Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146
Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu Sports 35 magħha, però meta ssir nistgħu ngħidu li tkun dejjem ta' suċċess u anke ta' ħaġa differenti għaċ-ċiklisti barranin, li jiġu Malta għat-Tour u fl-istess ħin jaqsmu għall-gżira oħra. Taħseb li l-media f 'pajjiżna qiegħda tagħti importanza liċ-ċikliżmu? Mentri l-futbol u sports oħra jibqgħu jiddominaw ix-xena, naħseb li iva, il-media lokali qiegħda tersaq lejna bil-mod, speċjalment meta jkollna avvenimenti importanti. L-injuries fiċ-ċikliżmu huma limitati jew huma frekwenti? Skont. Huma limitati sa ċertu punt. Eżempju, meta nibdew fin- niexef u tibda x-xita, inħallu t-tiġrija għaddejja jekk tkun ftit u nwaqqfuha jekk jinżel dulluvju. F'dak il-każ, ġieli jkollna dawk il-waqgħat żgħar li joħolqu qatgħat u xi injuries minuri oħra. Kemm jinvolvi spejjeż iċ-ċikliżmu professjonali? Ħafna! Hemm min jonfoq sa €7,000 biex ikollu rota u apparat relatat maċ-ċikliżmu professjonali. Biex tkun ċiklist professjonali, trid tkun ġo fik u appassjonat tassew. Kemm qegħdin tirċievu għajnuna mingħand SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti? B'wiċċi minn quddiem, nista' ngħid li qegħdin nirċievu għajnuna importanti mingħandhom għaliex dejjem jikkoperaw magħna. Irrakontalna dwar il-'Merit Award' prestiġjuż li ħadt ġewwa l-Portugall fit-13 ta' Marzu li għadda? Kienet sorpriża għaliex jien ma kontx naf biha u dak kien ġie s-Segretarju Ġenerali tal- Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, Joe Bajada u nsista sabiex inlesti l-passaport għaliex konna sejrin il-Portugall għall-assemblea importanti tal-European Cycling Union. Bajada kien talabni xi ritratti u informazzjoni u meta dan kollu beda ħiereġ waqt il-laqgħa, kienet ta' sorpriża għalija għaliex hemmhekk ġejt ikkongratulat mill-pajjizi li kienu qegħdin hemm u kienet xi ħaġa memorabbli għalija, grazzi għal Joe Bajada. Ġejt ikkumplimentat mid-delegati kollha tal- Federazzjonijiet Ċiklistiċi Ewropej li kienu preżenti, kif ukoll mill- president tal-UCI Brian Cookson u Enrico Della Casa, segretarju ġenerali tal-UEC. Il-messaġġ tiegħek sabiex tħajjar iżjed żgħażagħ jibdew jipprattikaw dan l-isport. Aħna nifhmu li l-ġenituri huma kawti ħafna u ma tantx jafdaw it-tfal fit-toroq bir-roti minħabba l-periklu. Iżda ta' min isemmi li jeżistu nurseries, per ezempju tal-Mosta. Barra minn hekk, għandna l-klassi tal-BMX, fejn fiha qegħdin anke jipparteċipaw tfal ta' ħames snin, li jiffurmaw parti mill-SportMalta u jiġu kull nhar ta' Sibt ġewwa t-trakka li għandna f 'Pembroke. Personalment, naħseb qegħdin fit-triq it-tajba u kapaċi nikbru iżjed. Twieled fil-5 ta' Frar tal-1948, f 'Tas-Sliema Huwa l-President tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu Fil-passat kien ċiklista ma' tim Sqalli f 'Catania, fejn kien anke spiċċa bħala l-aqwa ċiklista tal-klabb Fit-13 ta' Marzu li għadda ġie rikonoxxut fuq livell internazzjonali, meta rebaħ il-'Merit Award' taċ-Ċikliżmu ġewwa l-Portugall John Zammit Ritratt: Raphael Farrugia "Qed naħdmu biex ninkoraġixxu iżjed nies jużaw ir-rota biex jitnaqqsu l-karozzi biex eventwalment ngħinu l-ambjent u anke sabiex ikollna poplu iżjed b'saħħtu "