Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Wales ....................... 1 Irlanda ta' Fuq ........... 0 KELLU jkun awto-gowl klassiku tad-difensur tal- Irlanda ta' Fuq, McAuley, fil-75 minuta li kkastiga lill-Irlandiżi u tefa' lil Wales fil-kwarti tal-finali tal-Kampjonati Ewropej għall-ewwel darba fl- istorja tagħhom, biex b'hekk nhar il-Ġimgħa li ġej f 'Lille, huma se jkunu qed jaffrontaw jew lill-Belġju jew lill- Ungerija skont min jirbaħ il-konfront tal-lum bejn dawn iż-żewġ imsemmija timijiet. L-Irlanda ta' Fuq kienu l-aħjar tim fl-ewwel taqsima, fejn kellhom iktar ċansijiet ta' skor, iżda Wales wettqu reazzjoni tajba fit-tieni taqsima biex kisbu rebħa li wittitilhom it-triq għall-kwarti tal- finali. Rimarkabbli huwa l-fatt li kemm Wales kif ukoll l-Irlanda ta' Fuq huma żewġ timijiet debuttanti fil-Kampjonati Ewropej, u affrontaw lil xulxin f 'logħba li kienet waħda totalment Brittanika, hekk kif kienet irreffjata mir-referi Ingliż, Martin Atkinson, li żgur li kien familjari ma' ħafna mas-46 plejer fiż-żewġ skwadri, hekk kif kollha ħlief għal ħamsa biss jilagħbu l-futbol tagħhom fl-Ingilterra. Wieħed minn dawn il- ħamsa huwa ċertu Gareth Bale li jilgħab ma' Real Madrid fi Spanja, li sa issa qed jirriżulta bħala wieħed mill-aqwa plejers mhux biss ta' Wales, iżda wkoll tat-tournament kollu ta' Euro 2016. Wales - Hennessey, Gunter, N. Taylor, Davies, Chester, A. Williams, Allen, Ramsey, Bale, Ledley (J. Williams 63'), Vokes (Robson-Kanu 55') Irlanda ta' Fuq - McGovern, McAuley (Magennis 84'), J. Evans, S. Davis, K. Lafferty, C. Evans, Dallas, Norwood (McGinn 79'), Hughes, Ward (Washington 69'), Cathcart Referi - Martin Atkinson (ING) Awto-gowl ta' McAuley jitfa' lil Wales l-kwarti tal- nali GARETH BALE Huwa magħruf bħala 'Mr 100 Million' hekk kif it-trasferiment tiegħu minn ma' Tottenham Hotspur għal ma' Real Madrd sewa xejn inqas minn €100 miljun. Huwa l-aktar plejer ikkwotat u li huwa mistenni minnu waqt dawn il-Kampjonati Ewropej fit- tim nazzjonali ta' Wales immexxi mill-kowċ Chris Coleman. Qed jirriżulta bħala wieħed mill-aqwa plejers mhux biss ta' Wales, iżda wkoll tat- tournament kollu ta' Euro 2016. Taqtiegħa għall-ballun -arja bejn Gareth Bale u Jonny Evans

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016