Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum Intervista 13 fil-massakru tal-innoċenti' 'Ħafna rġiel huma mweġġgħin li mhux qed jingħataw sehem' Din il-gazzetta tistaqsi allura, x'inhu l-irwol tar-raġel f 'din il- kwistjoni minħabba li teknikament, ir-responsabbiltajiet li raġel ikollu jġorr, jiġu iktar bħala għażla meta mqabbla ma' dawk li jkollha taffaċja mara, u allura xi kredenzjali għandu raġel li jitkellem fuq dan l-argument, jekk hija mara li trid iġġorr it-tarbija. Hawnhekk, Miriam Sciberras pront twieġeb li ħafna ġuvintur iħossuha inġusta li f 'ħafna każi, huma qed jiġu injorati kompletament, "u spiss jiktbu li ħadd mhu qed jikkunsidra d-drittijiet tal-missier. Qed isaqsu, 'jiġifieri mara tista' tieħu l-morning after pill mingħajr ma titkellem mar-raġel tagħha?' Qisek qed tgħid li t-tqala tiġi mingħand in- nisa biss, u hemm irġiel li b'dawn l-affarijiet huma mweġġgħin għax huma m'għandhom ebda dritt lanqas jeżerċitaw tikka mill-paternità tagħhom, ta' dik il-ħajja umana." Il-gazzetta tirrimarka li ġaladarba din it-tip ta' pillola tidħol fis-suq Malti, din se tkun dejjem għażla konxja tal-mara, u mhux se tkun imposta b'xi mod li trid tittieħed. Għal dan, Sciberras tgħid li, "jien ma nista' qatt naqbel li xi ħaġa ħażina tiġi introdotta sempliċiment biex tiġi introdotta. Jekk hija xi ħaġa li l-intenzjoni tagħha hija ħażina, sempliċiment m'għandhiex tidħol." 'Il-fatt li għadhom ma ħadux deċiżjoni juri għaqal' Miriam Sciberras semmiet kif ftit taż-żmien ilu, meta kienu preżenti fil-kumitat tal-Parlament tal-affarijiet soċjali, fejn kienet qed tiġi diskussa l-protezzjoni tal-embrijun, "kien hemm diversi xjentisti u esperti, u hemm, kulħadd qabel li għandek ħajja mill-konċepiment. Hemm ma kienx hemm dubju. Allura issa daħal id-dubju? Dawn [in-nisa li qed iressqu l-protest] saru iktar esperti tal-mediċina u tax-xjenza? B'min irridu nidħku?" Dwar l-artiklu li deher fil-faċċata tal-gazzetta ILLUM ta' nhar il- Ħadd li għadda fejn il-gazzetta żvelat kif l-ebda deputata mara tal-Parlament ma esprimiet ruħha favur l-introduzzjoni tal-morning after pill f 'pajjiżna, Miriam Sciberras qalet li dan juri għaqal. "Juri għaqal għaliex jekk inti ma tafx biżżejjed fuq is-suġġett, u ma jkollokx sfond mediku, trid tara sewwa x'inhi, kif taħdem u l-effett tagħha. Ma tistax taqbad u tikkommetti ruħek fuq xi ħaġa daqshekk serja, hekk. L-ewwel trid tara tiċċekkja sewwa, għal darba tnejn tlieta, nu tiċċekkja sewwa s-sorsi li tkun qed tikkwota, għaliex anke dawn jistgħu jidħku bik għax qed ngħixu f 'dinja li fil-maġġoranza tagħha, tippromwovi l-abort. Aħseb u ara kemm se joqogħdu jagħtu kas embrijun fil-bidu nett tiegħu." Madankollu, tkompli tgħid li tittama li, "meta jagħmlu d-deċiżjoni tagħhom, jagħtu konsiderazzjonijiet ta' dokumenti li awtentikament jivverifikaw li l-ħajja tibda mill-bidu nett tagħha, u jekk se jikkwotaw id-dokumenti xjentifiċi u