Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Sports 30 Storja tal-Kampjonati Ewropej It-Tieni Parti minn Gianluca Lia Kampjonati Ewropej tal- 1972 Organizzaturi: Belġju Rebbieħa: Ġermanja tal- Punent Il-Belġju ospitat ir-raba' edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej għall-ewwel darba lura fl-1972, fejn huma kienu fost l-erba' timijiet li kkwalifikaw għall-fażi finali, hekk kif dawn il-kampjonati kienu għadhom jintlagħbu b'erba' timijiet biss. Magħhom kien hemm l-Unjoni Sovjetika li kienu għadhom forza dominanti fil-futbol Ewropew, il- Ġermanja tal-Punent li kienu tista' tgħid il-forza ġdida flimkien mal-Unjoni Sovjetika u l-Ungerija, li minkejja ma kinitx l-istess skwadra taż-żminijiet ta' qabel, partikolarment l-epoka ta' Ferenc Puskas, xorta waħda kienu tim denju ta' dawn il-livelli. Il-Ġermanja tal-Punent kienu dominanti f 'din l-edizzjoni, bi plejers ta' kwalità li kienu qegħdin jiktbu l-istorja tal-futbol Ġermaniż f 'livell ta' klabb. Fost il-plejers li kienu protagonisti fil-Belġju, kien hemm Gerd Müller li ġarr miegħu l-forma strepituża li kabbritu f 'livell ta' klabb f 'dan it-turnew. Huwa skorja doppjetta fis-semifinali propju kontra l-Belġju, biex fil-finali kontra l-Unjoni Sovjetika, niżżel ismu fost l-iskorers għal darbtejn oħra biex għen lil pajjiżu jittrijonfa fuq l-Unjoni Sovjetika bl-iskor ta' 3-0. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni Sovjetika bdew juru sintomi ta' deklin hekk kif fis-semifinali huma batew biex għaddew minn fuq l-Ungerija, fejn rebħu bl-iskor ta' 1-0, filwaqt li fil-finali, huma kellhom ibaxxu rashom għad-dominanza Ġermaniża, biex b'hekk tilfu t-tieni finali f 'temp ta' tliet snin, bl-uniku trijonf tagħhom jasal biss fl-ewwel edizzjoni, lura fl- 1960 ġewwa Franza. Intant, Malta kienet waħda mill-parteċipanti fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għal dan it-turnew. Il- gżira Mediterranja kienet fi Grupp 3 flimkien mal-Ingilterra, Greċja u Żvizzera. Minkejja li Malta temmet l-impenji tagħha fl-aħħar post b'punt wieħed, żewġ gowls skurjati u 16 konċessi, hija kellha partiti pjuttost bilanċjata speċjalment f 'dawk li lagħbet ġewwa l-grawnd tal-Gżira. Mil- logħbiet tagħha f 'darha, Malta ġabret punt fl-ewwel partita kontra l-Greċja, bil-partita tintemm bl- iskor ta' 1-1 fejn għal Malta kien skorja Willie Vassallo. Fil-partita sussegwenti, Malta tilfet 1-2 kontra l-Iżvizzera fejn Eddie Theobald kien skorja l-gowl tad-draw momentarju. Il-partita mistennija iżda, kienet dik ta' kontra l-Ingilterra, partita speċjali li ntlagħbet quddiem kważi 30,000 spettatur fejn it-tim nazzjonali Ingliż li ħames snin qabel kien għadu kemm rebaħ it-Tazza tad- Dinja, kien rebaħ bl-iskor minimu ta' 0-1 grazzi għall-gowl skurjat minn Martin Peters. L-aqwa 11 tal-fażi finali: Goalkeeper: Evgeni Rudakov (Unjoni Sovjetika) Difensuri: Revaz Dzodzuashvili (Unjoni Sovjetika), Franz Beckenbauer (Ġermanja tal-Punent), Murtaz Khurtsilava (Unjoni Sovjetika) u Paul Breitner (Ġermanja tal-Punent) Midfielders: Uli Hoeness (Ġermanja tal-Punent), Gunter Netzer (Germanja tal-Punent) u Herber Wimmer (Ġermanja tal- Punent) Attakkanti: Raoul Lambert (Belġju), Jupp Heynckes (Ġermanja tal- Punent) u Gerd Müller (Ġermanja tal-Punent) Kampjonati Ewropej tal- 1976 Organizzaturi: Jugoslavja Rebbieħa: Ċekoslovakkja Il-pajjiż tal-Jugoslavja