Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

minn Albert Gauci Cunningham "JIEN u l-familja tiegħi għaddejna minn esperjenza li biex inkun onesta, ma rrid lil ħadd jgħaddi minnha." Hekk sostniet mal-ILLUM Johanna Axisa MacRae li spiċċat tiela u nieżla l-Qorti hekk kif sforz nuqqas ta' informazzjoni u liġijiet li jirregolaw is- suq tal-kera, ħallset €1,600 iktar milli tħallas residenza normali f 'temp ta' tliet snin, f 'kontijiet tad-dawl u l-ilma. Axisa MacRae, li tmexxi l-grupp fuq is-sit soċjali Facebook 'Malta Tenant Support' titkellem ma' din il- gazzetta dwar is-suq tal-kera lokali u filwaqt li tiddiskrivih bħala wieħed li qed "jiffunzjona ħażin," tilmenta kif f 'Malta l-kerrej hu bla vuċi u mingħajr id-drittijiet u dejjem jibqa' jiddependi mill- ħniena jew l-intenzjonijiet tas-sid. "Konna għadna kif wasalna Malta u kif jagħmel kull min jiġi hawn u m'għandux saqaf fuq rasu, bdejna nfittxu fejn ngħixu," tgħid MacRae li żżid tgħid ukoll li ħaditha bħala xi ħaġa awtomatika li l-kuntratt li kienet qed tiffirma kien wieħed li jħares l-interess kemm tas-sid kif ukoll tal- kerrej. "Fir-Renju Unit dawn l-affarijiet huma regolati, imma kif tgħallimna mill- esperjenza tagħna, f 'Malta mhumiex." Ma' din il-gazzetta hi tirrakonta kif kienet qed tagħti €100 kull xahar lil sid il-kera għad-dawl u l-ilma, lil hinn mill-kera nnifisha, "li deher bħala ammont aċċettabbli meta ffirmajna." "Li ma ndunajniex qabel ma fil-fatt bdejna naraw il-kontijiet, hija li konna qed inħallsu rati ħafna ogħla min- normal għal dan is-servizz minħabba li l-proprjetà baqgħet reġistrata taħt kont domestiku, jiġifieri kont ta' proprjetà sekondarja, bħal vileġġjatura." "Bdejna naraw kontijiet tad- dawl u l-ilma li jlaħħqu €150 u anke €200 kull xahar, li kienet redikola. Meta kkonfrontajna lis-sid dwar din is-sitwazzjoni u tlabnieh li nibdew inħallsu rati ta' residenza normali, hu m'aċċettax." Axisa MacRae spjegat kif dan wassal għal proċeduri twal il-Qorti li fl-aħħar qatgħet is-sentenza fis-sens li dak li tħallas żejjed, jinqasam bejn it-tnejn bir-raġuni tkun li "kemm aħna kif ukoll is-sid m'għamilniex ir-riċerki li kien hemm bżonn." Hi spjegat kif meta bdew ifittxu t-tieni proprjetà biex jikru, bdew jagħmluha premura li jagħmlu użu minn formola partikolari tal-ARMS biex iħallsu l-kont huma, minflok is-sid. U hemm, ħlief bibien magħluqin ma sabux. Johanna sostniet mal- ILLUM li minn hemmhekk, hi ħasset li kellha titkellem dwar din is-sitwazzjoni. "Kif qed jippretendu l-awtoritajiet Maltin li persuna barranija tkun taf, mingħajr ħadd ma jinfurmaha, li għandha tkun hi li tapplika biex tħallas kontijiet tad-dawl u l-ilma b'rati residenzjali? Kif se jkunu jafu li trid tmur l-ARMS u tapplika għal dik li tissejjaħ 'Formola H' jekk ħadd mhu obbligat jinfurmak dwar id- drittijiet tiegħek għax forsi hawn min ma jaqbillux?" Axisa MacRae qalet li kif inhi s-sitwazzjoni llum, is-suq mhux talli huwa magħmul biex jiżvantaġġja lill-kerrej fil-prezz, talli huwa magħmul biex jiżvantaġġja lill-kerrej f 'kull aspett. Min se jinforma lill-kerrej bid-drittijiet tiegħu? "Jekk sid ma jridx jiddikjara d-dħul tiegħu mill-kera, għandu kull interess li ma jinfurmakx li tista' titfa' l-kont fuq ismek, għax jekk tagħmel hekk, tkun qed tikxfu." Fil-fatt, MacRae tgħid li mill-esperjenza tagħha bil-grupp 'Malta Tenant Support' qed tiltaqa' ma' bosta persuni li jew mhux qed ikunu infurmati bid-drittijiet tagħhom, jew agħar minn hekk mhux qed ikunu jistgħu jaċċessawhom minħabba dik li sejħet "evażjoni tat-taxxa tal-biża' fis-settur tal-kiri." Tkompli tistaqsi, "għalfejn ħafna sidien jaċċettaw ħlas bi flus kontanti biss? Għax għandhom x'jaħbu? Hemm xi ħadd li qed jara li ħadd mhu qed jaħbi jdejh?" 