Illum previous editions

ILLUM 26 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/697146

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Ġunju 2016 | illum Aħbarijiet 3 Dejjem aktar viċin tiegħek Informa ruħek dwar kif tuża sewwa s-servizzi ċ-Ċentri tas-Saħħa Meta tuża ċ-ċentri tas-saħħa b'mod għaqli, tkun qed tgħinna biex norulek servizz aktar eċjenti. Għinna biex inkunu nistgħu nagħtu kura f'waqtha meta jkun hemm emerġenza Għandek dritt li l-informazzjoni tiegħek tibqa' privata, ġib il-karta ta' l-identita' miegħek meta tuża' ċ-ċentri tas-saħħa Ħafna mis-servizzi taċ-ċentri tas-saħħa huma bl-appuntament. Żomm dejjem il-ħin tal-appuntament u ġentilment avżana meta ma tkunx tista tattendi Silenzju mill-Freeport… minn Ruben Anthony Xuereb HIJA ħaġa ironika li min- naħa tal-Freeport ikun hemm kwalunkwe forma ta' silenzju, speċjalment minħabba l-fatt li għar-residenti ta' Birżebbuġa, il-ħsejjes li joħorġu mill- Freeport huma kawża ta' ljieli mingħajr irqad. Dan is-silenzju, ma kienx waqfien mill-operat jew xi lejl sieket f 'Birżebbuġa, iżda biss nuqqas ta' kummenti fuq il-fatt li l-Freeport appella għall- ħlas ta' €955,000 dovuti biex imorru ġo fond għall-iżvilupp ambjentali ta' Birżebbuġa. Minn dawn il-flus, għadu ma ntużax ċenteżmu għall-ġid tar- raħal għax is-somma għadha miżmuma, wara li l-Freeport appella biex jieħu s-somma lura, bl-ewwel appell jinstema' f 'Lulju. Is-sitwazzjoni f 'Birżebbuġa Għal min jgħix quddiem il-baħar, fis-sajf ikun pjaċir li tiftaħ tieqa u tiġi mbennen mill-ħoss rilassanti tal-baħar u l-mewġ. Dan mhux il-każ għar-residenti ta' Birżebbuġa, li għalihom l-iljieli sajfin huma kkaratterizzati mil-ħsejjes ħerġin mill-Freeport. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Kevin Barun, is-Sindku ta' Birżebbuġa li kkonferma kif il-Kunsill Lokali jirċievi lmenti regolari mir-residenti, speċjalment fix-xhur tas-sajf. "Il-ħsejjes mill-Freeport," spjega Barun, "ivarjaw minn storbju ġġenerat mill-inġenji, li mhuwiex biss mill-krejnijiet, iżda wkoll minn generators, magni ta' vapuri, kif ukoll minn kull vettura u makkinarju fit- terminal." Barun żied jgħid li "ma' dawn, iridu wkoll jissemmew varjetà ta' sireni, il-containers jinstabtu u saħansitra nies jitkellmu fuq radjijiet u loud speakers." Is-Sindku spjega kif il-ħoss jinfirex mar-raħal kollu, u ma jinstemax biss mix-xatt, anzi ġieli jkun aktar qawwi fin-naħat tal-Qajjenza, fejn il-ħoss jivvjaġġa tul il-bajja kollha. Meta r-riħ ikun jaqbel, nies li joqogħdu wara l-knisja saħansitra jisimgħu l-vuċijiet tal-ħaddiema b'mod ċar, minkejja l-kilometri ta' distanza mit-terminal. Fil-verità, kull resident ta' Birżebbuġa, jixtieq li l-Freeport iwaqqaf jew inaqqas l-operat tiegħu sabiex tal-inqas matul il-lejl, il-ħsejjes jittaffew u dawn ikunu jistgħu jorqdu fil-kwiet. Sfortunatament imma, bħalma anke jifhem u jaċċetta l-Kunsill Lokali, huwa impossibli li l-Freeport iwaqqaf l-operat tiegħu, anke għal ftit ta' ħin. Għal kull siegħa li l-Freeport jagħmel wieqaf, isir telf kbir mill-profitt li dan jiġġenera għall-pajjiż, u