Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146
Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum Għawdex 15 faċċata u x-Xewkija bl-itwal arblu ta' din ix-xorta. Il-faċċata hi magħmula minn faldrappa, żewġ bandalori fil-ġnub, żewġ bandalori fuq, l-istatwa tal-qalb ta' Ġesu fuq ġenb u 'ark' fil-ħnejja u arblu ta' 40 pied bil- bandiera. Ix-xogħol tal- ħjata sar kollu mir-rebbieħ innifsu, bil-pittura, sfumar u żebgħa magħmul minn Josef Camilleri, il-fibre tal-puttini (l-anġli) sar minn Manuel Grech u replika tal-istatwa hi xogħol Paul Aquilina, u indurata minn Reuben Camilleri Cauchi. Il-faċċata kienet wiesgħa 4.83m u għolja 8.96m. Din il- gazzetta, tkellmet ma' Simon u staqsietu kif ġietu din l-idea. "Inħobb ħafna l-armar u minn dejjem xtaqt inżejjen il-faċċata tad-dar. Bdejt għaxar snin ilu meta kont żejjint il- gallarija. Imbagħad żidt il-bandalori. L-ewwel tnejn, u wara tnejn oħra sa dak li hemm illum. U għas-sena d-dieħla, diġà għandi xi ħaġa ġdida f 'moħħi li se nżid." Mitlub jgħidilna kemm idum jarma l-faċċata tad- dar, Simon qalilna, "indum tliet ijiem narmaha, biex ingawdihom tliet ijiem, il- Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd." Allura għaliex jidħol għal daqshekk xogħol? "Is-sodisfazzjon li nħoss li noqgħod inħares lejn it-tiżjin u li bih insebbaħ it-triq, bin-nies tar-raħal jieħdu pjaċir bit-tiżjin, huwa kollox għalija." Simon qalilna li dan it- tiżjin jiswieh eluf ta' ewro u kollox joħroġ minn butu u, "l-uniku sponsor li nsib hu l-ħin li nagħti għax nagħmel ħafna mix-xogħol jien għax kieku ma nistax naffordja eżatt għal kemm jsiwa li kieku rrid kollox min-nies." L-arblu tax- Xewkija Din il-ġimgħa l-poplu tax-Xewkija qiegħed jiċċelebra il-festa ad unur il-patrun San Ġwann Battista. Min jitla' Għawdex, malli jitla' Triq l-Imġarr u jħares lejn in-naħa tal- lemin lejn in-Nadur, jilmaħ bandiera kbira tperper fuq għolja bil-kuluri ħomor u sofor li huma l-kuluri tan-Nadur. Dan sa nhar il-Ħamis li għadda kien l-itwal u l-akbar arblu f 'Għawdex. Iżda dan ir-rekord ġie miksur mix- Xewkin meta żanżnu l-akbar arblu f 'Għawdex. Dan fih 80 pied u hu bla ventijiet. Dan l-arblu tbierek mill-arċipriet fost briju kbir waqt il-marċ magħruf bħala tal-Ħniena. Fattur interessanti hu li għalkemm ix-Xewkin kisru r-rekord tan-Nadurin li ċċelebraw il-festa tlett ijiem wara, jiġifieri fid-29 ta' Ġunju, il-kuluri tal-bandiera baqgħu l-istess, ħomor u sofor li huma l-kuluri tax- Xewkija. Fost il-kumitati ħabrieka li hemm f 'dan ir-raħal ta' madwar 3,500 ruħ, hemm il-Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin. Din is-sena hi waħda speċjali għal dan il-kumitat, li qed jiċċelebra l-20 sena mit-twaqqif tiegħu. Sabiex ifakkru dan l-avveniment tant importanti matul din il- ġimgħa, qed tittella' wirja bl-isem 'Ħidmietna' fejn qed jintwerew bosta xogħlijiet li twettqu volontarjament matul is-snin mill-membri fi ħdan il-kumitat kif ukoll minn żgħażagħ oħra li jmorru jagħtu daqqa t'id sabiex il-proġetti jitlestew fil-ħin. Din tinsab miftuħa għall- pubbliku illum il-Ħadd tal-festa. L-għan ta' din il-wirja qed isir biex apparti li jintwerew xogħlijiet li saru minn dawn iż-żgħażagħ Xewkin, ikunu wkoll qed jistimulaw aktar żgħażagħ biex jagħtu s-sehem tagħhom fil-volontarjat billi jagħmlu użu mill- ħiliet tagħhom kif ukoll jitgħallmu jagħmlu xogħol ieħor. Din il-ġimgħa, barra li nawguraw l-arblu, ġiet ukoll inawgurata l-gallarija tal-każin imżejna bid-drapp maħdum minn dawn iż- żgħażagħ Xewkin. L-itwal arblu f 'Għawdex Simon Micallef sodisfatt biċ-ċertifikat tal-akbar faċċata mżejna f 'Malta għall-Olanda jiżviluppaw attitudni professjonali u jifhmu kif trid tgħolli l-livell tiegħek li tilgħab fuq livell tal-kbar." Joseph Scicluna fil-fatt se jkun wieħed mill-coaching staff li flimkien ma' żewġ Olandiżi, Sandra Gouverneur, u l-pitching coach Annette Van Opzeelandand se jmexxu dan il-kamp. Din l-opportunità ġiet meta l-kowċ nazzjonali Taljan tas- Softball, Kate Gentile żaret Għawdex f 'Marzu li għadda biex tmexxi kamp ta' taħriġ ta' tlett ijiem li sar f 'Għawdex u għenet biex jsiru l-kuntatti mal-club Olandiż. Waqt dan il-kamp se ssir partita ta' ħbiberija bejn il-Herons u Għajnsielem u anke partita ta' esibizzjoni fejn il-plejers jitħalltu ma' xulxin u joħorġu żewġ teams imħalltin bejn iż- żewġ klabbs. Biex dan il-klabb ta' suċċess minn Għajnsielem irnexxielu jiġbor il-finanzi għal dan il- kamp kellu bżonn għajnuna finanzjarja biex il-prezz jitnaqqas għall-minimu biex dawn iż-żgħażagħ imorru għal din l-esperjenza kbira. Barra li ġew organizzati attivitajiet li minnhom inġabru xi fondi, kien hemm benefatturi u sponsors li għenu lil dan il-klabb bħal, Jesmond Mizzi Financial Advisors, Eurochange Financial Services Limited, Ta' Dirjanu Supermarkets, The ClubHouse - Burger 804, The Grand Hotel, Left Field University, u anke l-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem. Il-coach Joseph Scicluna iħarreġ liż-żgħażagħ Għawdxin Wieħed miż-żgħażagħ li qed jara futur fis-softball