Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum Dalli: L-UE qed tfalli għax ossessjonata bil-burokrazija Frank Psaila jwaħħal fl-'opportuniżmu' ta' Cameron għall-Brexit minn Albert Gauci Cunningham FTIT jiem wara li sar magħruf ir-riżultat tar- referendum fir-Renju Unit bdew deħlin diversi reazzjonijiet, il-maġġoranza tagħhom jesprimu sens ta' xokk għall-għażla mhux daqstant mistennija tal- poplu tar-Renju Unit. L-ILLUM tkellmet mal- Membru Parlamentari Ewropew Laburista Miriam Dalli u l-opinjonista Frank Psaila dwar diversi temi, l-aktar t-triq il-quddiem u dwar il-kritika li setgħu għamlu fil-konfront tal-UE. Dalli ma tantx tomgħodha u tgħid ċar illi l-UE jeħtieġ li tidħol f 'qoxritha u tara x'għandhom bżonn u x'qed iweġġa lin-nies. "Din hija sfida li tista' toffrilna opportunitajiet ġodda jekk verament kapaċi nieħdu deċiżjonijiet fil-kalma u jekk l-Unjoni Ewropea tpoġġi l-ġid taċ- ċittadini tagħha qabel kull interess ieħor," tgħid Dalli li tkompli tispjega kif, "ossessjonata bil-burokrazija u b'ħafna regolamenti li aktarx jaljenaw, l-UE qed tfalli milli tilħaq l-aspettattivi tal-individwi, inkluż il-ħolqien tal-ġid u l-ħolqien tal-impjiegi." Anke l-opinjonjista u preżentatur jaqbel mal- opinjoni ta' Dalli li wasal iż-żmien li l-UE "tħares l-ewwel u qabel kollox il-ġid tal-familji, in-negozji, l-aktar dawk żgħar, is-self-employed u dawk l-aktar vulnerabbli." Mal- ILLUM, Psaila għamel kritika qawwija ħafna lejn l-UE u lejn min imexxiha u pponta subgħajh lejn l-istess UE għar-riżultat fir-Renju Unit. "Meta l-poplu jisma' politiċi jitkellmu li se jeqirdu l-faqar, u huma jibqgħu jgħixu f 'diffikultajiet ekonomiċi kbar...meta l-uffiċjali mhux eletti ta' Brussell, u magħhom politiċi eletti, iparlaw biss fuq l-immigrazzjoni u n-nies imutu kienu u jmutu baqgħu u meta l-UE tagħżel li aktar tiffoka fuq regolamenti u burokrazija li joħonqu kull inizjattiva u ġġiegħel liċ- ċittadini tagħha jħossuhom maqbudin fil-morsa ta' Brussell. Meta jigri hekk, il- votant għandu ħabta jagħmel għażliet li fit-tul jaħdmu kontrieh stess - imma jkun għamilhom." Intant il-MPE Miriam Dalli sostniet qalet li minkejja li l-proċess tal-Brexit mhux se jiġri mil-lum għall-għada "nemmen li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu malajr, biex ma tkomplix tinxtered l-inċertezza u biex l-Istati Membri l-oħra jibdew it-triq ħalli jirriformaw l-Unjoni Ewropeja biex din tkun verament Unjoni li tagħmel differenza għall-aħjar fil-ħajja tan-nies." Psaila jgħid li l-għan ewlieni li għalih ingħaqdet l-Ewropa qed jinħatt "minn interessi ekonomiċi fejn igawdu biss il-ftit, allura bilfors li jinħoloq sens qawwi ta' skuntentizza fost iċ-ċittadini tagħha." Minkejja dan, Dalli temmen li "dan mhux il-bidu tat-tmiem tal-UE kif hawn min qed jgħid. Għalija dan huwa t-tmiem tal-UE kif nafuha bħalissa u l-bidu ta' UE ġdida." Illum iżjed minn qatt qabel jeħtieġ dibattitu razzjonali li jittratta l-interess tal- Unjoni Ewropea u l-interess ukoll ta' pajjiżna u ċ-ċittadini tagħna. Għandna nadattaw relazzjoni ta' ħbiberija li twassal għal soluzzjonijiet komuni. Dan mhux faċli li jsir fi sfond ta' ewforija inkontrollabbli fuq naħa jew oħra u minn min mhux kapaci jaħseb l-affarijiet fit-tul. Dalli tgħid li d-diffikultajiet tal-UE għandhom jiġu affrontati, fosthom il- kwistjoni tal-immigrazzjoni, għax jekk dan ma jsirx ma jkunux indirizzati l-biżgħat li l-lemin estrem qed jirkeb fuqhom. Dwar il-lemin estrem l-ILLUM tkellmet ukoll ma' Psaila li f 'artiklu l-ġimgħa l-oħra fil-gazzetta MaltaToday iddeskriva lil David Cameron bħala 'populist'. L-ILLUM staqsiet lil Psaila għalfejn qed jakkuża lil Cameron bil-populiżmu meta huwa l-lemin li fil- fatt rikeb fuq il-pouliżmu u rebaħ ir-referendum fir-Renju Unit. Psaila sostna li Cameron għamel karriera jwaħħal, ħafna drabi għall-inkompetenza tal-Gvern tiegħu, fl-UE. Imbagħad webbel lill-poplu b'referendum. Rebaħ kif xtaq, u issa se jitlaq, iħalli lil pajjiżu f 'inċertezza kbira. Li kieku kien ta' fibra, kien jagħmel l-argumenti tiegħu fil-fora Ewropea u jinsisti għal Ewropa aktar soċjali u ġusta. Minflok għażel it-triq faċli - lagħab għall-gallarija. Definizzjoni perfetta ta' politiku populist." Miriam Dalli Frank Psaila