'Il-maġġoranza jispiċċaw mingħajr id-depożitu' Johanna Axisa MacRae tgħid li lura fir-Renju Unit hemm drittijiet u doveri ċari li jaċċertaw id-dħul tas-sid, imma li jaċċertaw ukoll id-drittijiet tal-kerrej ukoll. "F'Malta m'hawn assolutament xejn. Lanqas idea ta' min qed jikri m'għandna. Allura dan sew?" tistaqsi Axisa MacRae. Hija tgħid li minkejja r-reazzjoni kważi isterika li jkun hemm kull meta titqajjem il- kwistjoni tas-sidien tal-proprjetà f 'Malta, f 'pajjiżi oħrajn demokratiċi b'ideoloġija ta' swieq ħielsa, jeżisti qafas li jirregola. "Se jkolli nerġa' nsemmi x'jiġri fir-Renju Unit biex nagħti eżempju. Għandek reġistru, allura taf min qed jikri u min huma s-sidien, għandek id-drittijiet u dmirjiet kollha, għandek kull tip ta' ċertifikazzjoni għal proprjetà li tkun se tikri u għandek ukoll garanziji fuq id-depożitu. Hawn Malta lanqas inventorju ġieli ma jtuk u meta tiġi biex titlaq mill-post, anke jekk tħallih kif sibtu, kważi kważi xorta lanqas għandek garanzija li tieħu d-depożitu lura. U jekk ma tiħdux u tħossok misruq, m'għandekx rimedju. Trid toqgħod. Hekk sew jiġifieri?" Intant Axisa MacRae qed tipproponi li tkun ikkreata entità indipendenti li żżomm id-depożitu tal-kerrej u li dan jingħata wara li jsiru spezzjonijiet u jkun assigurat li jekk saru ħsarat, id- depożitu jinżamm, imma jekk le, jingħata lura. Morna għall-estrem l-ieħor issa Johanna tgħid ma' din il- gazzetta li ma tistax tifhem għalfejn kull meta jitqajmu każi jew ilmenti jew xi ħadd jipproponi xi ħaġa li tipprova ddaħħal xi forma ta' ordni f 'dan is-suq, iqumu l-irwiefen. "Ħadd mhu qed jipproponi miżuri drastiċi u ħadd mhu qed jipproponi li sid il- proprjetà jingħata ċ-ċiċri għall-kirja. Imma lanqas huwa ġust li nħallu ġungla fejn is-sid jgħolli kif, meta u b'kemm irid." Mal-ILLUM hi sostniet li taqbel mal-proposta ta' Yana Mintoff Bland. "Wara kollox, dak li proponiet hi li jkun hemm qbil għal madwar tlieta jew erba' snin. Mhux qed ngħidu għal dejjem, mhux qed ngħidu li mmorru lura għar-riformi li saru fil-passat. Qed ngħidu li ndaħħlu d-diċenza, mhux jiġi xi ħadd u mil-lum għal għada jgħollilek il- kera b'50% jew 100%." Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum Bla drittijiet u bla vuċi f 'suq li qed 'jiffunzjona ħażin' Johanna Axisa MacRae titkellem dwar l-esperjenza kerha tagħha bħala kerrejja u tipproponi li s-suq ma jibqax 'ġungla' MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTA' NAZZJONALI 201, TRIQ ID-DEJQA, VALLETTA, MALTA Il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali qed jistieden applikazzjonijiet għall- kariga ta' Kap Eżekuttiv fil-Korp tal-Pulizija. Aktar dettalji dwar l-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mill-Gazzetta tal-Gvern ippubblikata nhar it-Tlieta 28 ta'Ġunju 2016, u mill-websajt tal-Ministeru www.homeaffairs.gov.mt . "Ħadd mhu qed jipproponi li sid il- proprjetà jingħata ċ-ċiċri għall-kirja. Imma lanqas huwa ġust li nħallu ġungla fejn is-sid jgħolli kif, meta u b'kemm irid" Johanna Axisa MacRae

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016