tal- embrijoloġija, m'għandux ikollhom problema. Issa imbagħad, jekk tkun konvenjenza, jew jekk ikun xi vot, jew minħabba xi pressure group, imbagħad dik tkun kwistjoni oħra. Però, għandhom responsabbiltà kbira f 'dan il-punt għaliex hemm ħafna x'jista' jintilef." Tisisti li, "din id- deċiżjoni mhix sempliċiment dwar il-morning after pill." Iżżid tgħid li, "dawn in-nisa li ppreżentaw il-protest qed jgħidu li jirrapreżentaw id-drittijiet tan- nisa, imma dawn żgur ma jirrapreżentawx lili jew lill- 4,000 mara oħra membri fil-Women for Life. Ma jirrappreżentawx lili f 'dak kollu li huwa ta' theddida għall- ħajja umana." 'Malta tinsab f 'salib it-toroq' Sciberras tkompli tgħid li issa, wasal mument ta' deċiżjoni, fejn Malta trid tiddeċiedi liem rotta se tkun qed tieħu f 'dan is-salib it- toroq. Saħqet li l-pressjoni fuq Malta qiegħda biex jidħol l-abort, u mhux biex nipproteġu l-ħajja. "Jew Malta se tibqa' tħaddan il-valuri li kellha dejjem, fosthom il-ħajja. Valur, li kull Gvern tul iż-żminijiet, f 'fora internazzjonali, dejjem iġġieled u dejjem żamm id-dritt li f 'Malta ma ndaħħlux l-abort, għaliex f 'Malta, gvernijiet ta' qabel iddeċidew sa issa, li l-valur tal-ħajja huwa l-iktar li għandu jiġi indukrat." Jekk b'xi mod tippreġudika l-valur tal-ħajja fil-bidu nett tagħha, ifisser li għall-ewwel darba f 'Malta, ma tkunx protetta sa mill-konċepiment. Sa issa, hi protetta mill-konċepiment, u hemm l-att tal-protezzjoni tal- embrijun li jipproteġi dan. Mhix kwistjoni tad-definizzjoni ta' meta tibda t-tqala, għax din hi sempliċiment argument ta' konvenjenza li qed jipprova jinganna n-nies, kif fil-fatt qed jagħmel." 'Il-ħajja innoċenti ma tistax taraha bħala oġġett jew żgombru' Il-morning after pill, ġeneralment tittiħed f 'każi fejn il-prekawzjonijiet ta' kontraċettivi l-oħra li normalment jittieħdu, jew ikunu fallew, jew inkella għal xi raġuni, il-koppja tkun nesiet teħodhom, u sabiex tkun ċerta li ma jkun hemm l-ebda tqala mhux pjanata, tirrikorri għall-morning after pill, li iżda f 'pajjiżna mhix disponibbli. Allura, jekk dan ikun il-każ u l-koppja ma tkunx lesta għal tarbija jew mhix f 'pożizzjoni li jkollha t-tfal, xi tkun is-soluzzjoni? Hawnhekk, Miriam Sciberras tisħaq li s-soluzzjoni hi li, "trabbi dik it-tarbija li għandek fil-ġuf jew inkella tagħtiha għall-addozzjoni, u żgur mhux li toqtolha. Is-soluzzjoni mhux li tara l-ħajja innoċenti żejda." Iżżid tgħid li ladarba tkun qed tara l-ħajja innoċenti bħala żejda, tkun qed tgħid li wasal iż- żmien li jiddaħħal l-abort. "Il-ħajja innoċenti ma tistax taraha bħala oġġett jew żgombru fil-ħajja li int ma pjanajtx u allura trid tara kif teħles minnha. Il-mument li naslu f 'dak il- punt," tkompli tgħid Sciberras, "inkunu wasalna f 'punt tal-biża'." Din id-deċiżjoni mhix sempliċiment dwar il-morning after pill " " Ritratt: Raphael Farrugia Miriam Sciberras

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016