bi dħul ta' miljuni fis-sena, dan ma jistax jiġri. Barun isostni li avolja din hija kwistjoni kumplessa, tal- inqas hemm bżonn jinstabu soluzzjonijiet biex jittaffa l-impatt tal-operat fuq ir- residenti. Proposti, pjanijiet u soluzzjonijiet… Il-Kunsill Lokali, flimkien mal-Malta Freeport Terminals Ltd, l-NGO Birżebbuġa Environmental Action Group (BEAG), Transport Malta, l-Awtorità tal-Ambjent u l-Malta Freeport Corporation jagħmlu parti minn Environment Monitoring Committee li jiltaqa' fuq bażi regolari. Dan il-kumitat jiltaqa' biex jiddiskuti kwistjonijiet tal- lokal relatati mal-ambjent, inkluż l-ilmenti li jkun irċieva l-Freeport, rapporti ambjentali bħall-istudju fuq il-ħsejjes, proġetti ġodda u azzjonjiet li jittieħdu biex l-impatti ambjentali jonqsu. F'kummenti li l-Malta Freeport Terminals Ltd, taw lill-gazzetta ILLUM, intqal kif bejn Frar tal-2014 u Jannar tal- 2015 kien maqbul li jsir studju rigward il-livell ta' ħsejjes preżenti f 'Birżebbuġa u liema huma s-sorsi ta' dawn il-ħsejjes. Ir-riżultat ta' dan l-istudju wera li hemm diversi sorsi ta' ħsejjes li ġejjin mill- Freeport flimkien ma' sorsi esterni oħrajn. B'reazzjoni għall-kummenti tal-Freeport Terminal, Barun żied jgħid li, "l-livell ta' ħsejjes f 'Birżebbuġa jammonta għal 65dB, li huwa 20db għola mill-livell approvat mill-Organizzazjoni tas-Saħħa Dinija (WHO)." Ir-rapport jirrakkomanda azzjonijiet li l-Freeport Terminals Ltd. jista' jieħu biex jitnaqqas il-livell tal-ħsejjes li jaffettwaw lil Birżebbuġa. Fost dawn ir-rakkomandazzjonijiet, ġie msemmi li: • Jinbiddlu s-sireni għal tip aktar silenzjuż • Jiġi restritt l-użu ta' ħornijiet u buzzers • Jiġu installati sistemi elettroniċi li bihom il- containers jinqabdu b'mod aktar preċiż, li jevita tisbit żejjed • Jiġi evitat kemm jista' jkun il-kuntatt bejn il-metalli • Isir titjib għal makkinarju aktar silenzjuż Is-Sindku ta' Birżebbuġa jikkonferma l-qbil bejn il- Kunsill Lokali u l-impenn tal-Freeport Terminals li dawn ir-rakkomandazzjoniet se jiġu implimentati gradwalment sal- aħħar tal-2017. Barun żied jgħid li minkejja dawn il-miżuri, li sa ċertu punt se jtaffu ftit is-sitwazzjoni tar-residenti, l-aktar miżura importanti, jiġifieri dik tal-ħsejjes iġġenerati mis- sistema 'shore to ship supply', li tissupplixxi l-enerġija lill- vapuri mit-terminals, ma kinitx inkluża. Studji li jindirazzaw din is-sitwazzjoni ġew inklużi biss wara insistenza mill- Kunsill Lokali, iżda dawn għadhom fi stadju bikri u jafu jgħaddu snin qabel isiru xi rakkomandazzjonijiet fir- rigward. Bejn appell fuq €955,000 dovuti għall-iżvilupp ambjentali tar-raħal, u kruċjata ġdida dwar ix-'shore to ship supply', Birżebbuġa se jkolla tibqa' siekta aktar fit-tul, waqt li l-Freeport jippersisti li ma jiskot qatt. Il-Freeport ma jweġibx mistoqsijiet tal-ILLUM dwar kumpens ta' kwazi €1m għall-komunità ta' B'Bugia Il-Freeport ma weġibx mistoqsijiet tal-ILLUM dwar kumpens ambjentali ta' kważi €1 miljun li Birżebbuġa għad m'għandhiex aċċess għalih

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 June 2016