Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Tkompli minn paġna 1 IL-MARA li rraportat kollox fl-għassa tal-Pulizija kienet spjegat kif dan ir- raġel kien jeħodha l-Marsa u jistennieha fil-karozza, filwaqt li hi kienet tmur tagħmel is-sess għall-flus. Waqt li l-akkużat kien bil- wieqfa fl-iżbarra, il-Qorti kompliet tisma' kif kien iġegħelha tagħmel is-sess mat-tifel tiegħu ta' seba' snin biss u ġieli ġegħelha jkollha x'taqsam miegħu u ma' ibnu f 'daqqa. Meta l-Pulizija ssekwestrat it-'tablet' tat-tifel u ngħatat l-aċċess għall-kont ta' Facebook tiegħu, sabet li dan kien mimli b'filmati pornografiċi. Apparti l-allegat swat, prostituzzjoni u pornografija, il-Qorti semgħet ukoll kif fil-preżenza tat-tifel kienet tittieħed id-droga u li l-missier kien jhedded lill-vittma li jekk jikxfu jitfgħu f 'istitut. Meta l-affarijiet jidher li ma setgħux imorru aktar għall- agħar kienu l-prostituti li kien jitqabbdu jagħmlu s-sess mat-tifel li kixfu lill-missier u rrapportaw dak li kien qed jiġri. L-Ispettur John Spiteri xehed kif il-prostituti, fir- rapport tagħhom lill-pulizija, ħassew li minkejja li huma kienu mdaħħlin fid-droga u fil-prostituzzjoni "xorta ħassew li dak li kien qed jiġri kien ħażin." Il-Pulizija kienu tkellmu mat-tifel fil-preżenza ta' 'social worker' bl-Ispettur Busuttil jispjega kif waqt il-konverżazzjoni li kellhom miegħu, ħadu l-impressjoni li kien hemm kodiċi użata fir-rigward ta' sess. Fil-fatt, il-Qorti semgħet kif fost l-oħrajn il-missier kien juża kliem bħal 'ħalib' li kienet tfisser li t-tifel imiss sider il-mara. Semgħet ukoll kif l-akkużat kien jhedded lil ibnu li jekk jiftaħ ħalqu u jikxef dak li kien qed iseħħ, kien jitfgħu f 'istitut. B'hekk, il-missier ta' 60 sena qed jiffaċċja seba' akkużi, bl-aktar tnejn gravi jkunu li sforza u hedded lil ibnu biex jipparteċipa f 'attività sesswali u li konxjament ittrażmetta marda trażmessa mis-sess lil persuna oħra. Fuq l-ewwel akkuża, il-missier jista' jeħel bejn tlieta u 10 snin priġunerija, filwaqt li jekk jinsab ħati tat-tieni akkuża jista' jeħel bejn erba' u disa' snin ħabs. L-akkużat deher mitluf, b'ilbiesu mkemmxin u b'daqna ta' diversi ġranet. L-avukata Yanika Camilleri li qed tidher għall-akkużat qalet li r-raġel qed iwieġeb mhux ħati għall- akkużi miġjubin kontrih għalkemm ma talbitx għal ħelsien mill-arrest. Intant il-Qorti ħarġet ordni ta' protezzjoni biex it-tifel ta' seba' snin u l-mara li għamlet ir-rapport ikunu protetti. Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 Il-kont ta' Facebook tat-tifel kien mimli porn Il-missier riċediv b'seba' akkużi kontrih Il-Qorti tibda tisma' każ tal-biża' ta' allegat abbuż fuq tifel ta' seba' snin Żagħżugħ ta' 28 sena jaqa' għoli ta' sular ŻAGĦŻUGĦ Somalu ta' 28 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, waqa' għoli ta' madwar sular minn fuq il- promenade fi Triq it-Torri, Sliema u niżel fuq il-blat tax-xatt. L-inċident seħħ kmieni lbieraħ filgħodu għall- ħabta tas-7:15 ta' filgħodu. Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post flimkien ma' tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel assistenza medika fuq il-post peress li ż-żagħżugħ kellu xi feriti. Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar ftit ħin wara. Il- Pulizija kkonfermat aktar tard matul il-ġurnata li l-kundizzjoni taż-żagħżugħ hija stabbli u mhux fil- periklu tal-mewt, għalkemm ġarrab ġrieħi gravi. Il-Pulizija mill- Għassa ta' Tas-Sliema għadhom għaddejjin bl- investigazzjonijiet fuq il-każ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016