Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146
Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Żvizzera .......................... 4 Polonja ........................... 5 (wara l-għoti tal-penalties) ILPOLONJA rnexxielha tikseb post fil-kwarti tal-finali tal-Kampjonati Ewropej għall-ewwel darba fl-istorja wara li rnexxielha tikseb rebħa ta' 5-4 kontra l-Iżvizzera wara l-għoti tal- penalties, wara li l-iskor sa tmiem il-ħin barrani kien dak ta' 1-1. Tajjeb ngħidu li għall-Pollakki, reġa' ddefenda l-lasti l-goalkeeper Lukasz Fabianski minħabba li Wojciech Szczęsny għadu ma rkuprax minn injury fil-koxxa. Il-gowl tant importanti għalihom wasal fid-39 minuta meta minn kontrattakk veloċi, Grosicki ppożizzjonat f 'qagħda tajba fuq il-linja xellugija, wara li rċieva minn corner għadda tajjeb lejn Blaszczykowski, li żmarkat fil-kaxxa ma sabx diffikultà biex jitfa' l-ballun fix-xibka. Tajjeb ngħidu li permezz ta' dan il-goal, Blaszczykowski, sar l-ewwel plejer Pollakk li rnexxielu jsib ix-xibka waqt logħbiet konsekuttivi f 'tournament maġġuri sa mill- eksplejer leġġendarju Pollakk, li kien jilgħab ma' Juventus fl-Italja, Zibi Boniek, lura fl-1982. L-Iżvizzera wettqu reazzjoni tajba u fit-78 minuta kienu ferm sfortuanti li ma ġabux l-iskor indaqs meta Seferovic ra x-xutt b'saħħtu tiegħu minn ġol-kaxxa jistampa mal-mimduda. Iżda l-gowl għall-Iżvizzeri kellu jasal erba' minuti biss wara permezz ta' akrobazija spettakolari minn ġewwa l-kaxxa ta' Xherdan Shaqiri, fejn m'hemmx dubju li dan il-gowl se jkun kandidat ewlieni għall-isbaħ gowl ta' Euro 2016. L-iskor sa tmiem id-90 minuta baqa' dak ta' parità, u għalhekk il-logħba kellha tmur għall-ħin barrani, fejn ukoll l-iskor baqa' ma nbidilx, biex b'hekk il-logħba marret għal-lotterija tal-penaltis. Għall-Iżvizzera rnexxielhom isibu x-xibka mill-11-il metru Lichtsteiner, Shaqiri, Schar u Rodriguez iżda falla għalihom Xhaka li tefa' l-ballun inkredibbilment barra. Min- naħa l-oħra għall-Polonja, skorjaw minn penalti2016 Lewandowski, Milik, Glik, Blaszczykowski u Krychowiak. Żvizzera - Sommer, Lichtsteiner, Seferovic, Xhaka, Behrami (Fernandes 77'), Rodriguez, Dzemaili (Embolo 58'), Mehmedi (Derdiyok 70'), Djourou, Schar, Shaqiri Polonja - Fabianski, Pazdan, Jedrzejczyk, Maczynski (Jodlowiec 101'), Milik, Lewandowski, Krychowiak, Grosicki (Peszko 104'), Glik, Blaszczykowski, Piszczek Referi - Mark Clattenburg (ING) Il-Polonja l-kwarti tal- nali tal-Kampjonati Ewropej għall-ewwel darba 27 JAKUB BLASZCZYKOWSKI Twieled fl-14 ta' Diċembru tal- 1985 fil-Polonja u għandu 30 sena. Skorja l-gowl tant importanti għall-Polonja fid-39 minuta. Reġa' sab ix-xibka għall-Pollakki waqt l-għoti tal-penalties. Jilgħab bħala winger ma' Borussia Dortmund fil-Ġermanja. Jakub Blaszczykowski jsib ix-xibka għall-Polonja d-39 minuta William Chetcuti jirbaħ medalja tad-deheb fi t-Tazza tad-Dinja tal-Isparar ITTIRATUR ewlieni Malti William Chetcuti, rebaħ medalja tad-deheb fit-Tazza tad-Dinja tal-Isparar għat-tieni darba fil-karriera illustri tiegħu, f 'Baku ġewwa l-Azerbaijan. Huwa rebaħ il-kompetizzjoni tad- Double Trap, fejn temm qabel it-tiratur Taljan, Marco Innocenti. Huma kienu kisbu 29 minn 30 punt biex avvanzaw għal- logħba finali, li kellha tiddetermina min minnhom kellu jirbaħ il-medalja tad-deheb. M'hemmx dubju li dan is- suċċes li William Chetcuti kiseb f 'Baku se jkun qed jgħollilu ferm il-moral, qabel il-parteċipazzjoni tiegħu fl-Olimpjadi ta' Rio fil-Brażil f 'Awwissu li ġej. Magħruf bħala wieħed mill-aqwa sportivi Maltin tul il-medda tas-snin, Chetcuti, kien rebaħ ukoll il-kompetizzjoni tad-Double Trap fit- Tazza tad-Dinja tal-2011 f 'Beijing fiċ-Ċina, kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej tal-Juniors lura fl-2004 fejn kien waqqaf record li għadu ma nkisirx sal-ġurnata tal- lum. Huwa kien l-ewwel tiratur Malti, li rebaħ kompetizzjoni f 'Tazza tad-Dinja tal-Isparar. William Chetcuti kien rebaħ ukoll medalja tal-bronż fil-Logħob tal- Commonwealth tal-2002 u tal-2006. William Chetcuti bil-medalja tad-deheb f 'Baku, imkien mal-kowċ tiegħu Jimmy Bugeja