kien il-ħames pajjiż li organizza dan it-turnew, liema turnew wara 16- il sena kien se jgħaddi minn transizzjoni importanti. Fil-fatt, dan kien l-aħħar turnew li biex jiġi ddikkjarat min kellu jorganizzah, kellu jikkwalifika mill-fażi tal- preliminari. Barra minn hekk, kienet l-aħħar darba li din it-tazza kienet se tiġi kkontestata minn erba' timijiet, hekk kif mis-sena 1980, dan it-turnew kien se jespandi għal tmien timijiet. Anedottu ieħor interessanti rigward din l-edizzjoni, kien il-fatt li kwalunkwe partita kellha tiġi deċiża wara l-ħin regolari. Madankollu, iċ- ċirasa fuq il-kejk ta' dan it-turnew kien il-penalti famuż taċ-Ċekoslovakk, Antonin Panenka, li baqa' famuż u imitat tul l-edizzjonijiet suċċessivi. Sabiex jakkwista post fil- finali ta' din l-edizzjoni, it-tim taċ-Ċekoslovakkja kellu jitħabat għaliex sabu sfida iebsa mit-tim nazzjonali tal-Olanda. Iċ-Ċekoslovakki kellhom jaċċertaw minn post fil-finali fil-ħin barrani, hekk kif grazzi għal żewġ gowls huma ssiġillaw rebħa ta' 3-1 fuq l-Oranje. Fil-finali, huma affrontaw liċ-champions renjanti tal-Ġermanja tal-Punent, biċ-Ċekoslovakki jiftħu vantaġġ ta' żewġ gowls kmieni fl-ewwel taqsima iżda l-avversarji rnexxielhom iġibu d-draw propju fl-aħħar azzjoni tal-partita, biex ir-rebbieħ kellu jkun determinat permezz tal- lotterija tal-penaltis, fejn iċ-Ċekoslovakki ħarġu rebbieħa grazzi għall- penalti famuż ta' Panenka li qarraq għal kollox b'Sepp Maier. Il-finalisti telliefa wkoll kellhom jitħabtu sabiex jikkwalifikaw għall- finali, fejn kellha tkun tripletta ta' Gerd Müller biex jagħtihom rebħa ta' 2-4 fuq it-tim nazzjonali tal-Jugoslavja, biex eventwalment fil-finali, raw liċ-Ċekoslovakki jniżzluhom mit-tron tar-rebbieħa, minkejja li matul id-90 minuta, irnexxielhom jirkupraw żvantaġġ ta' żewġ gowls u awtomatikament, il- motivazzjoni kibret fihom u forsi naqset fl-avversarji. It-tim nazzjonali Malti reġa' kien involut fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, fejn fi Grupp 8, kien flimkien mal-Bulgarija, il-Greċja u maċ-champions renjanti tal-Ġermanja tal-Punent li eventwalment tilfu l-finali kontra ċ-Ċekoslovakkja f 'Belgrad. Fiż-żmien fejn rebħa kienet tiswa żewġ punti, Malta kienet ġabret dak l-ammont grazzi għar- rebħa pjuttost famuża fuq il-Greċja bl-iskor ta' 2-0, grazzi għall-gowls skurjati minn Richard Aquilina u Vincent Magro. Madankollu, Malta kienet fetħet l-impenji tagħha bil-partita diffiċli kontra l-Ġermaniżi ġewwa l-grawnd tal-Gżira. Għall- kuntrartju tal-aspettativi, dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor minimu ta' 0-1, bil-gowl jasal eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta' Bernhard Cullmann. L-aqwa 11 tal-fażi finali: Goalkeeper: Ivo Viktor (Ċekoslovakkja) Difensuri: Jan Pivarnik (Ċekoslovakkja), Ruud Krol (Olanda), Anton Ondrus (Ċekoslovakkja) u Franz Beckenbauer (Ġermanja tal-Punent) Midfielders: Rainer Bonhof (Ġermanja tal- Punent), Jaroslav Pollak (Ċekoslovakkja), Antonin Panenka (Ċekoslovakkja) u Dragan Dzajic (Jugoslavja) Attakkanti: Zdenek Nehoda (Ċekoslovakkja) u Dieter Müller (Ġermanja tal-Punent) Il-captain tat-tim nazzjonali Ġermaniż, Franz Beckenbauer, ippreżentat bit- Trofew ta' Champions Ewropej -1972 Plejers taċ-Ċekoslovakkja ji rħu wara r-rebħ tal-Kampjonati Ewropej -1976

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016