Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146
illum | Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Aħbarijiet Michelle tagħmilha: Minn Marsaskala sal-Port ...issib lil żewġha u uliedha jilqugħa wara tliet siegħat ta' għawm Kienet sfida mill-iktar kbira hekk kif Mi- chelle Muscat għamet minn Marsaskala sal-Port il-Kbir fi sfida b'risq il-Marigold Foundation li tmexxi hi. Għall-ħabta tat- tlieta u nofs ta' waranofsinhar, Muscat bdi- et l-għawma minn Marsacala, għawma li mmarkat it-tieni sfida wara li s-sena l-oħra bejn il-fliegu ta' Malta u Għawdex għall- istess għan karitattiv. Minkejja dan, dik tal-bieraħ kienet ħafna iktar diffiċli minħabba li d-distanza kienet ħafna ikbar. Hekk kif bdiet riesqa lejn it- tmiem tal-għawma tagħha nġabru numru ta' nies mal-kosta tal-Belt Valletta fejn jistennewha kien hemm żewġha l-Prim Ministru Joseph Muscat, fost l-oħrajn. Għaċ-ċapċip ta' dawk preżenti Muscat niżlet fuq l-art wara tliet siegħat t'għawm milqugħa minn Joseph u ż-żewġt itfal tagħha Etoile u Soleil. Fl-ewwel kum- menti tagħha qalet kif minkejja li kulħadd ra l-bnazzi, fil-fatt l-għawma ma kinitx daqshekk faċli hekk kif kien hemm ħafna kurrenti. "Meta toħroġ tgħum tinduna li fil- fatt mhux daqstant faċli," sostniet Muscat imdawra minn grupp ta'nies li nġabru fuq il-blat iċapċpu u jawgurawlha. Muscat tkellmet dwar il-ġid kbir li qed isir minn diversi għaqdiet mhux governattivi, fosthom ukoll il-Marigold Foundation "li anke jekk ma jagħmlux ħafna ħoss qed jagħmlu ħafna ġid u jagħtu vuċi lil dawk il- ħafna li m'għandhomx." Minn hemmhekk Muscat telqet biex tistrieħ għal ftit għaċ-ċapċip mill-ġdid ta' dawk kollha preżenti. Ritratti: Chris Mangion