma wħud mill-akkużi li missier ta' 60 sena lbieraħ beda jaffaċċja quddiem awla fil-Qorti lbieraħ. Il-missier, li huwa riċediv u li diġà kellu każi li fihom instab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati, qed jiġi akkużat ukoll li konxjament għadda marda trażmessa mis-sess li kien qed ibati minnha hu lil persuna oħra. Kienet prostituta li ddeċidiet li wara żmien tara l-abbuż quddiem għajnejha tmur għand il-Pulizija u tirraporta dak kollu li kienet qed tara u tesperjenza. Ir-raġel qed ikun akkużat li kellu kollezzjoni ta' films pornografiċi li kienu jġibu diversi nisa f 'atti sesswali u li kien iġiegħel lill-ibnu jarahom. Il-Qorti semgħet kif meta t-tifel ta' seba' snin ma kienx ikollu erezzjoni waqt li kien imġiegħel ikollu x'jaqsam ma' prostituta jew jara l-pornografija, missieru kien, allegatament, jinfexx isawtu b'wire tal-elettriku u jgħajjru p**ta. F'awla numru 14, ilbieraħ l-Ispettur Joseph Busuttil spjega kif "ir-raġunament tal-missier kien li ma riedx lill-ibnu jkun gay għax kien diġà kellu żewġ membri fil-familja li kienu omosesswali," għalhekk kien jemmen li billi jisfurzah f 'att sesswali ma' prostituti kien se jżommu 'l bogħod mill-possibbiltà li jkun omosesswali. Tkompli f 'paġna 4 'Jien salib nilbes m'għonqi, mhux arma tal-PN' minn Ruben Anthony Xuereb "BĦALA Arċisqof la jiena partiġġjan u lanqas kif ried iġibni Bedingfield; sudditu tal-mexxej tal-Oppożizzjoni li minflok salib jilbes plakka tal-PN." L-Arċisqof Charles J. Scicluna sostna dan, waqt li żied jgħid li hu żgur mhux partiġġjan, għax ikun min ikun hemm fil-gvern, l-istess se jagħmel. Mistoqsi waqt il-programm tar-radju 'Għandi xi ngħid', ta' Andrew Azzopardi fuq Radju Malta, l-Arċisqof spjega li kellu kull dritt jagħmel kritika fuq id-dawl ta' Kastilja u l-famuż riklam tal- Prim Ministru fil-kċina, "għax fl-aħħar mill-aħħar dawk flus il-poplu kienu." Tkompli f 'paġna 6

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016